
L-E.T Monsinjur Pawlu Cremona jagħlaq 77 sena
Illum, 25 ta’ Jannar, xahar eżatt fuq il-Milied, jagħlaq sninu l-E.T. Monsinjur Pawlu Cremona. Huwa għalaq 77 sena.
Imwieled ġewwa il-Belt Valletta, fl-1946, huwa ngħaqad mal-ordni Dumnikani, fejn fit-22 ta’ Marzu 1969 ġie ordnat saċerdot.
Cremona kien il-ħdax-il Arċisqof ta’ Malta bejn 2007 u l-2014. Bħala Arċisqof ta’ Malta, Cremona kien predikatur popolari għall-prietki tar-Randan.
Kiteb xogħlijiet fuq it-teoloġija u l-ispiritwalità, fosthom it-teżi tiegħu ‘Il-kunċett tal-Paċi fil-Papa Ġwanni XXIII’, ‘Il-Knisja, Ikona tat-Trinità Qaddisa’, kitbiet dwar il-Kredu u l-Kmandamenti, kif ukoll erba’ kotba li kiteb flimkien ma’ Dun Ġorġ Frendo, illum Isqof Awżiljarju fl-Albanija.
Interessanti tkunu tafu li l-motto tiegħu huwa Ħejju t-Triq għall-Mulej.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, minn qalbna nixtiequ nagħtu l-isbaħ xewqat lill-Eċċelenza Tiegħu Pawlu Cremona, f’għeluq is-77 sena tiegħu, filwaqt li nkomplu nżommuh f’talbna.
