Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal-attur u xandar Joe Bartolo fl-età ta’ 86 sena.
Bosta esprimew in-niket tagħhom għall-aħbar tal-mewt tiegħu, kif ukoll fakkru l-memorji tagħhom miegħu.
Familja, kollegi u ħbieb ta’ Joe Bartolo ddeskrivewh bħala raġel ċajtier u li dejjem jipprova jferraħ lil ta’ madwaru kif ukoll iddedikat f’dak kollu li kien jagħmel.
Il-mewt ta’ Joe Bartolo ftit ġimgħat biss wara l-mewt ta’ Leslie Gladwish, li mhux biss kienu jippreżentaw programm flimkien fuq ONE Radio għal ħafna snin iżda kien ukoll wieħed mill-akbar ħbieb ta’ Joe.
Il-funeral ta’ Joe Bartolo se jsir għada l-14 ta’ Ġunju, fil-knisja ta’ San Nikola tas-Siġġiewi, fis-2:30pm.
Il-funeral tal-għażiż tagħna Joe Bartolo, se jsir għada l-14 ta’ Ġunju, fil-knisja ta’ San Nikola tas-Siġġiewi fis-2:30pm
Titħabbar il-mewt tal-attur u xandar tar-radju Joe Bartolo fl-età ta’ 86 sena.
Joe Bartolo kien impjegat mal-kumpanija Ingliża ‘Rediffusion’ minn fejn beda u spiċċa magħha. Huwa beda fl-1953 fl-accounts, kompla bħala kollettur u fl-1979 spiċċa fid-Dipartiment tal-programmi bħala librar tad-diski. Minn hawn akkwista esperjenza fl-oqsma li dejjem xtaq, drama, preżentatur ta’ programmi u produttur ta’ radjudrammi.
Lura lejn it-tmiem tas-snin 50 Joe kien beda l-palk ma’ Joe Muscat Scerri, kienu jduru bosta rħula u bliet b’xi dramm ta’ William Shakespeare kif ukoll xi kummiedja.
Dam wieqaf kważi erba’ snin sakemm wasal il-waqt li kemm Joe kif ukoll Leslie Gladwish bdew programm ta’ mużika Country fuq radju ONE u b’hekk bdew jippreżentaw il-programm minflok il-mibki Vince Laus.
Fil-qasam tad-drama Joe kellu diversi partijiet, fuq il-palk kif ukoll fuq it-televiżjoni, partijiet ma’ bosta atturi popolari fix-xena bħal Elsa Romei, Ġemma Portelli, Josephine Mahoney, Josephine Zammit Cordina, Charles Thake, Mario Micallef, Michael Sciortino, Lino Grech u Josie Coppini fost oħrajn.
L-iktar tlett produzzjonijiet għal qalb Joe fuq il-palk u televiżjoni kienu ‘Meta morna tal-Mellieħa’ kitba ta’ Frans Ebejer,’L-ewwel Jien’ ta’ Ġużè Diacono u ‘Min Ifassal u Min Iġarrab ta’ Ronald Saliba
Kellu wkoll diversi partijiet fuq il-palk tat-Teatru Manoel, l-Istitut Kattoliku u oħrajn. Partijiet oħrajn kellu fi produzzjonijiet bħal Issa Naraw, Dun Benit, Ipokriti, Tgħanniqa u fis-sensiliet semi reliġjużi Qalb in-Nies u Kurrenti.
Bejn l-1992 u l-1994 huwa pproduċa żewġ sensiliet televiżivi ta’ sitt episodji kull wieħed bl-isem ‘Country Saloon‘ bil partiċipazzjoni ta’ kantanti Maltin kif ukoll vidjows ta’ oħrajn Amerikani.
Joe Bartolo kien ukoll jikteb il-poeżiji u rnexxielu jaqta’ x-xewqa li kellu, dik li jippubblika ktieb bil-poeżiji tiegħu.
F’isem it-tim ta’ skoperta.net, insellmu l-memorja ta’ Joe Bartolo u nagħtu l-kondoljanzi lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha qrib tiegħu.
Titħabbar il-mewt tal-attur u xandar Leslie Gladwish fl-età ta’ 80 sena.
Minbarra li ħa sehem f’diversi produzzjonijiet bħala attur, Leslie ilu diversi snin xandar fuq ir-radju, fejn f’ħafna drabi flimkien mal-kollega tiegħu Joe Bartolo, kienu jżommu kumpanija lis-semmiegħa, partikolarment dawk li jħobbu l-mużika country.
Bosta personalitajiet qed jesprimu n-niket tagħhom għal din l-aħbar kif ukoll ifakkru l-memorji tagħhom ma’ Leslie.
F’isem it-tim ta’ skoperta.net, insellmu l-memorja ta’ Leslie Gladwish u nagħtu l-kondoljanzi lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha qrib.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.