
Min minnhom se jiltaqa’ mal-imħabba ta’ ħajtu waqt Sibtek?!
Sibtek ta’ għada se jlaqqagħna ma’ diversi uċuħ ġodda Maltin!
Fil-fatt, il-mistednin li se jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar għada se jkunu Audrienne Fenech, Pauline Marie Chetcuti, Dolan Debattista u Glen Chircop.
Dawn kollha għandhom storja fil-qasam tax-xandir.
Lil Audrienne nafuha minn fuq X Factor Malta.
Pauline Marie hija mudella u ġieli ppreżentat ukoll. Waqt Sibtek, se tiltaqa’ mal-imħabba ta’ ħajjitha!
Xi ħadd minn dawn se jkollu mistiedna bħala sorpriża u din se tkun ħadd ħlief Clare Agius!!!
Xi ħadd ieħor se jkollu lil Carlos Farrugia bħala sorpriża!!
Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi Live flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!
