“Int kont miegħi meta twelidt u jien kont miegħek meta wasal iż-żmien li titlaq”

“Int kont miegħi meta twelidt u jien kont miegħek meta wasal iż-żmien li titlaq”

Josef. N Grech, iben Victor Grech, li tħabbret il-mewt tiegħu dalgħodu, sellem il-memorja ta’ missieru permezz ta’ kitba u ritratt li ttieħed f’għeluq is-96 tiegħu fit-8 ta’ Settembru li għadda.

Int kont miegħi meta twelidt u jien kont miegħek meta wasal iż-żmien li titlaq. Qsamna ħafna flimkien, tajna ħafna u ħabbnejna ħafna u dak li se nibqa’ niftakar.

Huwa ddeskriva lil missieru bħala missier dedikat u li għen lil ħafna. Żied jgħid li missieru qatt ma poġġa lilu nnifsu l-ewwel, id-dmir u r-responsabbiltà kienu l-aktar valuri importanti għalih.

Int għallimtni kif inkun gentlom u kif inkun b’saħħti. M’għandix kliem biex nirringrazzjak biżżejjed għal dak kollu li għamilt. Se ngħożż it-tifkiriet tal-ħafna mumenti li qattajna flimkien u nżomm l-imħabba li qsamna flimkien f’qalbi, sal-aħħar jiem ta’ ħajti. Grat għal dejjem li kont imbierek li nkun ibnek. Strieħ fis-sliem Papà, inħobbok.

Il-funeral ta’ Victor Grech se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar fit-8:30 ta’ filgħodu, fil-Knisja Karmelitana, il-Balluta.

Enable Notifications OK No thanks