Select Page
Tintlemaħ kreatura li mhux is-soltu naraw f’Malta!

Tintlemaħ kreatura li mhux is-soltu naraw f’Malta!

Dalgħodu qomna b’filmat fuq il-midja soċjali tagħna, li juri ħlejqa stramba ddur mat-toroq Maltin.

Dik il-kreatura sabiħa u sufija hija ‘skunk’ li qatt ma rajna fi gżiritna!

Kontu tafu li s-‘skunk’ huwa mammiferu Amerikan ta’ daqs tal-qtates tal-familja tal-kannamieli, bil-pil distintiv ta’ lewn iswed u abjad? Meta jkun mhedded jitfa’ sprej fin ta’ likwidu irritanti li jinxtamm jinten għal min ikun ta’ theddida għalih.

Nittamaw li din il-kreatura jinstabilha post sikur mimli mħabba.

“Tibqa’ tħobb anke meta ma tiġix apprezzata” – Lynn Aquilina

“Tibqa’ tħobb anke meta ma tiġix apprezzata” – Lynn Aquilina

Il-mara

Il-mara ssaħħar bi sbuħitha.

Il-mara tafaxxinak bi bżulitha.

Il-mara tispirak kif tlaħħaq ma’ familtha.

Il-mara tħallik bla kliem

Għax f’kull waqt ixxammar il-kmiem!

Taf tkun doċli u sensittiva għax tuża’ qalb ta’ omm fejn ikun hemm bżonn.

U f’xi mumenti tkun assertiva u b’saħħitha għax kelmtha żżomm.

Tiffaċċja kull diffikultà, minkejja kull periklu li ġieli lanqas biss ixxomm.

Hi tagħti ħafna u tieħu ftit.

Tibqa’ tħobb anke meta ma tiġix apprezzata.

Temmen anke meta ma jkunx hemm tama.

Għax din il-kreatura maħluqa biex tagħti l-ħajja.

F’dan ir-rigward dejjem tagħha tagħti l-aħjar

Biex tiddefendi dan ir-rigal b’kull mod sal-aħħar!

Il-Kreatura tal-Bir – L-ewwel ktieb minn sensiela ġdida ta’ Simon Bartolo

Il-Kreatura tal-Bir – L-ewwel ktieb minn sensiela ġdida ta’ Simon Bartolo

Il-Kreatura tal-Bir  huwa l-ewwel ktieb minn sensiela ġdida ta’ Simon Bartolo. Hija storja li tgħaqqad fiha kemm elementi makabri kif ukoll umoristiċi. Tinvolvi l-familja Borg, li jibdew bħala erbgħa – omm, missier u żewġt itfal – u jispiċċaw tmienja meta jaslu z-zijiet u n-nanna. Nies kemmxejn strambi jkunu dawn. Hemm ritratt ta’ kull waħda u wieħed minnhom impinġijin fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-qoxra tal-ktieb. Din il-familja tiġi attakkata vjolentament mill-Imħalla, kreatura li normalment tgħix fl-ilma frisk tal-bjar imma li għal xi raġuni li niskopru aħna u naqraw il-ktieb, tagħmel eċċezzjoni għax toħroġ mill-bir biex tħebb għall-din il-familja. Apparti l-Imħalla, tant hemm kreaturi oħra li għad irridu niskopru f’dawn il-kotba, li s-sensiela jisimha “Ruxxmata Kreaturi”.

Lil Simon Bartolo niftakruh minn sensiela oħra ta’ kotba għat-tfal – It-Triloġija tal-Fiddien – li huwa kiteb flimkien ma’ Loranne Vella. F’dik it-Triloġija kien hemm kreaturi oħrajn, differenti minn dawn. Hu jistqarr li għalkemm jibża’, xorta jħobb ħafna jikteb dwar il-kreaturi. L-istejjer tiegħu jagħtihom ukoll laqta ċajtiera għax inkella jiġu wisq tal-biża’ u ma jkunx jista’ jorqod billejl! Ippubblika kotba oħra bħal, Kważi Kważi lil Tamara Nżommuha, Kliem ir-Riħ, Deformity, u Il-Leġġenda ta’ Robin Hood u Marian. Jikteb ukoll id-drammi tat-teatru, kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Fil-fatt lil Simon dejjem jikteb issibu, jew inkella jkun qed jaħseb dwar xiex se jikteb.

Enable Notifications OK No thanks