Select Page
Il-benefiċċji tal-Purifying Mask u kif tapplikaha – Josette Grech

Il-benefiċċji tal-Purifying Mask u kif tapplikaha – Josette Grech

Purifying Mask

Ingredjent importanti fil-qalba ta’ din il-maskra huwa l-ilma Sakura, magħruf għal eluf ta’ snin fil-farmakopeja Asjatika għall-proprjetajiet idratanti tiegħu!

Kif tużaha: din il-maskra tas-sbuħija għandha tiġi applikata darbtejn fil-ġimgħa! Applika l-maskra f’saff oħxon, ħalliha għal 10 minuti u għamel massaġġi forma ta’ ċrieki – jew neħħiha b’COTTON DISK. L-għażla hija tiegħek!

Ipurifika l-ġilda

Biex tippurifika

-  terminu profond ħafna! Xi tfisser tippurifika l-ġilda? Tnaddaf il-pori, tneħħi s-sebum żejjed u l-impuritajiet, sempliċement b’dan il-prodott il-ġilda tieħu n-nifs … dan kollu bl-għan aħħari li jkollok ġilda matta, pori ndaf u magħluqin u dehra radjanti!

Għaliex il-Purifying Mask hi daqshekk importanti?

Il-PURIFYING MASK hija importanti kemm għaliex l-arja ta’ madwarna m’hijiex daqshekk nadifa kif ukoll għaliex dan l-aħħar qed ikollna nilbsu maskri ta’ protezzjoni, u dan iħalli effett ta’ ponot irqaq u aktar żejt ġol-wiċċ.

Biex tippurifika l-ġilda huwa rakkomandat għan-nies kollha b’ġilda żejtnija u kombinata, iżda wkoll għal dawk kollha li sempliċement iridu jibbilanċjaw mill-ġdid il-gilda tagħhom.

 Grazzi għall-Purifying clay mask minn Jowaé! Fil-qalba ta’ din il-maskra hemm tafal u l-famuża Lotus Sagra, magħrufa għall-proprjetajiet purifikanti tagħhom. It-tafal pur jassorbi l-impuritajiet u jnaddaf il-pori fil-fond. Preżenti wkoll fil-qalba tal-maskra, mikrogrammi tal-papajja, dan jgħin biex tneħħi bil-mod iċ-ċelloli mejta.

Din il-maskra hija faċli ħafna biex tapplikaha, darbtejn fil-ġimgħa u ħalliha għal 5 minuti immassaġġja fl-aħħar nett biex tnaddaf il-pori u mbagħad laħlaħ sew.

Wara li nkunu neħħejna l-maskra importanti li nużaw Hydrating Water mist u Mattifying cream.

Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, ibgħatilna email fuq info@skoperta.net

Ipproteġi l-ġilda ta’ wiċċek billi…. – Josette Grech

Ipproteġi l-ġilda ta’ wiċċek billi…. – Josette Grech

Kelma waħda….rispett!

Iffavorixxi l-kura tal-ġilda tiegħek b’inqas ammont ta’ kimiċi. Ir-raġuni hija sempliċi, sabiex tipproteġi l-ġilda tal-wiċċ.

Ibda billi tnaddaf wiccek filgħodu u filgħaxija. B’hekk tneħħi kwalunkwe impurità li timblokka l-pori, minn tniġġiż kif ukoll għaraq.

Illum hawn bosta prodotti li wieħed jista’ juża, ovvjament dejjem skont dak li ssib komdu għalik, pereżempju:

Jekk thobbx tuża ilma.

Jew bit-tajjara.

Dan dejjem skont il-persuna.

Importanti li meta tnaddaf għajnejk qatt m’għandek tuża l-istess tajjara. Waħda nadifa għal kull għajn.

Wara se tuża toner jew hydrating mist. Dan se jagħlaq il-pori wara li jkunu nodfa.

Agħmel eye cream.

U fl-aħħar il-moisturizer. Dan ukoll irid ikun skont it-tip tal-ġilda tiegħek u anke skont il-bżonn tiegħek.

Aktar ‘il quddiem nitkellmu fuq masks differenti u għaliex tajjeb li nużawhom.

Enable Notifications OK No thanks