Jibdew il-preparamenti għal Miss u Mr World Malta 2023

Jibdew il-preparamenti għal Miss u Mr World Malta 2023

26 tfajla, minn lokalitajiet differenti minn Malta u Ghawdex se jkunu qed jikkontestaw għall-akbar titlu prestiġjuż.

Bħal kull sena, Sue Rossi u Claudia Calleja minn Modelle International, se jkunu qed jorgannizzaw dan il-konkors tas-sbuħija Nazzjonali.

Din is-sena se jinagħqdu magħhom 20 guvni sabiex ir-rebbieħ ukoll jipparteċipa f’Mr World.

Skont ir-regolamenti minn Miss World Jersey Ltd, dawk magħżula jrid jkollhom valuri tajba u personalità għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-istess organizzaturi huwa dak li jfittxu meta jiġu biex jagħżlu r-rebbieħ u r-rebbieħa finali jiġifieri dawk li se jirrapreżentaw lil Malta fl-akbar konkors tas-sbuħija.

Matul il-preparazzjonijiet ta’ dan l-avveniment il-kontestanti jieħdu sehem f’diversi attivitajiet, fosthom attività ddedikata lit-titlu Beauty with a Purpose li din is-sena ġiet iddedikata għal The Malta Trust Foundation. Dan l-islogan huwa verament importanti għal Miss World Jersey Ltd.

kull min hu liċenzjat minn Miss World Jersey Ltd biss jista’ juża din it tema “Beauty with a Purpose”, u b’hekk il-kontestanti kollha li se jkunu involuti f’attivitajiet diversi matul ix-xhur li ġejjin, se jkunu qegħdin jipprattikaw din it-tema u jużaw l-abilità tagħhom sabiex jinġabru flus għal din il-fondazzjoni.

Il-qofol tas-serata finali se tkun fis-26 ta’ Lulju fejn il-kontestanti kollha se jikkompetu għal titlu wieħed Miss u Mr World Malta u r-rebbieħa jirbħu id-dritt li jirrapreżentaw lil Malta.

Is-serata se tixxandar live fuq ONE TV minn ġewwa Forti Sant’Iermu.

Iż-żewġ preżentaturi ta’ din is-serata huma Kieth Demicoli u Sarah Bajada.

L-organizzaturi jirringrazjaw lill-isponsors tas-sapport kontinwu.

Aktar dettalji jingħataw qrib is-serata finali.

Enable Notifications OK No thanks