by skoperta.net | 14/Apr/22 | Ġrajjiet, Kurrenti
L-Unjoni Ewropea approvat 500 miljun ewro addizzjonali għal tagħmir militari għall-Forzi Armati Ukreni.
Rappreżentant tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin qal li l-ġimgħat li ġejjin se jkunu deċiżivi u huwa kruċjali li l-UE tkompli żżid l-appoġġ militari lill-Ukrajna biex tiddefendi t-territorju u l-popolazzjoni tagħha u tiġi evitata aktar tbatija.
Il-500 miljun ewro se jiffinanzjaw tagħmir protettiv, tagħmir militari, fjuwil u kits għall-ewwel għajnuna.
by Dr Georgiana Farrugia Bonnici | 22/Apr/21 | Saħħa, Varjetà
X’inhuma s-sintomi li jindikaw li wieħed ikun xeraq, u konsegwentament jista’ jifga?
Wieħed jista’ faċilment jinnota li persuna qed tbati biex tieħu n-nifs, meta jismagħha tisgħol, ma tkunx tista’ titkellem sew, jaf tibda żżomm għonqha biex tipprova taqla’ l-biċċiet tal-ikel li jkunu weħlu fil-pajp tan-nifs, jew tagħmel movimenti oħra b’idejha biex tipprova tikkomunika li għandha diffikultà biex tieħu n-nifs, u kif ukoll billi tisma ċerti ħsejjes ta’ tħarħir jew tisfir ġejjin mill-gerżuma.
Meta persuna tkun ilha ftit minuti b’nuqqas ta’ ossiġnu, dan iwassal sabiex il-kulur tal-ġilda jibda jkanġi lejn il-lewn blu, u anke li tintilef minn sensiha.
X’għandna nagħmlu biex nagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuna li tkun qed tifga fl-ikel?
L-ewwel pass li wieħed għandu jagħmel sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma li tkun qed tifga fl-ikel, huwa li jbaxxi ras il-vittma ħarira l-isfel, u jipprova ħames ‘backslaps’, jew aħjar jagħti ħames daqqiet fuq id-dahar tal-vittma, eżattament fin-nofs tal-ġwenhiet. Wara li jkun sar dan, huwa importanti li wieħed jiċċekkja l-ħalq tal-vittma sabiex jara jekk il-biċċiet tal-ikel ikunux viżibbli.
Jekk dan l-attentat ifalli wara ħames darbiet, u l-vittma xorta tkun qed turi sintomi ta’ distress, wieħed għandu jipprova l-‘Heimlich Maneuver’. Din il-manuvra tista’ ssir billi wieħed jippożizzjona ruħu fuq wara tal-vittma, jagħmel idejh f’forma ta’ ponn ġo xulxin, u jagħfas ‘il fuq u ‘l ġewwa, direttament fuq il-qadd, taħt il-kustilji. Din il-manuvra tista’ tiġi ripetuta sakemm il-vittma tistejqer.
Wara li jsiru dawn l-attentati tal-ewwel għajnuna, huwa importanti ferm li l-vittma tiġi riferuta għal aktar assistenza medika.
Jekk tixtieq issegwi l-blog tiegħi tista’ tagħmel dan billi tagħmel ‘like’ fuq din il-paġna ta’ Facebook: https://www.facebook.com/be.heart.healthy/
Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net