“Kull ġurnata tas-sena li nqatta’ miegħek hija San Valentinu”

“Kull ġurnata tas-sena li nqatta’ miegħek hija San Valentinu”

L-għada ta’ Jum San Valentinu, il-kantant Neville Refalo esprima s-sentimenti tiegħu għall-maħbuba tiegħu Corazón.

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Neville stqarr li kull ġurnata li jqatta’ mal-maħbuba tiegħu hija San Valentinu u li jħossu xxurtjat li jqatta’ ħajtu ma’ mara li f’għajnejh hija perfetta, omm bla difetti u sieħba li hija wkoll ħabiba tiegħu.

Ġurnata tard. Apposta. Għaliex kull ġurnata tas-sena li nqatta’ miegħek hija San Valentinu. Ixxurtjat li nqatta’ ħajti ma’ tfajla li f’għajnejja hi perfetta, omm bla difetti u sieħba li hija wkoll l-ikbar ħabiba tiegħi. M’għandix kliem aktar biex nirringrazzja ‘l Alla għalik Corazón. Nixtieqlek illum, u kuljum, San Valentinu mill-isbaħ. Inħobbok.
Neville Refalo

Neville u Corazón saru ġenituri ta’ tewmin subien fit-3 ta’ Ġunju tal-2021.

Mużika Taljana waqt The Entertainers tal-lejla

Mużika Taljana waqt The Entertainers tal-lejla

Il-kantanti Neville Refalo, Michela Galea, Nathaniel Attard u l-kantanta Taljana Anna Persico, l-atturi Sharon Calleja u Michael Stivala flimkien mal-illużjonista Alfred Mifsud se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm ta’ The Entertainers tal-lejla, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm se nittrattaw il-mużika Taljana b’diversi interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti popolari Taljani minn kull epoka.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Din il-ġimgħa titkompla l-ewwel fażi tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.

Neville u Corazon isiru ġenituri ta’ tewmin

Neville u Corazon isiru ġenituri ta’ tewmin

Ilbieraħ, Neville Refalo ħabbar fuq il-midja soċjali li hu u Corazon Mizzi saru ġenituri ta’ tewmin, subien.

Din l-aħbar kienet sorpriża għal ħafna għaliex apparentament il-koppja ma taw l-ebda ħjiel fuq il-midja dwar it-tqala.

Filwaqt li kien hemm bosta reazzjonijiet u kummenti sbieħ għal din l-aħbar, Neville qal li qatt ma kienu jafu l-kuntentizza daqs il-mument li saru ġenituri. “Illum uliedna ħadu l-ewwel nifs, u qatgħu tagħna. Jien u l-mamà tagħhom inħossuna kompluti b’familja l-ġmiel tagħha.

Min-naħa tagħha Corazon, dalgħodu esprimiet l-istess sentimenti u filwaqt li semmiet mumenti li kienu tant importanti u ta’ kuntentizza għaliha, qalet li illum spiċċat bla kliem.

It-tim ta’ skoperta.net nawguraw lil Neville u Corazon fil-vjaġġ tagħhom bħala ġenituri.

Enable Notifications OK No thanks