“L-uniku dispjaċir li għandi li vvutajt Labour…fl-2017” – Jeremy Camilleri

“L-uniku dispjaċir li għandi li vvutajt Labour…fl-2017” – Jeremy Camilleri

F’taħdita waqt il-podcast li tant qed ikun segwit, l-opinjonista Jeremy Camilleri jammetti ma’ Jon Mallia li l-unika darba li jiddispjaċih li vvota lill-Partit Laburista hija fl-2017.

Camilleri qal li r-raġuni li vvota lill-Partit Laburista kienet għax Joseph Muscat ta l-impressjoni li se jnaddaf. “Niftakar f’xi meeting minnhom kien qal ‘min għamel ħażin irid iġorr ir-responsabbilità'”. Jeremy żied jgħid li kulħadd ħaseb li Joseph Muscat kien se jneħħi lil Keith Schembri, iżda minflok reġa’ ħatru.

Huwa żied jgħid ukoll li jsibha difficli biex jemmen li Joseph Muscat ma kienx jaf x’inhu jiġri.

@skopertaofficial

Waqt il-podcast ta’ Jon Mallia, Jeremy Camilleri jispjega għaliex jiddispjaċih li fl-2017 ivvota lill-Partit Laburista.

♬ original sound – Skoperta

Tista’ ssegwi t-taħdita sħiħa ta’ Jon Mallia u Jeremy Camilleri fuq patreon.com/jonmallia

Bil-filmat: Kellha tistenna payslip biex tkun tista’ twelled l-isptar

Bil-filmat: Kellha tistenna payslip biex tkun tista’ twelled l-isptar

Fil-jiem li għaddew, waqt il-podcast interessanti tiegħu, Jon Mallia iltaqa’ għal taħdita ma’ Jonathan Mifsud, li huwa l-kofundatur u CTO ta’ Buddy – The Revolutionary Payroll Companian.

Jonathan qasam storja kemxejn surreali, li ġġiegħlek taħseb u tinkwieta fl-istess ħin. Huwa rrakkonta każ ta’ kif mara li mhix Maltija, u lanqas Ewropea, li kienet waslet biex twelled, u ma setgħetx tinqeda mal-ewwel l-isptar, anzi kellha tistenna, minħabba li ma kellhiex payslip f’idha dak il-ħin li turi li hija taħdem.

Din twassalna għall-problema oħra. F’Malta m’għandniex sistema iċċentralizzata ta’ informazzjoni. Għalhekk fir-reception tal-isptar m’għandhomx l-aċċess li juri li din il-persuna tista’ tinqeda għax ħalset il-kontribuzzjonijiet kollha. B’din is-sistema iċċentralizzata tkun qed tgħin il-pazjent, f’każ ta’ sptar, kif ukoll min ikun qieghed wara d-desk.

Apparti dan, huma tkellmu fuq diversi temi ta’ oqsma oħra, li jikkonċernaw lilna ċ-ċittadini, fosthom l-ilment li l-iskola ma tippreparakx għad-dinja tax-xogħol u l-liġi dwar il-leave, is-sick leave, kif ukoll is-sistema tal-bollol.

Segwi t-taħdita sħiħa:

“L-argument għandu jsir b’passjoni ladarba temmen fih imma ma jagħmlekx għadu tan-naħa l-oħra” – Dr Lawrence Gonzi

“L-argument għandu jsir b’passjoni ladarba temmen fih imma ma jagħmlekx għadu tan-naħa l-oħra” – Dr Lawrence Gonzi

“L-argument għandu jsir, u għandu jsir bil-passjoni ladarba temmen fih, imma ma jfissirx li jagħmlek għadu tan-naħa l-oħra.”

Dan hu dak li wieġeb Dr. Lawrence Gonzi waqt il-podcast, Jon Mallia staqsih dwar kemm hemm verità dwar l-istorja li mdorrijin nisimgħu fuq il-politiċi, dik li quddiem il-kamera, partikolarment fil-Parlament joqogħdu jargumentaw bejniethom imbagħad imorru jieħdu kafè flimkien, u jiftiehmu u jaqsmu bejniethom.

Filwaqt li rrefera għax-xogħol siewi li wettqu l-politiċi matul is-snin, Dr Gonzi ġab l-eżempju ta’ żewġ avukati fil-qorti.

Huwa qal li meta bħala avukat kien imur jiddefendi l-każijiet fil-qorti, mhux l-ewwel darba li wara l-kawża kien imur jieħu kafè mal-avukat li kien ikun qed jiddefendi l-parti l-oħra.

“X’se nagħmlu? Se mmorru għand familtna u nitimgħuhom il-likes u x-shares?” – Jon Mallia

“X’se nagħmlu? Se mmorru għand familtna u nitimgħuhom il-likes u x-shares?” – Jon Mallia

Jon Mallia jirreaġixxi għall-kummenti ta’ Franco Debono, li fost oħrajn qal Jon Mallia jagħmel il-podcast għall-qligħ biss.

Dan wara li Jon Mallia stieden kemm-il darba lil Franco Debono fuq il-podcast iżda dan tal-aħħar qed jirrifjuta milli jmur filwaqt li jisħaq li huwa lest li jiddiskuti ma’ Mallia kullimkien minbarra fuq il-podcast.

Jon Mallia, jekk ma ddaħħalx lira fil-but ma tiddiskutix? Ejja hawn ħalli niddiskutu. Bla ħlas.

Franco Debono

Permezz ta’ filmat, Franco Debono qal li Jon Mallia għandu ħabta jitkellem fuq affarijiet li n-nies xebgħu jisimgħu dwarhom. Huwa qal li n-narrativa ta’ Jon Mallia hija waħda żbaljata u lanqas biss ikun jaf x’qed jgħid, u mhuwiex lest li jmur jiddiskuti miegħu ċerti kwistjonijiet fuq il-podcast bil-possibilità li jirribatti u jweġġa’ lil xi nies b’dak li jgħid.

B’reazzjoni għar-rimarki ta’ Franco Debono dwar il-qligħ mill-podcast, Jon Mallia qal li l-podcast huwa fil-fatt negozju u minbarra li l-qligħ huwa meħtieġ biex ikompli jevolvi u jiġġedded, huwa wkoll l-għajxien tiegħu u tas-7 min-nies li jaħdmu miegħu.

Ija, qed naqilgħu l-għajxien tagħna billi nipproduċu midja li fil-fatt f***** togħġobna. U b’daqshekk?

Jon Mallia

Huwa saħaq li għalkemm huma “istituzzjonalment żvantaġġjati” u jagħmlu kollox skont ir-regoli, u mingħajr pjaċiri, xorta waħda l-podcast qed jikseb suċċess kemm mill-udjenza kif ukoll min-negozji li jinvestu fih.

Il-mument li nibdew nagħżqu, il-patruni jdabbru, l-isponsors ukoll. Imma s’issa mhux il-każ.

Jon Mallia

X’tista’ tigwadanja jekk tqum aktar kmieni mis-soltu? – Matthaeus Grasso

X’tista’ tigwadanja jekk tqum aktar kmieni mis-soltu? – Matthaeus Grasso

🌅😴🌞 L-isfida ta’ din il-ġimgħa tista’ tgħin biex il-ġranet tiegħek jibdew aktar b’mod kalm u aktar faċli. L-isfida tiegħek hi li tissettja l-allarm tiegħek u tqum 15-il minuta qabel il-ħin li tqum is-soltu, kuljum din il-ġimgħa!

🐦⏰ Studju li sar f’Harvard wera li l-“early birds” – nies li jqumu aktar kmieni filgħodu – għandhom tendenza li jkunu aktar proattivi u ta’ suċċess fil-karrieri tagħhom.

Huma għandhom tendenza li jkunu dawk li jippjanaw l-għanijiet u jwettquhom! ✅✅✅

X’għandek tagħmel b’dan il-ħin żejjed? Huwa totalment f’idejk. Imma nista’ nagħtik xi ideat:

📓 Ibda ġurnal

📚 Aqra kotba jew artikli ta’ ispirazzjoni

🎧 Isma’ podcast jew awdjo ktieb motivanti

🏃🏽‍♀‍ Mur għal mixja qasira

🧘 Immedita

☕ Jew … jekk ġeneralment issib ruħek stressat u taħdem filgħodu, tista’ tuża l-15-il minuta żejda biex tqassam il-ħin aħjar fir-rutina tiegħek u tnaqqas l-istress.

💪 Bażikament, agħmel dak kollu li jġiegħlek tħossok b’saħħtek u ispirat biex tibda l-ġurnata u tagħmel l-aħjar użu minnha!

🦉 X’ħin normalment tqum kull filgħodu? Int night owl jew early Bird?

🐦 Se tkun qed tingħaqad magħna f’din l-isfida!? Jekk iva, se tirringrazzja lilek innifsek aktar tard. Ħallilna kumment u għidilna!

Enable Notifications OK No thanks