Select Page
Muick u Sandy isellmu għall-aħħar darba lil sidthom, ir-Reġina

Muick u Sandy isellmu għall-aħħar darba lil sidthom, ir-Reġina

Il-klieb tar-Reġina Eliżabetta II, Muick u Sandy assistew għall-wasla tat-tebut tar-Reġina.

Muick u Sandy, li huma tar-razza Corgi, ingħataw lir-Reġina bħala rigal is-sena l-oħra mit-tifel tagħha, il-Prinċep Andrew u wliedu. 

Wara li r-Reġina mietet, il-klieb se jerġgħu lura għand il-Prinċep Andrew.

Ritratt: BBC

Il-Prinċep Andrew se jkun qed jieħu ħsieb il-klieb tar-Reġina

Il-Prinċep Andrew se jkun qed jieħu ħsieb il-klieb tar-Reġina

Il-Corgis tar-Reġina Eliżabetta II se jkunu qed jgħixu ma’ binha l-Prinċep Andrew u l-eks mara tiegħu.

Id-Duka ta’ York, u Sarah, id-Dukessa ta’ York, se jieħdu ħsieb lil Muick u Sandy, żewġ corgis żgħar, li l-prinċep u wliedu taw lir-Reġina bħala rigal fl-2021 bl-għan li jgħollulha ftit il-moral waqt li l-mibki żewġha, il-Prinċep Philip kien l-isptar u waqt il-lockdown tal-Covid.

Ir-Reġina kellha wkoll dorgi, bl-isem ta’ Candy li dehret f’ritratt magħha f’Jannar.

Il-Maestà tagħha kienet tgħammar il-klieb u kellha aktar minn 30 corgis matul ħajjitha, li ħafna minn kienu dixxendenti minn Susan, il-kelba li kienet irċeviet bħala rigal meta għalqet 18-il sena, mingħand missierha fl-1944.

Il-prinċep u l-eks mara tiegħu d-Dukessa baqgħu qrib ħafna mid-divorzju tagħhom fl-1996, u għalhekk mhijiex sorpriża li se tkun qed tieħu ħsieb il-klieb hija wkoll.

Id-dukessa qalet li għaliha r-Reġina kienet l-aktar kunjata u ħabiba inkredibbli u li se tħoss in-nuqqas tagħha aktar milli tista’ tesprimi bil-kliem.

Ir-Reġina Eliżabetta II u l-passjoni li kellha għall-annimali

Ir-Reġina Eliżabetta II u l-passjoni li kellha għall-annimali

Ir-Reġina kienet tħobbhom ħafna l-animali sa minn età żgħira. Kellha affezzjoni kbira lejn il-klieb corgis u għaż-żwiemel tat-tiġrija.

Hija kienet ta’ spiss tidher fil-pubbliku tirkeb xi żiemel u imdawra bil-klieb tagħha tal-corgis. Aparti dan, il-Maestà Tagħha kienet ukoll tieħu ħsieb żewġt ifkieren kbar, iljunfant, ‘sloth’ u żewġ ġagwar, li wħud minnhom kienu għexu fiż-Zoo ta’ Londra.

Però, l-iktar animal favorit tagħha kien il-corgis. Fil-fatt meta ir-Reġina kellha għad biss 18-il sena (li dak iż-żmien kienet għadda prinċipessa), kienet ingħatat kelba corgis, mingħand il-ġenituri tagħha. Din il-kelba kien jisimha Susan, li mietet fl-età ta’ 14-il sena fl-1959 u hija midfuna f’Sandringham. Madankollu l-legat ta’ Susan baqa’ sejjer dan għaliex il-korgis kollha li kellha r-Reġina kienu kollha dixxendenti tagħha.

L-imħabba tal-Maestà Tagħha lejn iż-żwiemel, kienet passjoni li qasmet ma’ ommha u huwa maħsub li bdiet mal-ewwel lezzjoni tagħha tal-‘horseriding’. Huwa fatt interessanti li r-Reġina kompliet trabbi u tiġri fuq żwiemel għal aktar minn 60 sena.

4,000 beagle ġew salvati minn ħalq il-mewt

4,000 beagle ġew salvati minn ħalq il-mewt

Madwar 4,000 beagle qed ifittxu dar, wara li organizzazzjonijiet tas-salvataġġ tal-annimali bdew ineħħuhom minn faċilità ġewwa Virginia, l-Amerika, li trabbihom biex jinbiegħu lil laboratorji għall-esperimenti.

Dan is-salvataġġ ser jieħu 60 jum sakemm l-annimali kollha jinħarġu u eventwalment dawn il-klieb jidħlu fi djar li joffrulhom imħabba.

Xelters minn South Elgin, Illinois sa Pittsburgh bdew jirċievu l-klieb, fejn ser ikunu qed jagħmlulhom eżamijiet mediċi, tilqim u trattamenti oħra. Dan minħabba li ħafna mill-klieb salvati ma kinux mitmugħa biżżejjed u kienu qed isofru minn xi ġrieħi.

Xi wħud kienu wkoll f’xifer il-mewt, u ħafna sfortunatament laħqu mietu. L-għan issa huwa li tingħata attenzjoni medika lill-klieb li għandhom bżonnha qabel ma jsiru disponibbli għall-adozzjoni.

Hemm il-bżonn t’aktar għarfien biex la beagles u l-ebda annimal ieħor ma jkun suġġett għal dawn it-tip ta’ testijiet.

Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawn organizzazzjonijiet talli salvaw dawn il-frieħ innoċenti, lilek li qed taqra l-artiklu nħeġġuk tixtri prodotti li mhumiex ittestjati fuq l-annimali!

Illum jum il-klieb!

Illum jum il-klieb!

Kelb huwa l-aqwa ħabib. Illum jum il-klien u allura ħu l-opportunità biex tapprezza l-imħabba u l-valur li l-klieb iġibu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, billi tagħti sehmek u tgħin klieb abbandunati.

Il-klieb jagħmlu minn kollox għalina, minn għajnuna terapewtika sa jappoġġjaw lil nies li huma neqsin mid-dawl, mis-smiegħ jew b’diżabilità.

Xi fatti interessanti fuq il-klieb. Kont taf li l-aqwa kaċċatur fid-dinja huwa l-African Hunting Dog. Tant huma tajbina li għandhom Guinness World Record. Oħra… kont taf li klieb għandhom 3 kpiepel tal-għajnejn! U l-aħħar waħda… kont taf li d-Dalmatians ma jisimgħux minn widna minnhom.

Xerred l-imħabba ta’ dawn il-klieb, billi ttella’ ritratt tal-kelb tiegħek fil-kummenti t’hawn taħt.

Enable Notifications    OK No thanks