Love Island Malta: Lil min taħseb li se tagħżel Nicola?

Love Island Malta: Lil min taħseb li se tagħżel Nicola?

Waqt l-episodju ta’ Love Island Malta tal-bieraħ ħarġu diversi emozzjonijiet u rajna xi ftit jew wisq tibdil li ħafna ma kinux qed jistennew.

Ir-relazzjoni ta’ bejn waħda mill-koppji li rċevew l-inqas ammont ta’ voti mill-pubbliku, Nicola u Dale, ħadet direzzjoni differenti hekk kif ħafna kienu ilhom jistennew, u anki wara pariri ta’ wħud minn sħabha l-kontestanti, Nicola ffaċċjat lil Dale dwar dak li qed idejjaqha u li taħseb li hu ħażin.

Waqt li l-kwistjonijiet ta’ Nicola u Dale għadhom mhux solvuti, b’Nicola tiddeċiedi li tkun miftuħa għal għażliet oħra, wasal il-mument għall-premju tal-isfida tal-bews.

Il-premju għal Nicola, li rebħet din l-isfida, kien li tagħżel kontestant li mhuwiex f’koppja magħha biex imorru lunch date, u Nicola għażlet lil Andriy!

Evidentament, dawn it-tnejn marru tajjeb ħafna flimkien. B’Nicola, tistqarr miegħu sentimenti lejh li ma kinitx uriet qabel.

Spikka wkoll l-entużjasmu ta’ sħabha t-tfajliet dwar din il-fjamma li donnha qed titkebbes!

Imbagħad wasal il-mument tar-recoupling! Din id-darba kien imiss lin-nies li jagħmlu l-għażliet tagħhom. Madankollu, minħabba li Timmy huwa l-aħħar kontestant li daħal bħala bombshell, ingħata ċ-ċans li jagħżel hu qabel kulħadd.

Mument ta’ tensjoni fost uħud mill-kontestanti qabel ma Timmy għażel lil Shanise. Għalkemm huma wkoll għandhom kwistjonijiet għaddejjin li għadhom ma solvewx, Gabby għal darb’oħra reġgħet għamlet lil Sven. Marie Christine għażlet lil Kyle u Chelsea għażlet lil Allen.

Fadal biss Nicola biex tagħmel l-għażla tagħha bejn żewġ kontestanti, Dale u Andriy.

Lil min taħseb li se tagħżel Nicola? U kieku int lil min tagħżel?

BIL-FILMAT: Kyle jagħżel lil Marie Christine f’Love Island Malta

BIL-FILMAT: Kyle jagħżel lil Marie Christine f’Love Island Malta

Fost diversi reazzjonijiet li qanqal l-episodju ta’ Love Island Malta tal-bieraħ, kien hemm dawk dwar l-għażla ta’ Kyle!

L-għażla ta’ Kyle żgur li ma kinitx sorpriża għas-segwaċi, hekk kif għażel lil Marie Christine.

Iżda din l-għażla qajmet bosta reazzjonijiet fost is-segwaċi. Filwaqt li ħafna kienu sorpriżi dwar ir-reazzjoni ta’ Marie Christine minħabba li kienet ilha turi l-interess tagħha f’Kyle, oħrajn qed jiddubitaw kemm din l-għażla se twassal biex tinbet relazzjoni romantika bejn il-koppja.

Il-koppji l-oħra li ġew iffurmati s’issa bl-għażla tal-ġuvintur huma Dale u Nicola u Sven u Gabrielle.

Int x’taħseb dwar l-għażla ta’ Kyle? Taħseb li l-konnessjoni ma’ Marie Christine hija bħal dik li kellu ma’ Sabrina?

BIL-FILMAT: Ir-reazzjoni ta’ Kyle wara li Sabrina telqet mill-villa ta’ Love Island Malta

BIL-FILMAT: Ir-reazzjoni ta’ Kyle wara li Sabrina telqet mill-villa ta’ Love Island Malta

Filmat imtella’ fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali ta’ Love Island Malta juri lil Kyle jagħti l-ewwel kummenti tiegħu wara li Sabrina telqet mill-villa ta’ Love Island Malta.

Kemm bħala koppja kif ukoll bħala personalitajiet individwali, Kyle u Sabrina huma fost il-favoriti tas-segwaċi ta’ Love Island Malta.

Dik li huma dejjem sejħu bħala ħbiberija, li nibtet fl-ewwel ġimgħa ta’ dan il-programm ġibdet is-simpatija ta’ ħafna, tant li t-tluq ta’ Sabrina mill-villa kien ta’ diżappunt u qabbeż ukoll xi demgħa!

Fil-filmat, Kyle qal li Sabrina kienet l-iktar waħda li żżomhom magħqudin. Minbarra li kienu jidħlu ħafna, qal li Sabrina kienet kapaċi tisma’ ħafna, u issa li hemm wisq vojt mingħajrha.

“Nispera li kuntenta bid-deċiżjoni li ħadet, jekk hekk kien hemm bżonn. Nemmen ħafna bid-destin u forsi anki għalija, hemm xi ħaġa aħjar tistennieni wara din tal-lum,” stqarr Kyle.

Sabrina, kun af li wara li noħroġ minn hawn, mill-ewwel ħa niġi nfittxek, ħa nsibek, ħa nitkellmu, ħa nara li int orrajt u li kienet l-aħjar deċiżjoni.

Fil-messaġġ li wassal lil Sabrina, Kyle qalilha wkoll li fil-villa kullħadd iħobbha ġenwinament, inkluż hu.

Kyle irringrazzja wkoll lil Sabrina u qalilha li kieku ma kienx hemm hi fil-bidu ta’ din l-avventura ma jafx jekk kienx jirnexxilu jagħmilha.

X’taħseb dwar ir-reazzjoni ta’ Kyle?

Sabrina titlaq mill-villa ta’ Love Island Malta

Sabrina titlaq mill-villa ta’ Love Island Malta

Mument emozzjonanti u li żgur ħadd ma stenna waqt Love Island Malta.

Wara li l-pubbliku vvota għal Kyle u Sabrina bħala waħda mill-koppji favoriti, flimkien ma’ Gabrielle u Sven, u marru għall-ewwel date tagħhom, Sabrina ddeċidiet li titlaq mill-villa.

Żgur li s-segwaċi ta’ Love Island Malta, partikolarment dawk li kienu ħerqana sabiex jaraw kif se tkompli tiżviluppa r-relazzjoni ta’ din il-koppja, qabżitilhom xi demgħa jew tnejn!

Enable Notifications OK No thanks