Select Page
Filmat: Titħajjar tqatta’ xi jiem f’Lighthouse?

Filmat: Titħajjar tqatta’ xi jiem f’Lighthouse?

L-esploratur Pierre Farrugia din id-darba qasam magħna avventura li teħodna fis-sbuħija li joffri Delimara.

Il-mixja ta’ Pierre tibda mill-Fortizza ta’ Delimara, li nbniet fl-1881 mill-Ingliżi.

Matul il-mixja, fost oħrajn wieħed jista’ jara wkoll lighthouse li apparentament wieħed jista’ jibbukkja u jqatta’ ftit jiem hemm igawdi l-veduti mill-isbaħ tal-inħawi.

Segwi l-avventura ta’ Pierre b’mod virtwali permezz ta’ dan il-filmat:

Filmat: Avventura li teħodna lejn il-Blata tal-Melħ – Ġieli żortha?

Filmat: Avventura li teħodna lejn il-Blata tal-Melħ – Ġieli żortha?

L-esploratur Pierre Farrugia qasam magħna avventura li se teħodna sabiex naraw is-sbuħija li toffri l-Blata tal-Melħ u ta’ madwarha.

Il-Blata tal-Melħ tinsab fil-kosta tal-Baħrija viċin l-Imtaħleb u l-isem tagħha ġej proprju mis-salini, li wieħed isib f’dan il-post.

Sabiex wieħed jasal f’dan il-post irid jimxi madwar 45 minuta fuq art imħarbta u fl-aħħar hemm niżla wieqfa ħafna.

Hawn min jgħid li kien negozjant Taljan li għamel dawn is-salini tal-melħ u li kien hu li ta l-isem lil dan il-post.

Issib ukoll żewġ turġien, wieħed biex tinżel ħdejn is-salini u l-ieħor biex tinżel sal-baħar.

B’dan it-taraġ il-ħaddiema kienu jġorru l-melħ għal fuq id-dgħajjes. Meta jkun maltemp wieħed irid joqgħod attent ħafna għax il-baħar ikun perikoluż ħafna.

Hawn wieħed jista’ anke jsib lapida ta’ Carmelo Micallef li kien tilef ħajtu wara li mewġa kaxkritu l-baħar waqt li kien qed jistad hawn.

Minkejja li xi partijiet mill-avventura huma xi ftit diffiċli, iżda xħin tasal fil-post żgur li ma jiddispjaċikx li rnexxielek tagħmilha!

Segwi l-avventura permezz ta’ dan il-filmat:

Filmat: Ġieli rajt lil Malta mill-Ajru? Issa ċ-ċans!

Filmat: Ġieli rajt lil Malta mill-Ajru? Issa ċ-ċans!

Angelo Caruana qasam magħna din l-avventura, fejn permezz tal-kamera tiegħu qed jurina filmati esklussivi tal-Kosta ta’ Malta, Kemmuna u Għawdex.


F’għoli ta’ 1500 pied, il-filmati jagħtuna stampa ċara ta’ kif jidhru ċerti postijiet mill-ajru bħal Ħad Dingli, il-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, iċ-Ċitadella, Kemmuna u l-Port il-Kbir fost oħrajn.

Dawn il-filmati inġibdu fil-bidu ta’ Frar, fejn it-temp kien wieħed bellezza u ideali għal titjiriet bħal dawn, kif jindikaw dawn l-istess flmati.


Bla dubju jispikkaw l-għelieqi ħadrana, li ngħiduha kif inhi, ikomplu jsebbħu din il-gżira f’dawn il-jiem tas-sena.

Is-soltu Angelo jagħmel dawn l-avventuri bħala tim ma’ Pierre Farrugia u Vince Bonello Pukka, però minħabba raġunijiet ovvji dan ma setax isir peress li l-ajruplan tat-tip Tecnam P2002-JF jakkomda biss il-pilota u passiġġier wieħed.


“Din kienet waħda mill-avventuri li se nibqa’ niftakar għal għomri kollu, għax qatt ma rajt lil Malta kollha daqshekk mill-għoli, anke meta nsiefer peress li l-ajruplan tal-passiġieri hu wieħed limitat għal veduti bħal dawn..” qalilna Angelo.

Enable Notifications    OK No thanks