Select Page
Aqsam magħna ritratt tal-kelb jew qattus tiegħek u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ!

Aqsam magħna ritratt tal-kelb jew qattus tiegħek u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ!

Bħal ma tafu, kull xahar fuq Skoperta jkun hemm kompetizzjoni għaddejja li permezz tagħha jkollna l-opportunità li nippremjaw lilkom is-segwaċi bħala apprezzament u gratitudni għar-rispons qawwi li nirċievu mingħandkom.

Għal darb’oħra, il-kompetizzjoni ta’ dan ix-xahar se tkun waħda relatata mal-kreaturi li tant ngħożżu u li jimlew ħajjitna b’tant imħabba!

Kull ma trid tagħmel huwa li taqsam magħna ritratt tal-kelb jew qattus tiegħek fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Skoperta, taħt dan l-artiklu, u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ żewġ vouchers ta’ €20 mingħand PetLove!

Din il-kompetizzjoni tagħlaq nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Ottubru.

Ir-risq!!

“Kien ilu 3 ġimgħat b’qalbu sewda” – Bjorn

“Kien ilu 3 ġimgħat b’qalbu sewda” – Bjorn

F’għeluq il-ġimgħa minn kemm ilu li ħareġ mill-isptar Bjorn, flimkien ma’ ritratt li juri lilu ma’ Dar, il-kelb tagħhom, fakkar mument ħelu u mimli mħabba li jafu joffru dawn il-kreaturi tant għal qalbna.

Filwaqt li esprima l-imħabba tiegħu lejn Dar u d-differenza li jagħmel lil kull pazjent f’Dar Bjorn, Bjorn qal li l-kelb kien ilu 3 ġimgħat b’qalbu sewda meta hu kien rikoverat fl-isptar Mater Dei, u malli ħareġ, bħal-lum ġimgħa, tgħidx kemm feraħ bih!

“Min għandu kelb jista’ jifhimni, l-imħabba li jittrasmettu dawn l-għeżież hija kbira wisq,” żied jgħid Bjorn.

“Billi taqfel lill-kelb żewġ sekondi jekk taf li jagħmel għal min hemm wara l-bieb, m’intix qed taħqru”

“Billi taqfel lill-kelb żewġ sekondi jekk taf li jagħmel għal min hemm wara l-bieb, m’intix qed taħqru”

Anthea Bugeja, il-pustiera li ġiet attakkata minn kelb waqt xogħolha tellgħet filmat b’referenza, partikolarment għall-kummenti li kien hemm taħt l-artiklu li fih it-tim ta’ Skoperta rrapporta dwar l-esperjenza qarsa tagħha.

Hija rrakkuntat kif xħin daqqet il-qanpiena u nfetaħ il-bieb, il-kelb iddendel m’idha u attakkaha.

Assigurat lil kull min qalilha li għandha sempliċiment grif, li mhumiex.

Anthea spjegat li żżomm il-kelb ġewwa ma jfissirx li ma toħorġux jagħmel il-bżonnijiet tiegħu jew biex jieħu pjaċir iżda “meta ddoqq il-qanpiena, u ovvjament il-kelb qieghed fit-territorju tiegħu, aqfluh żewġ sekondi ġo kamra. Għaliex? Biex il-bniedem ma jkollux għalfejn ibati l-konsegwenzi tagħkom.”

Hija qalet li l-annimali tħobbhom u iżda jekk tkun taf li l-kelb se jagħmel għall-persuna li hemm wara l-bieb, taqflu.

B’referenza għal min qalilha li jmissha għamlet rapport l-għassa, hija qalet li ma riditx tagħmel dan mir-riskju li l-kelb jista’ jitraqqad għaliex saħqet li l-kelb m’għandu l-ebda tort.

“Il-kelb x’tort għandu? Jien fl-ebda ħin m’għedt li l-kelb għandu tort. It-tort huwa tan-negliġenza enormi, grassa, tal-owners li ma qafluhx.
Anthea Buġeja

Stqarret li l-għan ta’ dan il-vidjow mhuwiex biex tiġbed is-simpatija iżda biex tqajjem kuxjenza dwar minn liema sitwazzjonijiet jgħaddu minnhom hi u pustiera bħalha, kif ukoll nies oħrajn li jaħdmu fuq barra bħal dawk li jwasslu affarijiet u ikel fid-djar, għaliex enfasizzat li din hija sitwazzjoni li ma ġratx lilha biss iżda realtà li qed jiffaċċjaw bosta.

“Il-kelb żommu ġewwa!” – Celine

“Il-kelb żommu ġewwa!” – Celine

Il-kantanta Celine Agius tirrakkonta dak li għaddiet minnu l-partner tagħha li taħdem bħala pustiera.

Tirrakkonta kif waqt xogħolha, il-partner tagħha ġiet attakkata minn kelb. “Ċemplet il-qanpiena ta’ dar biex tqassam parcel f’dar partikolari…. Hekk kif il-persuna fetħet il-bieb kelb salvaġġ ġie jiġri u ħatfilha idha u ma ried jerħiha b’xejn. Ikkawż ġrieħi fondi tant li l-gidma saħansitra mess l-muskolu tal-id.€

Isostni li kelb ma jkunx ta’ detriment għal ħaddieħor. “Jekk għażilt li jkollok kelb dik problema tiegħek mhux tas-soċjetà. Allura l-kelb żommu ġewwa u kkunsidra li ma jkunx ta’ detriment għal ħaddieħor. Mhux kulħadd jiggusta l-kelb tiegħi, u mhux kulħadd iffissat fuq l-annimali lanqas. Jekk tixtieq tkun sid ta’ annimal hija deċiżjoni tiegħiek, ħaddieħor ma għandux ilaqqat il-konsegwenzi tal-annimal u n-negliġenza tiegħek.”

Itemm tgħid li ħadd ma għandu jbati t-traskuraġni ta’ ħaddieħor. “It-tfajla tiegħi ddeċidiet li ma tagħmilx rapport l-għassa. Ma kontx inkun jien li nħalli negliġenza bħal din għaddejja. Għax ħaddieħor ma għandu qatt ibati traskuraġni ta’ ħaddieħor. Imisskom tistħu. Jekk tafu.”

Ġimgħa mingħajr Max!

Ġimgħa mingħajr Max!

Max, il-kelb speċjali ta’ Miguel, ilu ġimgħa nieqes!

Il-kelb huwa tar-razza golden retriever. Dan il-kelb huwa ta’ tifel li kellu l-leukemia u huwa nieqes mid-dawl t’għajnejh it-tnejn. Huwa kelb baħbuħ ħafna u huwa mħarreġ biex ikun gwida.

Jekk lil Max rajtuh, jew taf għand min qiegħed jew qiegħed għandek, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lill-familja tiegħu fuq in-numru 99465576 jew 99550292.

Dan jista’ jsir anki b’mod anonimu; l-importanti li jiġi rritornat lura! Tista’ wkoll tieħdu fl-eqreb għassa tal-pulizija jew ġo klinika veterinarja.

Se jingħata premju ta’ €1,000 lil min jirritorna il-kelb.

Enable Notifications OK No thanks