Ħallat id-dqiq, il-garlic powder, is-sweet paprika u l-mustard powder flimkien fuq platt.
Immartella ftit il-biċċiet tal-majjal jew b’martell tal-kċina jew b’qiegħ ta’ tazza.
Għaddi kull biċċa majjal mit-taħlita tad-dqiq u ara li jinksew bit-taħlita miż-żewġ naħat.
Saħħan il-butir fuq nar medju f’taġen ftit fond u kif jisħon, aqli l-biċċiet tal-majjal għal madwar 3 minuti fuq kull naħa, sakemm tara li bdew jieħdu kulur dehebi.
Issa żid l-istokk sħun. Żid ukoll il-bżar, il-melħ, is-soy sauce, il-worcestershire sauce, is-sagħtar u r-riegnu. Baxxi n-nar, għatti it-taġen u ħallih itektek għal 15-il minuta sakemm il-laħam isir tari.
Ikxef it-taġen u poġġi slajs larinġa fuq kull biċċa laħam. B’imgħarfa tella’ ftit mill-gravy li għandek fit-taġen fuq kull biċċa laring. Erġa’ għatti t-taġen u ħallih itektek għal 5 minuti.
Servi immedjatament ma’ kontorn ta’ ħaxix jew patata.
Fir-ritratt ta’ din ir-riċetta se taraw toqlija sempliċi ta’ ħaxix imħallat u patata mimlija l-forn.
Ingredjenti għall-patata mimlija:
8 patatiet imdaqqsa bil-qoxra
Basla maħkuka
Żewġ sinniet tewm imqatta’ rqaq
8 slajsis bejken imqatta’
Nofs kuċċarina chilli flakes
4 mgħaref mozzarella maħkuk
4 cherry tomatoes maqsuma min-nofs
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Metodu:
Aħsel u għalli l-patata bil-qoxra f’misħun jagħli għal bejn 15 u 20 minuta sakemm tiġi nofs sajran.
Sadanittant, saħħan iż-żejt ġo taġen. Żid il-bejken, il-basla, it-tewm u ċ-chilli flakes. Ħawwad u aqli sakemm il-bejken ikun sar sew.
Tella’ l-patata mill-misħun u aqtagħlha biċċa mill-wiċċ.
Ħaffer ftit il-patata u neħħi ftit mill-ġewwieni tal-patata.
Imla l-vojt bit-toqlija tal-bejken.
Daħħal il-patata fil-forn fuq dixx miksi bil karta tal-forn u aħmiha għal bejn 30 u 40 minuta sakemm iddaħħal ponta ta’ sikkina u tara li saret sew.
Oħroġ id-dixx u iksi l-wiċċ tal-mili bil-mozzarella u poġġi nofs tadama fil-wiċċ.
Erġa’ daħħal id-dixx fil-forn għal 10 minuti.
L-ikla t-tajba!
Din ir-riċetta ġiet imwassla lilkom minni u minn Vince Busuttil.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Bżaru aħmar milli jaħraq, bla żerriegħa u mqatta’ fin
Kuċċarina kemmun midħun
Kuċċarina trab tat-tewm
Nofs kuċċarina melħ
Żewġ kuċċarini cornstarch
Żewġt imgħaref ilma
Metodu:
Saħħan il-forn minn qabel.
Żid iż-żejt taż-żebbuġa f’taġen kbir fuq nar qawwi.
Meta ż-żejt ikun jaħraq sew, żid it-tiġieġ, bin-naħa tal-ġilda ‘l isfel.
Aqli għal madwar 8 minuti jew sakemm il-ġilda tieħu kulur kanella.
Eqleb it-tiġieġ u aqli għal 5 minuti oħra.
Neħħi l-biċċiet tat-tiġieġ mit-taġen u poġġihom ġo dixx tal-forn.
Għalissa warrabhom f’post sħun.
Baxxi n-nar għal medju. Żid il-ħall tat-tuffieħ, l-għasel, il-bżaru aħmar, il-kemmun, it-trab tat-tewm, u l-melħ. Ħallih itektek għal 3 minuti.
Sadanittant ġo tazza poġġi l-ilma u l-cornstarch u ħawwad sakemm il-cornstarch jinħall kompletament.
Issa żid it-taħlita tal-cornstarch ġot-taġen mat-taħlita tal-għasel u ħawwad biex tgħaqqad. Sajjar għal żewġ minuti jew sakemm il-glaze tkun saret magħquda.
Ferra nofs il-glaze fuq il-biċċiet tat-tiġieġ fid-dixx tal-forn sakemm tara li ksejthom sew.
Sajjar mikxuf fil-forn għal kwarta.
Wara kwarta neħħi d-dixx mill-forn u erġa’ iksi t-tiġieġ bil-glaze li baqagħlek.
Erġa’ sajjar għal kwarta oħra.
Servi immedjatament.
Tista’ sservihom ma’ kwalunkwe kontorn ta’ patata jew ħaxix.
Jekk tixtieq li sservihom mal-kontorn li għandi jien fir-ritratti huwa facli ħafna…..
Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):
4 patatiet imdaqqsa, imqattgħin roti rqaq
Żewġ basliet kbar, imqattgħin roti rqaq
8 faqqiegħ, imqattgħin roti rqaq
4 sinniet tewm, imqattgħin irqaq
10 cherry tomatoes maqsumin min-nofs
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Mgħarfa nbid abjad
Nofs dada tal-istokk tat-tiġieġ imdewba f’200ml ilma
Bżar u melħ skont il-gosti tiegħek
Kuċċarina kari
Mgħarfa ġobon cheddar maħkuk u mgħarfa ġobon mozzarella maħkuk imħalltin flimkien
Metodu:
L-aħjar li tuża taġen daqxejn fond u li għandu għatu.
Fit taġen saħħan iż-żejt u l-inbid.
Żid il-basal, il-faqqiegħ u it-tewm.
Żid il-bżar, il-melħ u il-kari.
Ħawwad sew u aqli sakemm il-basal jirtab.
Neħħi t-taġen minn fuq in-nar u itfa’ t-taħlita tal-basal ġo platt għal ftit ħin.
Issa rranġa it-tadam fil-qiegħ tat-taġen.
Fuq it-tadam poġġi saff patata.
Itfa’ nofs it-taħlita tal-basal fuq il-patata.
Erġa’ agħmel saff patata u spiċċa billi tferrex il-kumplament tat-taħlita tal-basal fil-wiċċ.
Ferra l-istokk tat-tiġieg li lestejt, għatti t-taġen u poġġi fuq nar baxx għal madwar kwarta, jew sakemm b’furketta tara l-patata saret sew.
Issa ferrex il-ġobon fil-wiċċ u erġa’ għatti u sajjar fuq nar baxx għal xi żewg minuti sakemm idub il-ġobon.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.