Bil-filmat: Uħud mill-kanzunetti tal-MESC li ma jintesew qatt!

Bil-filmat: Uħud mill-kanzunetti tal-MESC li ma jintesew qatt!

Mument ieħor li spikka waqt is-serata tas-semifinali tal-bieraħ ċertament kien dak meta Amber u Glen ħaduna lura fis-snin imgħoddija tal-Malta Eurovision Song Contest.

Il-kantanti Richard Edwards, Claudia Faniello, Janice Mangion, Eleanor Cassar, Lawrence Gray, Olivia Lewis, Pamela Bezzina u Catherine Vigar qanqlulna nostalġija hekk kif interpretaw silta minn kanzunetti li bihom ipparteċipaw fil-Malta Eurovision Song Contest fis-snin imgħoddija, kanzunetti li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien ma’ jintesew qatt għaliex kollha b’xi mod jew ieħor ħallew impatt f’qalb il-pubbliku.

X’sorpriża se jkollu l-attur Patrick Tanti waqt Sibtek li jmiss?!

X’sorpriża se jkollu l-attur Patrick Tanti waqt Sibtek li jmiss?!

Għal darb’oħra, Sibtek li jmiss se jlaqqagħna ma’ diversi karattri interessanti!

Il-personalitajiet li se jkunu qed jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar huma l-istilla minn X Factor u kif ukoll ir-rebbieħ Ryan Hili, Norbert Bondin, l-attur Patrick Tanti u Janice Mangion.

Se naraw lil dawn il-personalitajiet Maltin jgħaddu minn diversi sfidi, ċajt u niskopru aktar dwar il-ħajja personali tagħhom!

Bħal dejjem, kollha kemm huma għandhom xi sorpriża li ma kinux qed jistennew! Imma xiex?!

Ma tonqosx ukoll il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Min mis-semifinalisti tal-Malta Eurovision Song Contest għoġbok l-aktar?

Min mis-semifinalisti tal-Malta Eurovision Song Contest għoġbok l-aktar?

Wara li lbieraħ rajna 22 semifinalist jagħmel il-prestazzjoni tiegħu fis-semifinali tal-Malta Eurovision Song Contest, infetħet il-votazzjoni li għandha miftuħa sas-serata tal-lejla fejn se jitħabbru s-16 minn 22 li se jgħaddu għas-serata finali ta’ għada.

L-għażla tas-16-il kanzunetta finalista se tkun f’idejn sitt ġurija kif ukoll mis-seba’ ġurat li huwa t-televoting.

Il-pubbliku jista’ jivvota sa tliet darbiet għall-istess parteċipant, permezz tan-numri t’hawn taħt:

50615301 – Aidan


50615302 – Janice Mangion


50615303 – Nicole Hammett


50615304 – Sarah Bonnici


50615305 – Mark Anthony Bartolo


50615306 – Denise Mercieca


50615307 – Richard Edwards


50615308 – Francesca Sciberras


50615309 – Miriana Conte


50615310 – Giada


50615311 – Baklava ft. Nicole


50615312 – Derrick Schembri


50615313 – Norbert Bondin


50615314 – Raquel Galdes Briffa


50615315 – Jessica Grech


50615316 – Matt Blxck


50615317 – Rachel Lowell


50615318 – Nicole Azzopardi


50615319 – Emma Muscat


50615320 – Malcolm Pisani


50615321 – Enya Magri


50615322 – Jessika

Min mis-semifinalisti għoġbok l-aktar?

Liem huma l-favoriti tiegħek mit-22 kanzunetta semifinalista tal-MESC?

Liem huma l-favoriti tiegħek mit-22 kanzunetta semifinalista tal-MESC?

Issa tista’ tisma’ t-22 kanzunetta semifinalista tal-Malta Eurovision Song Contest!

Il-Malta Eurovision Song Contest, li bosta qiegħdin jistennew b’ħerqa kbira, se jkun qed jittella’ bejn is-17 u d-19 ta’ Frar.

Mit-22 kanzunetta semifinalista se jintgħażlu 16, li minnhom finalment tintgħażel il-kanzunetta rebbieħa. Ir-riżultat se jkun f’idejn il-ġurija u l-vot tal-pubbliku.

Dawn huma t-22 kanzunetta semifinalista:

A lover’s heart – Nicole Hammett

Aphrodisiac – Jessica Grech

Army – Janice Mangion

Boy – Denise

Come Around – Matt BLXCK

Electric Indigo – Baklava Ft Nicole

Heaven – Sarah Bonnici

Hey Little – Richard Edwards

How Special You Are – Norbert

II – Derrick

Into The Fire – Nicole Azzopardi

Kaleidoscope – Jessika

Look What You’ve Done Now – Miriana Conte

Out Of Sight – Emma Muscat

Over You – Raquel

Revelación – Giada

Rise – Francesca

Ritmu – Aidan

Serenity – Mark Anthony Bartolo

Shame – Enya Magri

We Came For Love – Malcolm Pisani

White Doves – Rachel Lowell

Liem minn dawn it-22 kanzunetta semifinalista huma favoriti tiegħek?

Jitħabbru d-dati tal-Malta Eurovision Song Contest

Jitħabbru d-dati tal-Malta Eurovision Song Contest

Ir-ritorn tal-Malta Eurovision Song Contest huwa mistenni minn ħafna, u l-eċitament ikompli jiżdied hekk kif ġew imħabbra d-dati tas-serati.

Il-Malta Eurovision Song Contest, li din is-sena għandu s-slogan What a feeling, se jkun qed jittella’ f’serati bejn is-17 u d-19 ta’ Frar.

Bħas-soltu, se jkun qed jixxandar dirett fuq TVM. Mit-22 semifinalist se jintgħażlu 16-il finalist, u minn dawn tingħażel il-kanzunetta rebbieħa fid-19 ta’ Frar.

Il-ġurija flimkien mal-vot tal-pubbliku se jiddeterminaw min se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej f’Turin, l-Italja.

Dawn huma t-22 semifinalista:

KanzunettiKantanti
A lover’s heartNicole Hammett
Aphrodisiac Jessica Grech
ArmyJanice Mangion
BoyDenise Mercieca
Come AroundMatt BLXCK
Electric IndigoBaklava Ft Nicole
HeavenSarah Bonnici
Hey LittleRichard Micallef
How Special You AreNorbert Bondin
IIDerrick Schembri
Into The FireNicole Azzopardi
Kaleidoscope Jessica Muscat
Look What You’ve Done NowMiriana Conte
Out Of SightEmma Muscat
Over YouRaquel Galdes Briffa
RevelaciónJade Vella
RiseFrancesca Sciberras
RitmuAidan Cassar
SerenityMark Anthony Bartolo
ShameEnya Magri
We Came For LoveMalcolm Pisani
White DovesRachel Lowell

Tista’ tisma’ l-ewwel 20 sekonda minn kull kanzunetta semifinalista minn hawn: Eurovision Song Malta | Facebook

Enable Notifications OK No thanks