“Għal daqshekk?” dħaqtlu u kxift xedaq snien bojod sbieħ. Jekk ma kelli xejn sew, kelli snieni perfetti. “Tħallas int imma hux?” “Mhux hekk………” weġibni. Tajtu daqqa t’għajn ħafifa biex naċċerta ruħi li ma kienx qed jiċċajta. “Tajjeb hekk.” “Grazzi.” Il-ġurnata li kellna mmorru Londra kienet waslet malajr. Peress illi kulħadd kien jgħid li hemm kien jagħmel ħafna ksieħ, ommi tgħidx kif kienet geżwritna f’xalel u ġkieket u kalzetti u qliezet fuq xulxin……..ħassejtni miexi lejn l-ajruport qisni robot. U lil ħija bilkemm kont qed narah fil-ħwejjeġ……..peress illi hu ma fih xejn. Skont ħija, kien sab xi lukanda prima. Kelli seba’ mitt sena sakemm naraha. Iżda malli wasalna Londra, qbadna karozza tal-kiri u wasalna quddiem ‘il-lukanda’. Jien xejn ma ħassejtni impressjonat. Anzi, għall-kuntrarju, ħarist minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq tal-lukanda u kelli aptit nitlaq niġri lura lejn l-ajruport u naqbad l-ewwel ajruplan lura lejn Malta. “Sabiħa?” staqsieni ħija Leonard. Bilkemm flaħt inwieġbu. Ħassejt għajnejja joħorġu xiber minn ġo rasi, xufftejja tkemmxu waħedhom u saqajja baqgħu stirati bi dritt. “U ejja Mike, naf li stennejt aħjar. Imma ma kellix flus għal-lussu. U aħna mhux kemm norqdu?” qalli, hekk kif ħataf il-bagalja żgħira li kien ġab miegħu u telaq jimxi lejn ‘il-lukanda’ ħalli ma jagħtinix ċans neqred u ngerger. “Kerha. Se taqa’ biċċiet. Il-ħġieġ tat-twieqi maħmuġ. U jekk hemm xi nsetti? Jien nibża’. Taf inti…….U tidher qadima. Donnu hawn………donnha waħda minn dawk il-lukandi li tara f’xi film tal-biża!” ridt ngħidlu. Iżda gdimt ilsieni, berraqt għajnejja u dħalt warajh. Ir-riħa ta’ umdu li laqgħetni, ħassejtha nieżla sa griżmejja u terġa’ titla għal widnejja. Iż-żebgħa tal-ħitan kienet imqaxxra kollha. L-injam tal-art kien qed jagħmel ħsejjes ta’ żaqżiq kontinwu. It-tfajla li kien hemm wara l-iskrivanija kienet tidher xi ftit imdellka u kellha ċ-ċrieki suwed taħt għajnejha. “Kemm ilek ma torqod?” kelli aptit nistaqsiha iżda tbissimtilha għax kont qed nibża’. Malli dħalt fil-kamra fejn konna se nqattgħu l-lejl ħassejt is-suf ta’ dahri jitla’ xewk, xewk ‘il fuq.
Bażikament, huwa meta l-ġilda tiegħek tiġi f’kuntatt mad-dinja … mingħajr il-barriera ta’ drappijiet sintetiċi u materjali (bħal kalzetti u żraben).
Huwa qasam relattivament ġdid li qed jiġi studjat, u għal raġuni tajba!
😮🌅 Li tiddedika l-ħin biex toħroġ barra (jew fuq il-bejt/bitħa) u tkun f’kuntatt mad-dinja (l-ideali hu ramel jew ħamrija) jista’ jgħin biex tinqata’ l-infjammazzjoni, tnaqqas l-uġigħ u l-istress, ittejjeb l-irqad u markaturi oħra tas-saħħa.
⚡ Fil-fatt, ara ftit din:
🌎 “Ir-riċerka emerġenti wriet li kuntatt fiżiku dirett mal-wiċċ tal-pjaneta jiġġenera tip ta’ nutriment elettriku, b’effetti anti-infjammatorji u anti-ossidanti sorprendenti qawwija u rapidi.”
🌟 Interessanti, hux?
🌐🌲 Jeħtieġ iktar riċerka biex insiru nafu jekk taħdimx u kif taħdem.
Minkejja dan, hemm xi ħaġa partikolari li tnaqqas l-istress dwar li toħroġ barra u tgawdi l-arja friska … kemm jekk tkun mixja jew sempliċement tqatta’ ħin barra.
🌳 Din il-ġimgħa l-isfida tiegħek hi li tiddedika ħin għall-earthing!
Wara s-suċċess u r-rispons li kisbet il-kanzunetta Binti, kitba ta’ Roberta Magri u kompożizzjoni ta’ Richard Micallef, illum J’Anvil u Jade għadhom kemm nedew il-vidjow mużikali li jikkumplimenta s-sinifikat sentimentali ta’ din il-kanzunetta.
skoperta.net tkellem ftit magħhom dwar l-esperjenza u l-emozzjonijiet li ġegħlithom jgħixu l-kanzunetta tant għal qalbhom, Binti..
X’kienet l-ewwel reazzjoni tagħkom meta smajtu għall-ewwel darba l-kanzunetta Binti, u eventwalment meta interpretajtuha għall-ewwel darba?
Jade: Meta smajna l-kanzunetta għall-ewwel darba kemm jien u kemm missieri qabadna l-bard għax kienet ħolma li konna ilna nixtiquha u anki kieku ma sarx il-festival xorta kienet ħa ssir din il-kanzunetta allura għalina kienet ħolma li ġiet realtà. Meta interpretajniha għall-ewwel darba fir-rehearsals tal-festival konna emozzjonati ħafna, għax għalina kienet esperjenza unika.
J’Anvil: Il-kanzunetta kienet proprju miktuba għalina kif għandha tkun għal kull kantant u allura mill-bidu tal-kanzunetta diġà kien hemm rabta speċjali.
Xi tfisser għalikom Binti?
Jade: Għalkemm Binti hija kanzunetta dwar meta l-missier ikollu jħalli lil bintu fil-ġurnata tat-tieġ, tirrapreżenta l-bond ta’ bejni u bejn missieri. Fil-verità, kif ħafna jafu, jien daddy’s girl, u allura għalina Binti tirrapreżenta l-bond b’saħħtu li għandna bejnietna.
J’Anvil: Binti hija l-kanzunetta li torbot lili u lil Jade għal dejjem, is-siġill tar-rabta tagħna!
Kif ġiet l-idea li taħdmu fuq vidjow mużikali għal din il-kanzunetta?
Jade: Oriġinarjament ma kellniex ħsieb li nagħmlu vidjow mużikali però malli nżilna minn fuq il-palk kellna rispons kbir ħafna li ma stennejnihx u allura la rajna li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-pubbliku u ried aktar, iddeċidejna li nagħmlu l-vidjow mużikali.
J’Anvil: Wara l-fatt li l-kanzunetta ntlaqgħet sew wara li tajna l-prestazzjoni tagħna, ridna li n-nies igawduha aktar u nkomplu nżidu l-memorji ta’ din id diska b’rabta sentimentali, u fl-istess ħin rigal għal dawk kollha li jħobbu l-mużika Maltija u dawk li tawna l-appoġġ tagħhom.
Kif kienu l-preparamenti u l-produzzjoni tal-vidjow?
Jade: Meta bdejna nippjanaw għalih it-tnejn li aħna qabilna li rridu vidjow sempliċi li jirrapreżenta u joħroġ l-emozzjonijiet li naħseb kull missier u bint iħossu għal xulxin kemm f’dik il-ġurnata kif ukoll matul ħajjithom. Bħala kunċett u preparamenti kienu kollha f’idejna, imbagħad ovvjament irnexxielna noħolqu l-vidjow li xtaqna flimkien ma’ Victor Abela, li ġibed il-vidjow.
J’Anvil: Ridna li jkollna vidjow sempliċi li nħallu l-kanzunetta tispikka imma fl-istess ħin inwasslu l-messaġġ tas-sinifikat tagħha. Inġibed fi studjo b’effett ta’ infinità li tfisser l-imħabba ta’ bejni u bejn Jade, b’element ta’ naqra żfin, li din il-kanzunetta ddedikata għaliha. Xtaqt ninkludu wkoll il-memorji personali ta’ binti fuq il-palk ta’ meta kienet żgħira, fil-fatt dak li qed jidher huwa show ġewwa Baystreet f’Malta u ġewwa Pariġi fi Franza.
Sibtu xi sfidi partikolari fiċ-ċirkostanzi li qiegħdin fihom?
Jade: Dwar il-ġbid tal-vidjow ma sibniex sfidi partikolari, l-unika sfida li sibt, jekk tista’ ssejħilha hekk, kienet biex nagħmel xagħri, make up eċċ peress li kulħadd kien magħluq. Il-bqija ma kienx hemm sfidi kbar u kollox mexa sew.
Liema xena mill-vidjow hija l-aktar għal qalbkom?
Jade: Mistoqsija diffiċli din għax hemm żewġ xeni li huma għal qalbi ħafna. L-ewwel waħda hija x-xena li nuru filmat ta’ snin ilu fejn minn ta’ eta żgħira kont diġà nkanta ma’ missieri, tqanqal ħafna emozzjonijiet sbieħ. It-tieni waħda hija x-xena ta’ fejn qed niżfnu għax it-tnejn għandna ż-żfin għal qalbna u hija ħaġa sabiħa immens li qed nerġgħu niżfnu flimkien għal dan il-vidjow.
J’Anvil: Diffiċli għalina wkoll din għax tant ħdimna fuqu li kull sekonda għalina kienet importanti!
Hemm xi kurżitajiet partikolari dwar il-ġbid tal-vidjow li tistgħu taqsmu magħna?
J’Anvil: Xi ħaġa umoristika li nista’ niżvela hi li jien kont bil-kalzetti waqt ix-xena tiegħi u ta’ Jade!
X’fisser il-fatt li ħadtu sehem f’festival għall-ewwel darba flimkien b’kanzunetta li tirrapreżenta r-rabta u r-relazzjoni ta’ bejnietkom?
Jade: Kif għidt kemm-il darba, jien u missieri ġieli naħdmu flimkien allura ma kinitx l-ewwel darba li kantajna flimkien imma kienet l-ewwel esperjenza tagħna fuq palk u festival daqshekk kbir. Ma nistax infisser l-emozzjoni li ħassejt, emozzjoni sabiħa immens u tfisser ħafna, il-fatt li tkanta ma’ missierek hija esperjenza unika. Ħa jgħaddi ż-żmien u se tibqa’ memorja speċjali ħafna għalina.
J’Anvil: Din kienet xi ħaġa kbira għalina, il fatt li spiċċajna fuq livell nazzjonali, din kienet ħolma tagħna li saret realtà. Għalkemm jien il-kompetizzjonijiet idejquni, għall-kuntrarju ta’ li ħafna jaħsbu li nieħu gost, nagħmilha għax inħbb l-ispettaklu u ftit huma l-opportunitajiet biex teżebixxi fuq palk bħal dak allura l-fatt li jien u binti għaddejna minn din il-meravilja ovvjament se tibqa’ mnaqqxa għal dejjem sakemm id-dinja tibqa’ ddur!!
Minkejja li ma kinitx waħda mill-finalisti, Bintu kienet waħda mill-kanzunetti li ntlaqgħet tajjeb ħafna man-nies. X’kienet ir-reazzjoni tagħkom għal dan? Kuntenti bir-rispons li rċevejtu s’issa?
Jade: Kif diġà għidt, wara l-interpretazzjoni ta’ Binti, onestament ma stajniex inlaħħqu mal-messaġġi kollha li rċevejna. Konna nafu li ħafna ħa jirrelataw mal-kanzunetta għax dak kien l-għan tagħna wara kollox, però ma ħsibniex li se jkollna risponsabbli daqshekk qawwi. Ninsabu kuntenti ħafna li ntlaqgħet tajjeb min-nies għax ovvjament dik l-aktar ħaġa importanti u onorati li rnexxielna nwasslu dak li xtaqna lill-poplu Malti u ntogħġob.
J’Anvil: Storja helwa hija li jien lestejt messaġġ ħelu ħelu għall-promozzjoni, sabiex wara li nkantaw nibgħatu lil xi ħbieb u oħrajn għal ftit voti taf kif, kellna l-ħin peress li kantajna fil-bidu….li ma konniex qed nistennew hu li rċevejna ħafna u ħafna messaġġi kemm jien u kemm Jade tant li spiċċajna ma bgħattna l-ebda messaġġ!!!!
Jade, x’inhi l-isbaħ ħaġa li tħoss li għaddielek il-papà?
Minn ta’ età żgħira minn dejjem urejt ix-xewqa li nkun fix-xena tal-mużika, ovvjament li dejjem kont niġri ma’ ommi u missieri f’festival, rehearsal u avvenimenti oħra relatati mal-mużika għenet xi ftit ukoll però missieri qatt ma sfurzani biex inkun f’din ix-xena. Il-fatt li kien dejjem warajha u għeni biex wasalt sa fejn wasalt illum, hija l-isbaħ ħaġa li qatt seta’ jagħtini.
J’Anvil, x’inhi l-aktar ħaġa f’Jade li tagħmlek kburi biha?
Għalija l-fatt li għarfet id-don u t-talent tagħha hija xi ħaġa li tagħmilni kburi biha grazzi lill-ħallieq ta’ dan. Apparti li jien u Jade għandna bond b’saħħtu ħafna, però nista’ ngħid dan li maż-żewġ uliedi għandi bond b’saħħtu.
X’messaġġ tgħaddu lil Maltin u Għawdxin?
Jade: L-ewwel u qabel kollox nixtieq ngħid grazzi lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li ssapportjawna u wrew sapport u apprezzament għall-kanzunetta Binti kif ukoll apprezzaw dak kollu li ħdimna għalih jien u missieri. Fl-aħħar u mhux l-inqas ngħid lil kulħadd li l-familja hija l-isbaħ ħaġa li wieħed għandu jgħożż u jieħu ħsieb għaliex ovvjament daqskemm ikunu hemm għalik il-familja, naħseb ħadd.
J’Anvil: Il-messaġġ huwa wieħed biex ikomplu jagħtu l-appoġġ lill-artisti Maltin speċjalment issa ara kemm għandna kanzunetti ġodda kollha fir-repetorju Malti. Nixtieq illi din il-kanzunetta niddedikawha lill-missirijiet kollha li taw jew se jagħtu lil binthom għaż-żwieġ u j’Alla l-imħabba ta’ bejniethom ma tmut qatt.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.