Select Page
Frederick Camilleri u Fabian Scerri de Carlo fost il-mistednin waqt The Entertainers tal-lejla!

Frederick Camilleri u Fabian Scerri de Carlo fost il-mistednin waqt The Entertainers tal-lejla!

L-atturi popolari Fabian Scerri de Carlo u Frederick Camilleri, il-kantanti Kurt Anthony, Nicole Vella, Lisa Gauci u Laura Bruno kif ukoll l-illużjonista Vanni Pulè se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċenji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 60 u s-snin 90.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Din il-ġimgħa tingħata bidu għas-semifinali tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenege.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Mużika tas-snin 70 u 90 waqt The Entertainers nhar is-Sibt li ġej! – Min se jkunu l-mistednin?

Mużika tas-snin 70 u 90 waqt The Entertainers nhar is-Sibt li ġej! – Min se jkunu l-mistednin?

L-atturi Stephen Mifsud u Claire Marie Busuttil, il-kantanti Debbie Scerri, Chiara, Mikhail Attard u Kurt Anthony flimkien mal-attur veteran Mario Micallef se jkunu fost il-mistednin ewlenin fil-programm tas-Sibt li ġej ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li terġa’ tkun magħkom fuq Net TV nhar is-Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci, din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċenji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin sebgħin u s-snin disgħin.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Filmat: Interpretazzjoni tal-kanzunetta We Are The World minn bosta kantanti popolari

Filmat: Interpretazzjoni tal-kanzunetta We Are The World minn bosta kantanti popolari

Ftit jiem ilu wassalnilkom dettalji dwar proġett mużikali ta’ Kurt Anthony flimkien ma’ bosta kantanti popolari oħrajn, inklużi ċ-ċkejknin Ike u Kaya li serqu tant qlub fil-parteċipazzjoni tagħhom f’Malta’s Got Talent.

Ilbieraħ, il-ħolma ta’ Kurt ħadet il-ħajja, għaliex minn ftit minuti wara t-tnedija tal-vidjo mużikali, l-ammont ta’ nies li qed isegwuh u jxerrduh baqa’ dejjem jiżdied.

We Are The World, kanzunetta favorita għal ħafna b’interpretazzjoni minn kantanti popolari Maltin.

We are the world – Proġett mużikali minn diversi kantanti għal żmien il-Milied

We are the world – Proġett mużikali minn diversi kantanti għal żmien il-Milied

Il-kantant Malti Kurt Anthony, huwa l-moħħ wara dan il-proġett. Kantanti popolari oħrajn se jingħaqdu miegħu dalwaqt għal kanzunetta leġġendarja li kienet ħarġet fis-snin tmenin mill-artisti internazzjonali bħal Michael Jackson, Tina Turner, Lionel Richie fost ohrajn.

Kurt jgħidilna, ”Kanzunetta li tfisser għaqda u imħabba.. Il-mużika hija katina b’saħħitha u din kienet opportunità biex ningħaqdu flimkien fl-iktar żmien diffiċli minkejja xi indifferenzi. Jien bniedem li minn ċkuniti ħabbejt ħafna l-kant u l-kantanti u fl-aħħar se jkolli xi ħaġa li tgħaqqadni ma’ dawn l-artisti li kont insegwi fuq it-televiżjoni mindu kont ċkejken. Artisti bħal Mike Spiteri, William Mangion, Claudia Faniello, Ludwig, Debbie u oħrajn. Meta ġejt biex nagħżel il-kantanti kollha kienet diffiċli. Kellimt ‘il fuq minn 30 artist lokali. Kulħadd wera interess imma minħabba d-dati li kienu ristretti ħafna kellna nagħmlu għażla u nżilna għal 20… Michela Galea, Claudia Faniello, Olivia Lewis, Debbie Scerri flimkien mat-tifla tagħha Nicole Vella, Mark Anthony Bartolo, Kevin Paul Calleja, Maria Luana, Gail Attard, Mark Spiteri Lucas, Gaia Cauchi, Mike Spiteri, William Mangion, Ludwig Galea, Laura Bruno, Nicole Frendo, Lisa Tabone, jien innifsi u finalment act ċkejkna li bħalissa tinsab fuq fomm kulħadd iżda ma nixtiqux niżvelawha għalissa.”

Kurt jgħidilna wkoll li sab ħafna appoġġ mill-artisti kollha li ipparteċipaw b’ mod speċjali minn Ludwig Galea li kkoordina l-vuċijiet u l-armoniji u Maria Luana li minkejja li tagħmel parti mill-‘cast’ idderiġiet il-filmat li se jitwassal lill-Maltin u l-Għawdxin kollha fil-ġranet li ġejjin.

Jirringrazzja wkoll lil Dar il-Mediterran li tawhom lokazzjonijiet mill-isbaħ ghall-filmat kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li ta sapport kbir lil din l-idea.

Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed naqsmu dan il-proġett fuq skoperta.net

Enable Notifications    OK No thanks