Select Page
Malti jipparteċipa fi programm tat-tisjir fil-Maċedonja

Malti jipparteċipa fi programm tat-tisjir fil-Maċedonja

Jason Pawney, Malti li għandu passjoni għat-tisjir u għall-ikel ipparteċipa fi programm fil-Maċedonja, bl-isem ta’ ‘Fast Kitchen’. Dan il-programm huwa simili għal dak Taljan La Prova del Cuoco.

Programm li jkun magħmul minn żewġ gruppi: Tadama u Bżaru aħdar, fejn żewġ koki jikkompetu kontra xulxin megħjuna minn żewġ mistiedna. Dawn l-istess individwi kġibu magħhom sitt ingredjenti kull wieħed, umbad il-kok ikollu jipprepara tlett platti b’dawn l-istess ingredjenti, f’għoxrin minuta.

Jason assista lill-kok tat-tim tat-tadama, li sajjar tlett platti delizzjużi. Fil-fatt l-istarter kien magħmul mit-tadam, lanġas, u ġobon bil-ħxejjen aromatiċi, filwaqt li l-platt prinċipli kien jikkonsisti ross bit-tiġieġ. Għad-deżerta ġew magħmulha żewġ platti li jinkludu ross ħelu bil-lanġas, u cheesecake.

F’kummenti li ta lit-tim ta’ Skoperta, Jason Pawney spjegalna li kienet esperjenza sabiħa u unika, anke għall-fatt li rnexxielu jitkellem bil-Maċedonjan għall-ftit ħin, matul il-programm.

Peppa Pig: L-ewwel koppja tal-istess sess għall-programm tat-tfal

Peppa Pig: L-ewwel koppja tal-istess sess għall-programm tat-tfal

Il-karattru ta’ Peppa Pig huwa bla dubju wieħed mill-aktar annimali tal-kartuns popolari u maħbuba fid-dinja, inkluż f’pajjiżna.

Forsi mhux ta’ b’xejn, allura, li d-deċiżjoni tal-programm li jintroduċi l-ewwel koppja tiegħu tal-istess sess qajmet kontroversja.

Waqt episodju bl-isem ta’ Familji, li xxandar għall-ewwel darba nhar it-Tlieta fuq Channel 5 fir-Renju Unit, fejn isir Peppa Pig, il-karattru eponimu ġie introdott lill-ommijiet ta’ Penny Polar Bear.

Waqt li tpinġi ritratt tal-familja tagħha, Penny spjegat: “Ngħix mal-mummy tiegħi u mal-mummy l-oħra tiegħi. Mummy waħda hija tabib u mummy waħda issajjar l-ispagetti.”

Il-programm, maħluq mill-animaturi Ingliżi Mark Baker u Neville Astley, ilu għaddej mill-2004. Din hija l-ewwel darba fl-istorja tiegħu ta’ 18-il sena li dehret koppja tal-istess sess.

Dan seħħ sentejn wara li nħolqot petizzjoni fuq websajt ibbażata fl-Istati Uniti, li titlob “familja ta’ ġenitur tal-istess sess fuq Peppa Pig”. Hija ġabret kważi 24,000 firma.

L-argument ta’ min ħoloq il-petizzjoni kien li t-tfal li jaraw Peppa Pig ikunu f’età li faċli jimpressjonaw ruħhom. “L-esklużjoni tal-familji tal-istess sess se tgħallimhom li l-familji b’ġenitur wieħed jew b’żewġ ġenituri ta’ sess differenti huma biss normali.”

Robbie de Santos, direttur tal-komunikazzjonijiet u l-affarijiet esterni fl-għaqda tal-karità tad-drittijiet tal-LGBT Stonewall qal li ħafna minn dawk li jaraw il-programm għandhom żewġ ommijiet jew żewġ missirijiet huma stess u se jkun ifisser ħafna għall-ġenituri u t-tfal li l-esperjenzi tagħhom qed jiġu rappreżentati fuq programm daqshekk ikoniku għat-tfal.

M’għandniex xi ngħidu, din id-deċiżjoni qajmet kontroversja bejn dawk li jaqblu u dawk li assolutament ma jaqblux.

Int x’taħseb dwar dan? X’inhi l-opinjoni tiegħek?

Manuel Cuschieri jgħid li ma kinitx deċiżjoni tiegħu li jitwaqqaf il-programm tiegħu fuq One Radio

Manuel Cuschieri jgħid li ma kinitx deċiżjoni tiegħu li jitwaqqaf il-programm tiegħu fuq One Radio

Manuel Cuschieri ħabbar fuq il-midja soċjali li l-programm tiegħu, Linja Diretta, fuq One Radio mhuwiex se jibqa’ jixxandar matul ix-xahar tas-sajf.

Filwaqt li qal li jinsab dejjem għad-dispożizzjoni tal-Partit Laburista, huwa qal li din ma kinitx deċiżjoni tiegħu u li hu kien ippreparat li jibqa’ jagħti s-servizz tiegħu.

– MHUX DECIZJONI TIEGHI…
– Ghadni kemm gejt infurmat li l-programm LINJA DIRETTA tal-Gimgha fuq ONE RADIO…
– Mhux se…

Posted by Emanuel Cuschieri on Friday, June 24, 2022

Aktar kmieni llum, Manuel Cuschieri rringrazzja lil kull min kellmu, fosthom nies tal-Partit Laburista, inklużi ministri u membri parlamentari Laburista.

Fl-istess post, huwa staqsa lin-nies x’jaħsbu dwar jekk għandux jagħmel programmi politiċi fuq stazzjonijiet oħra, u saħansitra jekk għandux jaċċetta possibbiltà ta’ programm ta’ ħames darbiet fil-ġimgħa.

– Grazzi hafna lilkom li kellimtuni l-bierah u dalghodu…
– Fosthom hafna u hafna nies tal-Partit li hu f’…

Posted by Emanuel Cuschieri on Saturday, June 25, 2022

Il-Finali ta’ The Entertainers Singing Challenge waqt il-programm tal-lejla!

Il-Finali ta’ The Entertainers Singing Challenge waqt il-programm tal-lejla!

Il-finali ta’ The Entertainers Singing Challenge se tkun l-attrazzjoni ewlenija waqt l-edizzjoni tal-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar bejn it-20.30 u l-23.00 fuq NET Tv.

Bi preżentazzjoni ta’ Corazón Mizzi, b’kollox hemm sittax-il kantant, minn 10 snin ’il fuq, maqsumin f’żewġ kategoriji, li se jkunu qed jikkompetu għall-premju finali waqt il-programm tal-lejla. Il-kantanti kollha se jkunu akkumpanjati mill-band residenti tal-programm.

Il-finalisti huma dawn:

Minn Kategorija A: Anneka Xerri, Rih u Bri, Amelia Kalabic, Keira Farrugia, Chloe Brown, Krista Sujak, Eliza Stellini, Zia Fuji, Eksenia Sammut, Kylie Micallef u Cassidy Gauci.

Minn Kategorija B: Mark, Kathryn Mamo, Shania Sciberras, Gabrielle Debono u Bradley Debono.

Preżenti fl-istudio se jkun hemm ġurija esperta li se tiġġudika lill-kantanti. Il-pubbliku jista’ jivvota permezz ta’ SMS għall-kantanti favoriti tiegħu. Hemm ukoll premju marbut mal-SMS Voting.

Sibtek speċjali għal Jum il-Missier! Min se jkunu l-mistednin?!

Sibtek speċjali għal Jum il-Missier! Min se jkunu l-mistednin?!

Edizzjoni speċjali ta’ Sibtek qabel Jum il-Missier!

Sibtek li jmiss se jkun mimli missirijiet b’karattri differenti u kkuluriti fosthom il-kok Neil Darmanin, David Bajada, it-tabib u kantant Gianluca Bezzina u Ludwig Galea.

Se naraw dawn il-personalitajiet Maltin jgħaddu minn diversi sfidi u ċajt. B’dawn l-erba’ personalitajiet żgur divertiment garantit!

Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom sorpriża ppreparata għalihom!

Imma xiex? U min?

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Bħal dejjem, ma tonqosx ukoll il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Enable Notifications OK No thanks