
Tmut l-ixjeħ persuna fid-dinja, soru Franċiża, Sr André
Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal-ixjeħ persuna fid-dinja, is-soru Franċiża Lucile Randon, fl-età ta’ 118-il sena.
Lucile Randon, li ħadet l-isem ta’ Sister André meta saret soru fl-1944, mietet fl-irqad fid-dar tal-anzjani fejn kienet qed tgħix f’Toulon, Franza.
Imwielda fl-1904 fin-Nofsinhar ta’ Franza, hija għexet żewġ gwerer dinjija u ddedikat ħafna minn ħajjitha għall-Kattoliċiżmu.
Mhux biss meta twieldet, it-Tour de France kien ittella’ darba biss, Sister André rat ukoll 27 kap ta’ stat Franċiż.
Ingħad li Sister André kellha relazzjoni mill-qrib maʼ ħutha. Darba qalet lill-ġurnalisti li waħda mill-isbaħ memorji tagħha kienet ir-ritorn tagħhom mill-gwerra fi tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Minkejja li kienet kienet nieqsa mid-dawl u tuża siġġu tar-roti, Sister André kienet tieħu ħsieb anzjani oħra, li wħud minnhom kienu ħafna iżgħar minnha.
F’intervista f’April li għadda mal-aġenzija tal-aħbarijiet AFP, Sister André qalet: “In-nies jgħidu li x-xogħol joqtol, għalija x-xogħol żammni ħajja, bqajt naħdem sakemm kelli 108 sena.”
Waqt l-istess intervista, qalet li fil-ġenna kienet tkun aħjar, iżda kompliet tgawdi l-pjaċiri tad-dinja bħal tiekol iċ-ċikkulata u tixrob tazza nbid kuljum.
Hija kienet għal xi żmien l-ixjeħ persuna fl-Ewropa, iżda daħlet fil-Guiness Book of Records f’April li għadda bħala l-ixjeħ persuna fid-dinja wara l-mewt ta’ Kane Tanaka, mara Ġappuniża li għexet sakemm kellha 119-il sena.
Ma kinitx l-ewwel darba tagħha fil-kotba tar-rekords. Fl-2021 saret l-ixjeħ persuna li rkuprat mill-Covid-19.
Mistoqsija jekk beżgħetx mill-COVID, Sister Andre qalet: “Le, ma bżajtx għax ma bżajtx immut… Inħossni kuntenta li qiegħda magħkom, imma nixtieq inkun xi mkien ieħor, ningħaqad ma’ ħija l-kbir u man-nannu u n-nanna tiegħi.”
Għal għeluq il-115-il sena tagħha fl-2019, Sister Andre rċeviet kartolina u kuruna mbierka mingħand il-Papa Franġisku, li kienet tuża kuljum.
Meta għalqet 116-il sena fl-2020, is-soru Vinċenzjana qasmet ir-“riċetta tagħha għal ħajja kuntenta” – talba u tazza kawkaw sħun kuljum.
Sister André twieldet f’familja Protestanta, iżda aktar tard ikkonvertiet għall-Kattoliċiżmu, qabel ma tgħammdet meta kellha 26 sena.
Immexxija mix-xewqa tagħha li “tmur lil hinn”, ingħaqdet ma’ ordni ta’ sorijiet magħrufa bħala Daughters of Charity madwar 15-il sena wara d-deċiżjoni tagħha li tingħaqad mal-Knisja Kattolika.
Hija ġiet assenjata fi sptar f’Vichy, fejn qattgħet il-biċċa l-kbira tal-ħajja tax-xogħol tagħha, madwar 31 sena.
F’waħda mill-aħħar intervisti tagħha, hija qalet lill-ġurnalisti: “In-nies għandhom jgħinu lil xulxin u jħobbu lil xulxin minflok jobogħdu. Jekk naqsmu dak kollu, l-affarijiet ikunu ħafna aħjar.”
