Bosta qed jaqsmu r-reazzjonijiet tagħhom wara l-velja li saret għal Pelin Kaya nhar il-Ġimgħa li għadda fejn kien hemm ukoll preżenti l-qraba tagħha.
Pelin Kaya, ta’ 30 sena, inqatlet nhar it-18 ta’ Jannar wara li raġel ta’ 33 sena baqa’ dieħel f’pompa tal-petrol u wara fl-istabbiliment tal-ikel, il-KFC, fil-Gżira.
Ir-raġel tressaq il-qorti mixli bil-qtil ta’ Pelin Kaya, bil-pulizija tixhed li “ma kienx sempliċi inċident tat-traffiku iżda omiċidju volontarju.”
Kienu ħafna li esprimew l-opinjoni tagħhom fuq il-midja soċjali hekk kif sostnew li fil-fehma tagħhom l-istabbiliment tal-ikel, il-KFC kellu jagħlaq waqt il-velja. Bosta rreferew ukoll għan-nies li kienu qed jieklu dak il-ħin, filwaqt li sostnew, li huwa atteġġjament li juri nuqqas ta’ rispett u dinjità lejn il-vittma u l-qraba tagħha.
Oħrajn għandhom opinjoni totalment differenti għaliex jemmnu li l-ebda mill-imsemmija ma naqsu mir-rispett u jsostnu li hemm kwistjonijiet aktar serji li wieħed għandu jitħasseb dwarhom relatati ma’ dan il-każ.
Filmat tas-CCTV juri l-mument li seħħ l-inċident li kkawża l-mewt ta’ mara ta’ 30 sena mit-Turkija.
Fil-filmat, jidher is-sewwieq ta’ 33 sena joħroġ mill-karozza wara li baqa’ dieħel fl-istabbiliment tal-ikel, KFC fil-Gżira, u baqa’ miexi f’direzzjoni ‘l bogħod miż-żona tal-inċident.
Dan seħħ wara ftit li baqa’ dieħel f’pompa tal-petrol.
Xi nies li kienu fuq il-post allegaw li s-sewwieq attakka lill-vittma waqt li kienet stenduta fl-art, kif ukoll li kien aggressiv ma’ nies li ppruvaw jagħtu l-għajnuna tagħhom tant li l-pulizija kellhom jużaw it-taser biex setgħu jarrestawh.
Huwa nstab li kien taħt l-effett tad-droga u l-alkoħol.
Pelin Kaya hija l-mara ta’ 30 sena li tilfet ħajjitha traġikament f’għeluq sninha.
Hija mietet wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, ittajret minn raġel li wara li ħabat f’pompa tal-petrol, baqa’ dieħel fl-istabbiliment tal-ikel, KFC fil-Gżira.
Il-vittma, oriġinarjament minn Istanbul, kienet toqgħod il-Gżira stess, mhux wisq ‘il bogħod minn fejn seħħ l-inċident, u kienet ilha tgħix Malta għal aktar minn sena. Hija kienet taħdem bħala interior designer.
Mara torka ta’ 30 sena tilfet ħajjitha traġikament fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu wara li karozza baqgħet dieħla f’ħanut fil-Gżira.
Skont dak li qed jiġi rrapurtat, għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, fit-Triq Testaferrata, sewwieq ta’ 33 sena minn Ħal Lija, ħabat f’pompa tal-petrol u wara saq fir-ristorant tal-KFC, fejn kienet tinsab il-mara.
Nies li nzertaw fuq il-post ippruvaw jassistu mill-ewwel lill-mara, iżda x-xufier kien aggressiv, tant li qed jiġi rrappurtat li saħansitra beda jitfa’ l-ġebel. Kellhom ikunu l-pulizija li kontrollawh permezz ta’ taser u arrestawh.
Skont rapporti, ir-raġel kien taħt l-effett tad-droga u ma kienx jaf lill-vittma.
Il-Maġistrat Nadin Lia qed tmexxi inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.