Select Page
Jispikka mument bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Roberta Metsola

Jispikka mument bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Roberta Metsola

Mument li ċertament spikka u qajjem diversi reazzjonijiet mill-pubbliku kien il-mument li l-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ Roberta Metsola fuq ir-red carpet fi Strasburgu.

Il-Prim Ministru Robert Abela u Roberta Metsola dehru jilqgħu u jgħannqu lil xulxin hekk kif iltaqgħu qabel ċerimonja li saret iddedikata lill-eks President tal-Parlament Ewropew David Sassoli.

Dan il-mument spikka partikolarment għall-fatt li fil-passat, Roberta Metsola iffaċċjat kritika qawwija minn diversi uffiċjali għolja tal-Partit Laburista, li wħud minnhom saħansitra sejħulha anke traditura.

Fuq il-midja soċjali, bosta esprimew reazzjoni pożittiva għal dan il-mument filwaqt li oħrajn ikkummentaw li din kienet biss mossa ta’ propoganda.

Il-maskra mhix se tibqa’ obbligatorja għal dawk imlaqqma bil-booster u li ma jkunux aktar minn żewġ persuni

Il-maskra mhix se tibqa’ obbligatorja għal dawk imlaqqma bil-booster u li ma jkunux aktar minn żewġ persuni

Id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej, il-maskra mhix se tibqa’ obbligatorja għal dawk il-persuni li huma mlaqqma bil-booster.

Huwa qal għalkemm xorta waħda huwa rakkomandat l-użu tal-maskra, minn nhar it-Tnejn li ġej, mhux se jibqa’ obbligatorju fil-pubbliku għal dawk imlaqqma bil-booster u li ma jkunux aktar minn żewġ persuni.

Minn nhar it-Tnejn li ġej ukoll, l-istabbilimenti tal-ikel fosthom ristoranti, snackbars u każini se jkunu jistgħu jneħħu r-regola tal-metru u nofs bejn mejda u oħra. Dan għaliex dawn l-istabbilimenti se jkunu qed jilqgħu biss persuni mlaqqma kompletament.

Ħabbar ukoll li l-attivitajiet sportivi se jerġgħu jibdew isiru bl-udjenza, għal dawk biss b’ċertifikat tal-vaċċin validu.

Enable Notifications    OK No thanks