Elvis iwassal lil Josuel Grech jirbaħ kompetizzjoni f’Londra

Elvis iwassal lil Josuel Grech jirbaħ kompetizzjoni f’Londra

L-imħabba li Josuel Grech għandu għall-kantant ta’ fama mondjali, Elvis Presley magħruf bħala r-Re tar-Rock and Roll, wasslitu biex jirbaħ il-kompetizzjoni bl-isem ta’ Mr. Songman, f’Londra.

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, josuel Grech, li huwa wieħed mill-aqwa impersonaturi ta’ Elvis Maltin qal li din hija l-passjoni ta’ ħajtu u jħossu kuntent ħafna li jista’ jaqsam l-imħabba tiegħu għal Elvis mad-dinja u jimxi fuq il-passi tiegħu.

Huwa kompla billi rringrazzja gost oħrajn lit-tfajla tiegħu li dejjem temmen fih u tkun ta’ spalla għalih kif ukoll lill-ġenituri u l-familja tiegħu li dejjem jissapportjawh. “Għallmuni naħdem ħafna, inkun umli u ma naqta’ qalbi qatt mill-ħolm tiegħi. Huma r-raġuni li wasalt s’hawn illum.”

Josuel feraħ ukoll lill-kontestanti l-oħra li kienu parti minn din il-kompetizzjoni.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Josuel aktar suċċessi fil-futur.

Fabrizio Faniello u Glen Vella fost il-mistednin waqt The Entertainers tal-lejla!

Fabrizio Faniello u Glen Vella fost il-mistednin waqt The Entertainers tal-lejla!

Il-mużiċist Luke Vella Clark u l-mara tiegħu, l-attriċi Maria Laura, il-kantanti Fabrizio Faniello, Martina Fenech, Josuel Grech, Michela Galea u Glen Vella se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 70 u s-snin 90.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Din il-ġimgħa jkompli s-semifinali tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.

Enable Notifications OK No thanks