
Xi ħadd mill-mistednin f’Sibtek ta’ għada se jkollu attriċi veterana bħala sorpriża!
Reġa’ wasal Sibtek!
Waqt Sibtek ta’ għada, se jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar diversi wċuħ ġodda Maltin fosthom Etienne Micallef, Josephine Mallia, Jean Paul Galea u Roxanne Cutajar Gauci.
Dawn kollha għandhom għal qalbhom il-qasam tax-xandir.
Lil Josephine nafuha bħala opinjonista naturali ħafna.
Etienne Micallef huwa awtur u għalliem.
Roxanne hija għalliema taż-żfin, li bħal Etienne u Jean, qed taspira li tkun preżentatriċi ġdida.
Xi ħadd minn dawn se jkollu ċajta u xi ħaddieħor se jkollu sorpriża minn attriċi veterana!
Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi Live flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!
