Select Page
Ike u Kaya fit-12-il post fil-Junior Eurovision Song Contest – Tirbaħ l-Armenja

Ike u Kaya fit-12-il post fil-Junior Eurovision Song Contest – Tirbaħ l-Armenja

Il-kantanta Maléna, ir-rappreżentanta tal-Armenia, tirbaħ il-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Qami Qami.

Minkejja li ġiet it-tielet fil-voti tal-ġurija, wara Franza u l-Polonja, l-Armenja rnexxielha tikklassifika fl-ewwel post billi kisbet l-ogħla punti fil-votazzjoni onlajn. Il-Polonja u l-Portugall ġew ikklassifikati fit-tieni u t-tielet post mill-pubbliku.

Ir-rappreżentanti ta’ Malta, id-duo li seraq tant qlub, Ike u Kaya taw prestazzjoni mill-aqwa u ġew ikklassifikati fit-12-il post.

Andreana DeBattista u Melanie Kelly fost il-mistednin f’The Entertainers tal-lejla

Andreana DeBattista u Melanie Kelly fost il-mistednin f’The Entertainers tal-lejla

Il-personalitajiet televiżivi Andreana DeBattista u Melanie Kelly, il-kantanti Charlene Rae, Cherylis Camilleri u Laura Bruno, ir-rappreżentanti Maltin għall-Junior Eurovision, Ike u Kaya kif ukoll id-DJ sinonimu mas-snin 90, Colin Fitz, se jkunu fost il-mistednin ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci, din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistednin. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 50 u s-snin 90.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistednin li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettaturi.

Din il-ġimgħa titkompla l-ewwel fażi tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Illejla – L-aħħar Programm ta’ The Entertainers

Illejla – L-aħħar Programm ta’ The Entertainers

L-aħħar programm mis-sitt staġun ta’ The Entertainers se jlaqqa’ lill-finalisti żgħażagħ ta’ The Entertainers Singing Challenge fi dwetti ma’ diversi kantanti stabbiliti Maltin u Għawdxin. Flimkien se jinterpretaw bosta kanzunetti klassiċi Maltin li żgur se jqanqalu nostalġija fl-edizzjoni tas-Sibt li ġej ta’ “THE ENTERTAINERS”, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television fit-20.30.

Il-kantanti stabbiliti li kkonfermaw il-parteċipazzjoni f’dan il-programm speċjali huma dawn: Fabrizio Faniello, Christian Arding, Kaya, Mary Rose Mallia, Ludwig Galea, Nadine Fenech, Michela Galea, Christina Magrin, Ylenia Vella, Kurt Calleja, Jasmine Abela, Francesca Sciberras, Karen Debattista u Roger Tirazona.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, “The Entertainers” iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra għal-lejla tinkludi wkoll Fashion Time flimkien ma’ Josette Sciberras b’pariri siewja dwar il-moda femminili.

Enable Notifications    OK No thanks