Niżel minn ġol-karozza, għolla l-barnuża għal fuq rasu, ta daqqa t’għajn lejn il-madwar u ħa nifs twil. Għal mument kien se jieqaf dritt bilwieqfa jassorbi l-ħsibijiet sarkastiċi li kienu għaddejjin minn ġo moħħu. Dak il-ħin għaddew grupp żgħażagħ eżatt minn warajh. Ma darx iħares lejhom. Lanqas indenja ruħu jara kemm kienu jew ġietu kurżità jiflihom. Ma ried lil ħadd jarah. Ma ried ikellem lil ħadd u ma kellu aptit ħadd. Oħroġ il-għaġeb, kien qed iħossu eċċitat. Mhux għax kellu għaliex. Hu kien imdorri. U mela, kien imdorri sew. “Għaliex qed tħossok eċċitat?” seta’ kważi jisma’ leħen Moira jħanbaq miegħu qrib widnejh. Kieku ratu dak il-ħin! Kieku ratu! Minjaf x’ċamata kienet tagħtih! Kieku kienu jkunu jafu x’kien se jagħmel! Minjaf kemm kienu jgħajruh! Imma issa kien iddeċieda. U la ħa deċiżjoni, kien beħsiebu jwettaqha! Jgħidu x’jgħidu! Il-problema kienet li din il-prova kien iddeċieda li jagħmilha wara li kienu bagħtulu l-kontijiet id-dar. Wara li kien ra kemm kien sejjer ħażin finanzjarjament. Mhux għax ma kienx jaqla’ flus. Il-problema kienet li tant kemm kien jgħix ħajja lussuża, tant kien iħallas flus bl-addoċċ fi tfajliet, ħruġ sfrenat, ikliet lussużi fl-aqwa postijiet u xiri bla ebda pjan, li malli kienu tawh l-aħħar kontijiet, kien induna li kien qabad triq ‘l isfel. Triq lejn il-qiegħ…… U malli kien ra dan l-avviż fuq il-gazzetta, kien iddeċieda li din setgħet tkun is-soluzzjoni għal problemi li kellu. Tbissem waħdu, żamm rasu baxxuta ‘l isfel, donnu kien qed jistħi minn dak li kien se jagħmel, għolliha darba waħda ta’ malajr kemm aċċerta ruħu li kien quddiem il-bini indikat fil-gazzetta, reġa’ baxxiha malajr u ħaffef kemm seta’ lejn il-bieb. Il-bieb kien miftuħ beraħ. Man-naħa ta’ barra biswitu, kien hemm tabellun fejn fuqu kien hemm indikat id-data tal-lum, il-ħin u li kienet se ssir prova importanti ħafna. Daħal. Ir-riħa t’hemm ġew kienet waħda familjari. Qisha kienet imħallta bejn dik ta’ kartun u żebgħa. U kien hemm geġwiġija ta’ nies. Sala mdaqqsa.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, John Bundy qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar il-fatt li xi wħud ma rrikonoxxewx is-suċċess li kisbet Roberta Metsola.
John Bundy qal li nistgħu ma naqblux fl-opinjoni u fl-ideat, għaliex hekk taħdem id-demokrazija u b’hekk nimxu ‘l quddiem.
“Iżda li ma naqblux dwar is-suċċess ta’ ċittadina Maltija f’kariga tant prestiġjuża għal pajjiżna hija prova ċara ta’ ġaħaniżmu.” – John Bundy
Filwaqt li qal li għandna nkomplu nħarsu ‘l quddiem biex Malta tkun l-ewwel u qabel kollox, John Bundy awgura lil Roberta Metsola għall-kariga l-ġdida tagħha.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Rebecca Paris, spjegat kif hija kienet persuna kontra l-moviment River of Love u Gordon Manché, qabel ma hi tgħid li saret taf lil Kristu.
Hija qalet li għall-ewwel kienet kienet indeċiża għandhiex tattendi minħabba dak kollu li kienet tisma’ dwar ir-River of Love iżda meta marret u ltaqgħet magħhom saret tħobbhom.
Hija ħeġġet lin-nies biex jattendu u jingħaqdu mar-River of Life u ma jagħtux kas x’jintqal.
Filwaqt li semmiet kemm il-moviment għenha u biddlilha ħajjitha, qalet li kull min jgħajjar lilhom ikun qed jgħajjar lilha wkoll, u lesta li tiddefendihom.
Aktar kmieni Rebecca Paris tellgħet ukoll filmat, fejn esprimiet il-ħsibijiet tagħha dwar dak li qed jintqal b’rabta mal-każ tal-qtil ta’ Paulina Dembska.
Filwaqt li qalet li kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu, sostniet li ċerti tgħajjir u malafama għandhom bżonn jinqatgħu.
Dwar il-każ ta’ Paulina Dembska qalet li jiddispjaċiha għall-familja tal-vittma u anke tal-allegat qattiel u għandhom bżonn it-talb. Madankollu, hija qalet li mhuwiex sew li jeħel Gordon Manché jew xi membri tal-moviment River of Love.
Rebecca qalet li jattendu ħafna żgħażagħ li fi kliemha, ikunu nħelsu minn ċerti vizzji u dawn iġibu lil ħaddieħor bit-tama li jsir l-istess magħhom. Waqt dan, hija qalet li rat ħafna ġid iseħħ quddiem għajnejha.
Skont Rebecca Paris, kien proprju dan li ġara fil-każ tal-allegat qattiel ta’ Paulina Dembska. Hija spjegat kif membru ta’ River of Love, li għamel ħafna ġid, prova jgħinu biex jara trasformazzjoni fih.
Fl-istess waqt hija kkonfermat li l-allegat qattiel attenda darba, u ġara li ġara, imma m’għandhomx jeħlu n-nies tar-River of Love.
Fil-filmat, tirreferi wkoll għal Gordon Manché, bħala bniedem ta’ Alla, u magħżul.
Aħmar ħelu w’Qares, hija r-reazzjoni istintiva tal-artist Darren Tanti għall-mumenti l-aktar profondi f’ħajtu; mumenti ta’ ferħ bla qies ta’ ħajja twarrad u mumenti storiċi mqanqlin mir-riflessjoni dwar tmiem il-ħajja. Għalkemm dawn huma istanti personali fil-ħajja tal-artist, nistgħu ngħidu li kull wieħed u waħda minna jgħaddi minn episodji bħal dawn, episodji li jagħmluna dak li aħna u li jibqgħu jiġġerrew fil-kuriduri ta’ moħħna tul ħajjitna kollha. Dawn l-istejjer ngħixuhom kuljum u ta’ dan għandna prova tal-arti.
Ispirat mir-riflessjoni tiegħu stess, Tanti jagħtina xogħlijiet li jorbtu l-passat mal-preżent, f’għoqda li għalkemm mhux marbuta, ma tinħallx malajr. Ix-xogħlijiet kbar tiegħu jippreżentaw il-Kamra ta’ Fuq b’tali mod li il-viżitatur se jħossu preżenti fl-istess kuriduri ta’ moħħ Tanti, l-istess kuriduri li f’kull rokna għandhom ħsieb, emozzjoni jew xi sigriet moħbi. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet huma rappreżentazzjoni ta’ xogħlijiet minn artisti oħra, magħmula tul is-snin u li juruna kif, l-esperjenzi li l-umanità tgħaddi minnha tul il-vjaġġ mortali tibqa’ tirrepeti ruħha ad infinitum bħall-ħolqa f’idejn id-destin.
Tanti jagħmel użu b’mod estensiv tal-kulur iswed, il-ġibs u lapes abjad u żebgħa taż-żejt fuq it-tila. F’ċerti istanti, il-forom jinkixfu u joħorġu mistħija minn bejn is-saffi ta’ kulur, u f’waqtiet oħra jipproġettaw irwieħħhom bħal-logħba psikoloġika stil Rorschach. Huwa dan il-varjant mix-xogħlijiet oriġinali li jgħaqqad il-passat mal-preżent, l-esperjenzi u r-riflessjonijiet tal-predeċessuri tagħna ma’ dawk li l-artist irnexxielu jgħaqqad.
Xogħlijiet interessanti w uniċi li jgħinu l-dak li jkun isib lilu nnifsu jew, minn angolu ieħor, iġiegħlu jistenbaħ u jinduna li għal dan iż-żmien kollu kien mitluf fi ħsieb jew ħolma li kulħadd huwa parti minnha.
Il-wirja Aħmar ħelu w’Qares fetħet il-bibien tagħha nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru u se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 12 ta’ Diċembru.
Idħol fil-paġna ta’ Facebook, Il-Kamra ta’ Fuq, għal dettalji dwar il-ħinijiet tal-ftuħ.
Waqt it-tieni prova tal-lum li saret ftit tal-ħin ilu, Destiny, flimkien mar-rappreżentanti tar-Rumanija u l-Ukrajna ngħataw ċans ieħor biex jerġgħu jagħmlu l-wirja tal-kanzunetta tagħhom quddiem il-ġurija, minħabba li nqalgħu problemi tekniċi.
Fi stqarrija, l-EBU qalet li qed tinvestiga dawn il-problemi tekniċi biex kemm jista’ jkun jiġu evitati fis-serata t’għada.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.