by skoperta.net | 30/May/22 | Ġrajjiet, Kurrenti
Il-grupp Ukren Kalush Orchestra, li rebaħ il-Eurovision Song Contest din is-sena, biegħ it-trofew għal €838,000 biex jinġabru l-flus għall-gwerra fl-Ukrajna.
Il-mikrofonu tal-kristall ġie rkantat fuq Facebook, bil-għan li jinxtraw drones għall-armata Ukrena.
Il-preżentatur tat-TV Ukren Serhiy Prytula ħabbar li l-flus miġbura mill-bejgħ tat-trofew se jintużaw biex jinxtraw tliet drones PD-2 magħmulin mill-Ukrajna.
Id-drones jintużaw ħafna mill-forzi Ukreni u Russi, kemm bħala armi kif ukoll bħala mezz għall-osservazzjoni militari.
by skoperta.net | 25/May/22 | Ġrajjiet, Kurrenti
Il-grupp folk-rap Ukrain Kalush Orchestra, li reċentement rebaħ il-Eurovision Song Contest, ħabbar fuq Instagram li qed jirkanta t-trofew tiegħu biex jiġbor fondi għall-armata Ukrena.
Oleh Psiuk, il-frontman tal-grupp, offra wkoll li jbigħ il-kappell roża tiegħu.
Il-grupp reċentement ħabbar li se jdur l-Ewropa biex jiġbor fondi għall-Ukrajna u l-forzi armati tagħha.
Il-grupp Kalush Orchestra rebaħ il-kompetizzjoni fl-14 ta’ Mejju bil-kanzunetta Stefania, miktuba dwar omm il-frontman. Il-grupp irnexxielu jirbaħ il-battalja għall-ewwel post mar-Renju Unit u Spanja.
L-avveniment immarka l-ewwel avveniment kulturali kbir li fih ħadu sehem Ukreni minn meta bdiet l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fi Frar, u ħafna mill-udjenza xejru l-bandiera nazzjonali blu u safra tal-Ukrajna matul is-serata.
Qabel is-serata finali, Kalush Orchestra kienu favoriti li jirbħu l-konkors.
Il-grupp ġie żvelat bħala r-rappreżentant tal-Ukrajna għall-Eurovision fit-22 ta’ Frar, jumejn qabel ma t-truppi Russi invadew l-Ukrajna.