Select Page
BIL-FILMAT: “Issa qiegħed f’post aħjar mal-mamà” – Stephanie Spiteri

BIL-FILMAT: “Issa qiegħed f’post aħjar mal-mamà” – Stephanie Spiteri

It-telfa mhi faċli għal ħadd. Kiefra li titlef lil ommok jew lil missierek. Speċjalment meta jimirdu għaliex tkun taf li se jasal dak il-mument li jkollok titbiegħed minnhom, u dak il-mument ma tkunx tridu li jasal.

Iktar kmieni din is-sena, il-preżentatriċi Stephanie Spiteri, tilfet lill-għażiż papà tagħha.

Ilkoll niftakru meta s-sena li għaddiet, b’sorpriża, ħutha ġabu lil missierhom waqt il-programm live ta’ Stephanie Spiteri, Illum ma’ Steph.

B’filmat hi tispjega li din hija memorja li se tibqa’ tgħożż.

“Kemm jiena ffortunata li għandi memorja bħal din. Lanqas qatt ma ħlomt li ħa jġibu lil missieri.

Missierha ma kienx jitlef programm jew reklam wieħed ta’ bintu Stephanie.

“Tlift l-ikbar ammiratur tiegħi. Missieri minn mindu kelli 15-il sena, ġabar il-filmati kollha tiegħi. Irrekordja kull programm u kull reklam. Ma tilef qatt minn dak li għamilt jien. Allura kif bdiet l-iskeda ħassejtha. Dejjem niġri bis-santi tagħhom għax naf li ġid jriduli huma.”

Missier Stephanie kellu l-Parkinson’s. Kienet taf li se jasal dak il-jum li fih mhux se jkun hemm, però xorta waħda kienet diffiċli.

“Ma kienx kapaċi jagħmel żewġ affarijiet f’daqqa. Jiġiferi jekk inti tkellmu, huwa kien ikellmek, imma jekk ħa tgħidlu biex jimxi, ma kienx kapaċi jkellmek u jimxi. Imbagħad kien jieqaf, jiġifieri jkun qed ikellmek u filli jieqaf u jibqa’ litteralment wieqaf. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, l-affarijiet bdew jiggravaw. Qabel kien jimxi, imbagħad ma baqax jimxi sew, kien jitkellem normali mbagħad beda jitkellem iktar bil-mod.”

Tistqarr li issa missierha straħ.

“Issa qiegħed mal-mamà hemm fuq, qiegħed post aħjar, ma għandix dubju.”

Jumejn oħra, jiġifieri, is-Sibt 5 ta’ Novembru, se tittella’ maratona b’risq persuni li jgħixu bil-Parkinson’s biex jinfetaħ ċentru li jkun attrazzat għal dawn il-persuna. Din il-maratona, li ġġib it-tema Mad-Daqqa Niżfnu, se tittella’ minn nofsinhar sa nofsillejl, fuq One TV, Net Tv u F Living Channel.

X’inhi din ta’ Mad-Daqqa Niżfnu? U x’se jiġri fil-5 ta’ Novembru?

X’inhi din ta’ Mad-Daqqa Niżfnu? U x’se jiġri fil-5 ta’ Novembru?

Fil-ġimgħat li għaddew diversi personalitajiet dehru fuq il-paġna ta’ Xarabank jgħidu, “Mad-Daqqa Niżfnu, nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru”.

Fost dawn il-personalitajiet kien hemm Danita Camilleri, Ben Camille, Destiny, Ludwig Galea, Lawrence Grey, Fabrizio Faniello, fost ħafna personalitajiet oħra.

Però spikkaw ukoll 3 filmati, ta’ Mark Laurence u Amber, ta’ Danusan, u ta’ Ġorġ tad-Donuts u Tiziana, li kollha kemm huma spiċċaw bil-frażi, Mad-Daqqa Niżfnu.

Dawn il-filmati qanqlu ħafna kurżità. Kien min saħansitra li ħaseb li se jittella’ programm ġdid bl-isem ta’ Mad-Daqqa Niżfnu.

Illum Xarabank żvela x’se jiġri dakinhar. B’filmat, lejn l-aħħar tiegħu Peppi Azzopardi jiżvela l-ħsieb wara l-islogan Mad-Daqqa Niżfnu. Il-Parkinson’s hija daqqa, u niżfnu għaliex waħda mit-terapiji li jieħdu n-nies li jgħixu bil-Parkinson’shuwa ż-żfin. Għalhekk fil-5 ta’ Novembru se tittella’ maratona, fuq l-istazzjonijiet kollha, bejn nofsinhar u nofsillejl, b’risq Step Up for Parkinson’s, bil-għan li bil-flus li jinġabru, jinfetaħ ċentru li jkun one stop shop, biex fih nies li jgħixu bil-parkinson’s jingħataw servizzi meħtieġa għal min jgħix b’din il-kundizzjoni.

“Grazzi talli bis-saħħa tagħkom nistgħu ngħinu aktar!” – Bjorn

“Grazzi talli bis-saħħa tagħkom nistgħu ngħinu aktar!” – Bjorn

Wara jiem ta’ uġigħ u taqtigħ il-qalb, l-isbaħ rigal li seta’ jirċievi Bjorn kien proprju s-suċċess tal-maratona li saret ilbieraħ b’risq Dar Bjorn Respite.

Is-somma finali li nġabret fil-maratona, li għaliha Bjorn baqa’ sejjer dirett mill-isptar Mater Dei, kienet dik ta’ €1,200,259.

L-għan ta’ Dar Bjorn Respite huwa li persuni li jgħixu bil-kundizzjoni tal-ALS jew mard kroniku ieħor, ikollhom post sikur fejn jgħixu kemm għal ftit kif ukoll għal tul ta’ żmien, meta l-għeżież tagħhom ma jkunux jistgħu jassistuhom fil-bżonnijiet ta’ ħajjithom.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Bjorn irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra reġa’ wieġeb għas-sejħa tiegħu u bis-saħħa t’hekk, se jkun jista’ jgħin aktar persuni.

Dan esprimih flimkien ma’ frażi li Bjorn mhux biss itenni iżda wkoll jgħixha kuljum; “Fil-ħajja taqta’ qalbek qatt!”

Il-maratona ntemmet, iżda dan ma jfissirx li d-donazzjonijiet jieqfu hawn.

Jekk int tixtieq tkompli tgħin lil Bjorn jgħin aktar nies, tista’ tagħmel dan xħin trid billi tagħti donazzjoni permezz ta’ dawn:

🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249

✉️ SMS – 50619271 – €11.65 👉https://bit.ly/SMSdonation 11.65

☎️CALL – 51802018 – €25 👉https://bit.ly/CALLdonation25e

☎️ CALL – 51902075 – €50 👉https://bit.ly/CALLdonation50e

💻 Online – https://bit.ly/DonateDARBjornRespite

“Nixtieq ngħix ħajja indipendenti u nsib posti, ħalli missieri jkollu moħħu mistrieħ qabel ma jmut”

“Nixtieq ngħix ħajja indipendenti u nsib posti, ħalli missieri jkollu moħħu mistrieħ qabel ma jmut”

Żgur li ħafna minnkom is-segwaċi tafu lil Jeanesse Abela!

Minbarra li hija wiċċ familjari għat-televiżjoni lokali, Jeanesse hija attiva ħafna fuq il-midja soċjali, partikolarment il-Facebook, li fuqu, minbarra li taqsam l-esperjenzi tagħha, taqsam ukoll il-fehmiet tagħha dwar diversi suġġetti iżda b’mod partikolari dwar id-diżabilità.

Jeanesse, persuna mimlija ħajja u avventuruża, tgħix b’kundizzjoni li tikkawżalha ħafna uġigħ kontinwu, u tillimitalha l-movimenti ta’ idejha u saqajha.

Ix-xewqa ta’ Jeanesse hija li tgħix ħajja indipendenti, u li ssib postha ħalli qabel imut missierha, ikollu moħħu mistrieħ.

Din hija l-istess xewqa, l-akbar xewqa fil-fatt, ta’ missier Jeanesse, li għandu 74 sena u li tilef lill-mara tiegħu 22 sena ilu. Huwa jixtieq li qabel imut jara lil bintu li Jeanesse issetiljata u kuntenta.

Ix-xewqa ta’ Jeanesse u missierha, u ta’ ħafna oħrajn, tista’ ssir realtà jekk int li qed taqra dan l-artiklu, tagħti d-donazzjoni tiegħek.

Għin lil Bjorn jgħin lil Jeanesse u ħafna oħrajn billi tagħti donazzjoni;

🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249
✉️ SMS – 50619271 – €11.65 👉 https://bit.ly/SMSdonation1165
☎️ CALL – 51802018 – €25 👉 https://bit.ly/CALLdonation25e
☎️ CALL – 51902075 – €50 👉 https://bit.ly/CALLdonation50e
📞 Pledge – 21 311 311 👉 https://bit.ly/CALLpledge
💻 Online – https://bit.ly/DonateDARBjornRespite

Illum il-maratona b’risq Dar Bjorn Respite!

Illum il-maratona b’risq Dar Bjorn Respite!

Dalgħodu qomna b’aħbar sabiħa ħafna. Fil-fatt fuq il-paġna ta’ Facebook Bjorn kiteb li ħa jkun fil-maratona b’Risq Dar Bjorn Respite.

Wara 21 ġurnata ġewwa l-isptar Bjorn ħareġ u qiegħed fi triqtu biex imur għall-Maratona. Huwa żied jgħid: “Jien hekk …ma naqtax qalbi! Illum niċċelebraw festa ta’ għajnuna lill-persuni Maltin b’mard newroloġiku. Jien ser inkun hemm! Flimkien se NGĦINU AKTAR.”

Huwa rringrazzja wkoll lit-tobba, infermiera u l-istaff kollu ta’ Mater Dei tas-servizz impekkabbli, waqt li huwa kien rikoverat l-isptar.

Issa, ejjew nagħmlu l-parti tagħna u ngħinu lil Bjorn Formosa jiftaħ Dar Bjorn Respite ħalli jkompli jgħin iktar nies.

Intom tistgħu tgħinu billi tagħtu d-donazzjoni tagħkom permezz ta’:

🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249
✉️ SMS – 50619271 – €11.65 👉 https://bit.ly/SMSdonation1165

☎️ CALL – 51802018 – €25 👉 https://bit.ly/CALLdonation25e
☎️ CALL – 51902075 – €50 👉 https://bit.ly/CALLdonation50e

💻 Online – https://bit.ly/DonateDARBjornRespite

Enable Notifications OK No thanks