Malta tagħlaq 18-il sena mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea

Malta tagħlaq 18-il sena mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea

18-il sena ilu, mat-tokki ta’ nofsillejl, Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea.

Flimkien mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, kien hemm ukoll dik ta’ Ċipru, Repubblika Ċeka, Estonja, Ungerija, Latvja, Litwanja, Slovakkja, Polonja u Slovenja.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fakkret il-memorja tal-mument li Malta ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea.

Hija qalet li 18-il sena ilu, bħal ħafna oħrajn, kienet il-Belt Valletta, tistenna dan il-mument storiku jseħħ.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li bil-gwerra fl-Ewropa, u bil-konklużjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; huwa dak l-ispirtu, dak is-sens ta’ skop, entużjażmu, għaqda, li tixtieq li l-proġett Ewropew jerġa’ jikseb.

Sostniet li n-nies fl-Ukrajna, fil-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent, fil-Moldova u l-Ġeorġja qed iħarsu lejn l-Ewropa bl-istess sens ta’ tama ta’ skop komuni.

“Irrid li n-nies jemmnu kif għamilna aħna, għax konna nafu dak iż-żmien, kif nafu issa, li l-futur huwa l-Ewropa”

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

Destiny twassal lil Malta sal-finali tal-Eurovision Song Contest

Destiny twassal lil Malta sal-finali tal-Eurovision Song Contest

Destiny hija waħda mill-10 finalisti li se jkunu qed jipparteċipaw fil-finali ta’ nhar is-Sibt li gej.

L-10 pajjiżi li għaddew huma n-Norveġja, l-Iżrael, ir-Russja, l-Ażerbajġan, Malta, il-Litwanja, Ċipru, l-Iżvezja, il-Belġju u l-Ukrajna.

Nhar il-Ħamis li ġej jintgħażlu 10 finalisti oħra, li se jkunu qed jingħaqdu mal-10 tal-lum flimkien mal-5 pajjiżi l-kbar.

Enable Notifications OK No thanks