Select Page
Jaggredixxi sesswalment żewġ nisa li kienu fil-kju biex jaraw it-tebut tar-Reġina

Jaggredixxi sesswalment żewġ nisa li kienu fil-kju biex jaraw it-tebut tar-Reġina

Raġel ġie arrestat wara li allegatament aggredixxa sesswalment żewġ nisa li kienu fil-kju biex jaraw it-tebut tar-Reġina Eliżabetta II f’Westminster Hall.

Il-pulizija arrestawh wara li allegatament neża u beda jross lilu nnifsu fuq in-nisa minn wara.

Eluf ta’ nies qed imorru bi ħġarhom biex jaraw it-tebut tar-Reġina, fi kju li jwassal għal ħafna sigħat fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata.

Ġie rrappurtat li x’aktarx, madwar 10,000 uffiċjal tal-pulizija qed jaħdmu kuljum sal-funeral statali tar-Reġina.

Il-funeral mistenni jkun l-akbar operazzjoni ta’ sigurtà li qatt ra l-pajjiż.

Obbligati li jisimgħu t-taħbit tal-qalb tal-fetu qabel ma jmorru għall-abort

Obbligati li jisimgħu t-taħbit tal-qalb tal-fetu qabel ma jmorru għall-abort

Mill-bieraħ, 15 ta’ Settembru, fl-Ungerija, daħlet fis-seħħ emenda fil-liġi ta’ l-abort. In-nisa Ungeriżi li jridu jagħmlu l-abort se jkunu obbligati li jisimgħu t-taħbit tal-qalb tal-fetu qabel imexxu bil-proċedura.

Skont din l-emenda, in-nisa Ungerizi jridu l-ewwel jiksbu rapport mingħand ostetriku-ġinekologu, fejn jiddikjaraw li ġew iffaċċjati “b’identifikabblità ċara” mal-“funzjonijiet vitali” tal-fetu.

Din il-bidla fil-liġi, iffirmata mill-Ministru tal-Intern Sandor Pinter, ġiet milqugħa mid-Deputat Ungeriż tal-lemin estrem Dóra Dúró, li kkampanjat għal din l-emenda fil-liġi.

Fil-fatt fuq Facebook hija kitbet li: “Il-gvern għamel pass lejn il-protezzjoni tal-feti kollha mill-konċepiment, peress li se jkun hemm mill-inqas ftit sekondi meta fetu jkun jista’ jikkomunika ma’ ommu billi hija tisma’ t-taħbit tal-qalb tiegħu qabel ma jsir abort.”

“Le, le, ma tistax toħroġ tqila”

“Le, le, ma tistax toħroġ tqila”

Fl-indirizz tiegħu lil grupp ta’ intraprendituri Taljani, fis-Sala Pawlu VI tal-Vatikan, il-Papa Franġisku enfasizza l-importanza li n-nisa tqal għandhom jiġu akkomodati u megħjuna bħala impjegati. Huwa kompla billi appella lil kull negozjant biex issib soluzzjoni – “Studjaha, ara kif taċċerta ruħek li mara tqila tista’ tkompli, kemm mat-tarbija li qed tistenna kif ukoll max-xogħol tagħha.”

Huwa ta l-allarm dwar ir-rati baxxi tat-twelid u ħeġġeġ lill-kumpaniji kollha tad-dinja biex jappoġġjaw lill-impjegati tqal. Huwa wissa li f’ċirkostanzi, mara li tkun impjegata tibża’ toħroġ tqila għax hemm realtà, li malli tibda tidher tiġi iffaċċjata bil-kliem: “Le, le, ma tistax toħroġ tqila.”

Biex pajjiż jimxi ‘il quddiem u jkun mimli bil-prosperità u l-futur, irrid ikollok familja. Huwa stieden lin-negozjanti biex ma jinsewx il-bzonnijiet tal-komunità u ma jżidux iktar it-taxxi li jkomplu jżidu pressjoni fuq il-familja stess.

Żewġ nisa attivisti tad-drittijiet tal-omosesswali kkundannati għall-mewt fl-Iran

Żewġ nisa attivisti tad-drittijiet tal-omosesswali kkundannati għall-mewt fl-Iran

Zahra Sedighi-Hamedani ta’ 31 sena u Elham Choubdar ta’ 24 sena ngħataw is-sentenza tal-piena tal-mewt fil-Qorti Rivoluzzjonarja tal-belt ta’ Urmia. Fil-fatt bħalissa huma qed jinżammu fis-sala tan-nisa tal-Ħabs Ċentrali ta’ Urmia.

F’Jannar, huma ġew akkużati li ‘xxerrdu l-korruzzjoni fuq l-art’ billi ‘ppromwovu l-omosesswalità’, ‘komunikazzjoni ma’ mezzi tal-midja kontra r-Repubblika Iżlamika’ u ‘promozzjoni tal-Kristjaneżmu’ mill-prosekuturi’.

Din l-aħbar qajmet rabja kbira u għajb enormi fuq l-internet, tant li diversi nies fosthom avukati u gruppi li jaħdmu għad-drittijiet użaw il-pjattaforma tal-midja soċjali biex jipprotestaw favur l-innoċenza taż-żewġ nisa.

Shadi Amin, residenti fil-Ġermanja, u li bħalissa hija waħda mill-koordinaturi tal-‘Iranian Lesbian Network’ (6 Rang), hija waħda mill-ħafna, li qed tipprotesta favur l-innoċenza tagħhom. Fil-fatt hija qalet li “hija l-ewwel darba li mara ġiet ikkundannata għall-mewt fl-Iran minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħha. Aħna nitolbu pressjoni mill-Ġermanja u gvernijiet barranin oħra fuq l-Iran għall-ħelsien taż-żewġ nisa.”

Nittamaw li dawn il-protesti u din il-pressjoni jservu għal xi haġa u jwasslu għall-ħelsien ta’ dawn iż-żewġ attivisti.

Infakkrukom li matul dan ix-xahar il-gżejjer Maltin qed jiċċelebraw Pride Month. Fil-fatt, ftit ġranet ilu ġiet organizzata l-ewwel Gay Pride ġewwa Għawdex, fejn għaliha kien hemm attendenza sabiħa.

Il-PM tal-Finlandja tiskuża ruħha għal ritratt li juri żewġ nisa topless fid-dar tagħha

Il-PM tal-Finlandja tiskuża ruħha għal ritratt li juri żewġ nisa topless fid-dar tagħha

Il-Prim Ministru tal-Finlandja Sanna Marin skużat ruħha għal ritratt li juri żewġ nisa topless li kienu mistednin fir-residenza uffiċjali tagħha.

Dan ftit jiem biss wara li ffaċċjat akkużi wara li xxerred filmat li juri lilha tiżfen, tkanta u tixrob f’party, tant li volontarjament għamlet test tad-droga, li rriżulta fin-negattiv.

Ir-ritratt, ta’ żewġ influencers magħrufa, ittieħed ġewwa r-residenza tal-Prim Ministru f’Lulju u beda jiċċirkola fuq il-midja soċjali nhar it-Tlieta.

Marin ammettiet li r-ritratt ma kienx xieraq u skużat ruħha.

Fir-ritratt, iż-żewġ nisa jidhru jbusu jgħattu sidirhom b’tabella li fuqha hemm miktub “Finlandja”.

Sanna Marin, ta’ 36 sena, li saret Prim Ministru fl-2019, kienet sa ftit ilu l-iżgħar Prim Ministru fid-dinja.

Din il-kontroversja dwarha qed tinqala’ hekk kif il-Finlandja għaddejja bil-proċeduri tagħha biex tingħaqad mal-alleanza militari tan-NATO u tirreaġixxi għall-invażjoni tal-ġar tagħha, ir-Russja fl-Ukrajna.

Enable Notifications OK No thanks