Select Page
Eliminati Audrienne u Kevin Paul fit-tielet Live Show ta’ X Factor Malta

Eliminati Audrienne u Kevin Paul fit-tielet Live Show ta’ X Factor Malta

Waqt it-tielet Live Show ta’ X Factor Malta ġew eliminati żewġ parteċipanti oħra.

Ilbieraħ intemm il-vjaġġ ta’ X Factor Malta għal Audrienne Fenech mill-kategorija ta’ Ira Losco u għal Kevin Paul mill-kategorija ta’ Howard Keith Debono.

Audrienne ġabet l-inqas ammont ta’ voti mit-televoting filwaqt li Kevin Paul ġie eliminat f’sing-off li saret bejnu u Timea Farr.

Is-sitt kontestanti li se jkunu qed jipparteċipaw fis-semifinali nhar il-Ħadd li ġej fid-20:50 fuq TVM huma Ryan, Ceci & Kriss, Drakard, Lisa, Cheryl u Timea Farr.

Erġa’ segwi l-prestazzjonijiet kollha tat-tielet Live Show:

Jiġu eliminati l-gruppi Soul Tide u Beyond fit-tieni Live Show ta’ X Factor Malta

Jiġu eliminati l-gruppi Soul Tide u Beyond fit-tieni Live Show ta’ X Factor Malta

Ilbieraħ, fit-tieni Live Show ta’ X Factor Malta kien hemm żewġ eliminazzjonijiet oħra.

Il-vjaġġ ta’ X Factor Malta waqaf sal-bieraħ għall-gruppi Soul Tide u Beyond, mill-kategorija ta’ Philippa Naudi.

Il-grupp Beyond ġab l-inqas ammont ta’ voti mit-televoting filwaqt li l-grupp Soul Tide ġie eliminat f’sing-off li saret bejn il-grupp u Timea Farr.

It-8 kontestanti finalisti se jkunu qed jipparteċipaw fit-tielet Live Show nhar il-Ħadd it-30 ta’ Jannar fuq TVM fid-20:50,

Erġa’ segwi l-prestazzjonijiet kollha tat-tieni Live Show:

Jiġu eliminati Shauna u Jimmy fl-ewwel Live Show ta’ X Factor Malta

Jiġu eliminati Shauna u Jimmy fl-ewwel Live Show ta’ X Factor Malta

Ilbieraħ bdiet l-aktar fażi mistennija u eċitanti ta’ X Factor Malta, dik tal-Live Shows.

Fl-ewwel Live Show ġew eliminati tnejn minn 12-il kontestant.

Il-vjaġġ ta’ X Factor Malta waqaf ilbieraħ għal Shauna Vassallo, mill-kategorija ta’ Ivan Grech, li ġabet l-inqas ammont ta’ voti mit-televoting, u għal Jimmy, mill-kategorija ta’ Ira Losco, li ġie wkoll eliminat.

Is-sing-off bejn Jimmy u l-grupp Beyond qajmet kontroversja fost is-segwaċi ta’ X Factor Malta. Ħafna esprimew l-opinjoni tagħhom fuq il-midja soċjali, dik li skont huma Jimmy ma kellux jiġi eliminat.

L-10 kontestanti finalisti se jkunu qed jipparteċipaw fit-tieni Live Show nhar il-Ħadd it-23 ta’ Jannar, fejn it-tema se tkun dik ta’ Retro.

Dawn huma l-prestazzjonijiet kollha tal-ewwel Live Show ta’ X Factor Malta:

Michaela Jaé Rodriguez issir l-ewwel attriċi trans li rebħet il-Golden Globe Award

Michaela Jaé Rodriguez issir l-ewwel attriċi trans li rebħet il-Golden Globe Award

L-istilla tas-sensiela televiżiva Pose, Michaela Jaé Rodriguez saret l-ewwel attriċi trans li rebħet il-premju tal-Golden Globe.

Michaela Jaé Rodriguez rebħet il-premju tal-aqwa attriċi f’drama televiżiva fil-Golden Globes, li din is-sena ma ġietx imxandra fuq it-televiżjoni. F’din il-kategorija kien hemm ukoll Jennifer Aniston, Uzo Aduba, Elizabeth Moss, u Christine Baranski.

Hija rebħet il-premju għall-interpretazzjoni tagħha fis-serje rebbieħ tal-Emmy Award, Pose, li ħareġ l-aħħar staġun tiegħu fis-sajf li għadda

Pose, sensiela ambjentata fi New York tal-aħħar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90, tittratta fuq il-kultura tal-ballu u l-komunità LGBTIQ, il-kriżi tal-AIDS u l-kapitaliżmu.

Is-serje ssegwi lil Blanca, interpretata minn Rodriguez, hekk kif tibda d-“dar” tagħha stess, familja ta’ żgħażagħ LGBTIQ miċħuda u tipprova ssir leġġenda.

L-istilla ta’ Pose qalet li l-premju tagħha huwa l-bieb li se jiftaħ il-bieb għal ħafna aktar individwi żgħażagħ b’talent.

L-Amerika tappella biex ma jivvjaġġawx lejn Malta wara żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid

L-Amerika tappella biex ma jivvjaġġawx lejn Malta wara żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid

L-Amerika tappella lill-pubbliku biex ma jivvjaġġax lejn Malta minħabba żieda fil-każijiet tal-Covid-19 f’dawn l-aħħar jiem, u tpoġġi lil Malta fil-kategorija tal-ogħla riskju għall-ivvjaġġar.

Dan l-appell ħareġ miċ-Ċentri għall-Kontroll tal-Prevenzjoni tal-Mard tal-Amerika (CDC).

Huwa rrakkomandat li jekk wieħed jivvjaġġa lejn Malta għandu jkun imlaqqam kompletament b’vaċċin awtorizzat mill-FDA biex jevita sintomi severi li jistgħu jiżviluppaw jekk wieħed jiġi infettat bil-Covid-19.

Enable Notifications    OK No thanks