Select Page
Tinħass theżżiża f’Malta

Tinħass theżżiża f’Malta

Ftit tal-ħin ilu, diversi nies f’inħawi f’Malta u Għawdex ħassew theżżiża.

Skont il-Google Android Earthquake Alerts System, it-terrimot seħħ għall-ħabta tas-13:40pm, b’qawwa ta’ 4.4 f’Sqallija.

Madankollu, fuq is-sit tal-Università ta’ Malta, (Seismic Research Monitoring Group), irrapporta l-qawwa ta’ 4.6, fi Sqallija.

Din it-theżżiża nħasset Ħal Qormi, il-Kappara, kif ukoll Għawdex.

Possibilità kbira ta’ silġ fuq il-gżejjer Maltin fil-ħin li ġej

Possibilità kbira ta’ silġ fuq il-gżejjer Maltin fil-ħin li ġej

Avviż maħruġ mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jgħid li hemm possibiltà kbira ta’ maltempata b’ragħad u sajjetti u xita bil-qliel.

Xi postijiet madwar il-gżejjer Maltin jafu jintlaqtu minn silġ ukoll.

Bħalissa nieżel ammont kbir ta’ xita ġewwa l-gżira Għawdxija kif ukoll f’ċerti lokalitajiet f’Malta.

It-tim ta’ Skoperta jfakkar lilek li qed taqra dan l-artiklu, li huwa dejjem importanti li tieħu ħsieb f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ temp, issuq bil-galbu aktar mis-soltu u tevita kemm jista’ jkun l-għargħar biex jiġu evitati inċidenti li jipperikolaw il-ħajja tiegħek u ta’ madwarek.

Bil-filmat: Passiġġieri jkantaw ma’ Kevin Paul waqt titjira lejn Malta!

Bil-filmat: Passiġġieri jkantaw ma’ Kevin Paul waqt titjira lejn Malta!

Passiġġieri li kienu fuq titjira lejn Malta, esperjenzaw mument partikolari mal-kantant popolari Kevin Paul.

Kevin Paul, magħruf għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-aħħar edizzjoni ta’ X Factor Malta, iħobb ilaqqa’ lin-nies bil-mużika tiegħu. Fi kliem ieħor iħobb idoqq u jkanta l-mużika u l-aktar importanti, iferraħ in-nies.

Din id-darba minflok ġabar il-folla f’restorant jew fi pjazza, huwa rnexxielu jqajjem atmosfera mill-isbaħ fost il-passiġġieri kollha abbord titjira lejn Malta, u anki forsi jtaffi ftit mit-tensjoni li xi wħud ikollhom waqt xi titjira!

Akkumpanjat mill-kitarra tiegħu, Kevin Paul beda jkanta kanzunetti popolari bħal Xemx, Inti djamant u Sweet Caroline, bil-passiġġieri jkantaw miegħu u jċapċpu.

Ċertament, din kienet l-isbaħ titjira li qatt saret minn Spanja għall-Malta.

Id-dramm Kull Ġieħ u Glorja lura fuq il-palk wara 22 sena!

Id-dramm Kull Ġieħ u Glorja lura fuq il-palk wara 22 sena!

L-istorja ta’ Kull Ġieħ u Glorja sseħħ f’żewġ lokalitajiet u f’żewġ żminijiet differenti. Il-personaġġi ta’ din l-istorja huma kollha fil-qasam reliġjuż – is-sorijiet tal-klawsura li ħajjithom iddur ma’ dak li kif jgħidu huma stess “dak li jipposjedi lil qlubna” u t-tmexxija ekkleżjastika tal-affarijiet straordinarji tal-Vatikan.

Malta: F’kunvent tas-sorijiet tal-klawsura, tal-Ulied Foqra tal-Qalb ta’ Marija fil-bidu tas-snin sebgħin. F’dan il-kjostru enormi li jesa’ ‘il fuq minn mitejn soru, issa baqa’ biss tlett sorijiet. Madre Marija Liliana, Swor Maria Anna u Swor Maria Lorenzina, t-tlieta mdaħlin fiż-żmien. Ħajjithom issa kienet saret diffiċli, bejn in-nuqqas ta’ saħħa u bejn li n-nuqqas ta’ sorijiet, quddiemhom tfaċċaw ħafna problemi li ma’ setgħux jiġu evitati. Madanakollu, id-Djoċesi Maltija ta’ dak iż-żmien ma’ setgħetx tħalli dan il-kjostru miftuħ, għalhekk kien intbgħat, Dun Giovanni Zammit biex jgħarraf lill-Madre dwar id-deċiżjoni li ttieħdet. Deċiżjoni li ma’ kinitx riversibli .. dik li jingħalaq għal kollox dan il-kjostru. Swor Marija Liljana ppruvat minn kollox biex iddawwar din id-deċiżjoni, iżda l-perseveranza ta’ Dun Giovanni Zammit, saċerdot żagħżugħ b’ambizzjonijiet kbar, ma ta l-ebda tama lill-Madre biex din il-klawsura tibqa’ miftuħa.

Ruma: Il-Vatikan. Tletin sena wara, fl-uffiċju tal-Kardinal Rubini, fil-Vatikan kien hemm stennija għall-Arċisqof Malti Dun Giovanni Zammit li ngħata l-parir li jmur Ruma, wara li bagħat fax, fuq każ ta’ mirakli, li kienu qed isiru bl-interċessjoni ta’ soru midfuna fil-klawsura tal-Ulied Foqra tal-Qalb ta’ Marija. Il-mezzi tal-komunikazzjoni kienet qed taffettwa d-Djoċesi u l-poplu beda jinġabar madwar il-monasteru fejn kienet midfuna din is-soru. Waqt li jkun qiegħed jirrankonta l-istorja ta’ din il-Madre nindunaw, li kien propju hu, l-Monsinjur Giovanni Zammit li kien ta l-ordni li jagħlaq dan il-monasteru.

Minn dak il-jum, li fih iż-żagħżugħ Giovanni Zammit ta l-aħbar lill-Madre Liljana fuq l-għeluq tal-kjostu, il-ħsieb tagħha kien biss biex tibqa’ hemm ġew sal-aħħar nifs ta’ ħajjithom, hekk kif kienu wegħdu meta daħlu fih tant snin qabel. Issa li kien l-Arċisqof ta’ Malta, Giovanni Zammit, sab ruħu quddiem il-Kardinal Paolo Rubini, il-Kap tas-Segretarjat tal-Affarijiet Ekkleżjastiċi Straordinarji tal-Vatikan, fejn kellu jirrakkonta dak il-jum li mar lura fil-kjostru jkellem lill-Madre, u quddiemu ra dak li kellu jtaqqallu qalbu għal aktar minn tletin sena sħaħ.

Kull Ġieħ u Glorja huwa dramm fuq kitba ta’ Joseph Vella Bondin u fuq direzzjoni ta’ Tanya Agius Borg. Fl-1999, dan id-dramm rebaħ l-ewwel premju fir-IV Edizzjoni Konkors Kitba għall-Palk Francis Ebejer organizzat mid-Dipartiment tal-Kultura fil-Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Malta u nħadem l-ewwel darba fit-Teatru Manoel fit-13 ta’ Ottubru tal-2000.

F’Novembru li ġej, tnejn u għoxrin sena wara, dan id-dramm se jerġa jittella’, din id-darba fit-Teatru Metanoia f’Ħal Luqa, magħruf ukoll ta’ Skene, nhar is-Sibt, il-5 ta’ Novembru fis-19:30 u l-Ħadd, is-6 ta’ Novembru fil-17:30.

Jieħdu sehem f’dan il-kapolavur teatrali l-atturi Rita Camilleri, Shawn Ciantar, Silvio Axisa, John Suda, Ryan Mark DeBattista, Maria Spiteri u Marie-Clare Sammut, fuq produzzjoni ta’ SEVEN8 Creative Troupe. Dan id-dramm se jsir b’risq ALSMalta. Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel fuq 99406792 jew 99096677.

Enable Notifications OK No thanks