Select Page
Aqsam magħna ritratt tal-kelb jew qattus tiegħek u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ!

Aqsam magħna ritratt tal-kelb jew qattus tiegħek u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ!

Bħal ma tafu, kull xahar fuq Skoperta jkun hemm kompetizzjoni għaddejja li permezz tagħha jkollna l-opportunità li nippremjaw lilkom is-segwaċi bħala apprezzament u gratitudni għar-rispons qawwi li nirċievu mingħandkom.

Għal darb’oħra, il-kompetizzjoni ta’ dan ix-xahar se tkun waħda relatata mal-kreaturi li tant ngħożżu u li jimlew ħajjitna b’tant imħabba!

Kull ma trid tagħmel huwa li taqsam magħna ritratt tal-kelb jew qattus tiegħek fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Skoperta, taħt dan l-artiklu, u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ żewġ vouchers ta’ €20 mingħand PetLove!

Din il-kompetizzjoni tagħlaq nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Ottubru.

Ir-risq!!

Rusty, l-esploratur!

Rusty, l-esploratur!

Rusty huwa l-qattus li qed jikseb popolarità kbira fuq TikTok minħabba, li huwa qed jgħix ħajtu jbaħħar fuq il-baħar b’avventuri inkredibbli!

Rusty ġie adottat mill-ġenituri tiegħu, Mileena u Samuel, meta kellu biss disa’ ġimgħat. Il-familja l-ġdida ta’ dan il-qattus ma tilfet l-ebda ħin biex tintroduċieh għall-ħajja fuq id-dgħajsa. Fil-fatt huma salpaw lejn il-​Baħamas l-​għada li adottawh.

Dan il-baħri sufi jħobb iqatta’ ħafna ħin fuq id-dgħajsa minħabba r-riħa tfuħ li jġib miegħu il-baħar u l-postijiet li huwa jesplora!

Rusty m’għandux problemi biex jilgħab għall-fatt li d-dgħajsa mimlija ħbula u ganċijiet. Skont Mileena, id-dgħajsa hija “l-ġinnasju tal-ġungla tiegħu.”

Dan l-esploratur tad-dinja qed jgħix il-ħolm tat-tfulija tagħna permezz tal-avventuri tiegħu mimlija azzjoni. Meta ma jkunx fuq id-dgħajsa attent għall-pirati, lir-Rusty ssibu jesplora gżejjer abbandunati u jittanta xi awwista.

Dan il-baħri ċkejken qed jikser l-isterjotip tal-“qattus għażżien” bl-istil ta’ ħajja inkredibbli tiegħu!

Illum hija l-festa tal-qtates ġinġrin!

Illum hija l-festa tal-qtates ġinġrin!

Il-klieb jistgħu jkunu l-aqwa ħabib tal-bniedem għal xi wħud, iżda l-qtates mhumiex b’inqas. U anke jekk ikunu distakkati u daqsxejn ribelli (jibbumbardjawlek dar) dan jagħmilhom ħafna aktar interessanti!

Hemm diversi tipi ta’ qtates, madankollu wieħed b’mod partikolari huwa l-qattus ġinġer. Il-qtates ġinġrin huma magħrufa għall-kulur distint tagħhom li jiġi fi sfumaturi varji ta’ oranġjo, deheb u aħmar. Huma jixbħu ħafna lit-tigri u għandhom personalità amikevoli.

Kontu tafu li minħabba li dawn il-qtates huma wħud mill-aktar qtates popolari madwar id-dinja, dawn għandhom festa tagħhom stess?

Fil-fatt illum l-1 ta’ Settembru huwa l-jum iddedikat lill-qtates ġinġrin.

Mhux biss il-qtates ġinġrin huma popolari fost dawk li jħobbu l-annimali domestiċi, iżda huma wkoll mill-aktar qtates famużi fid-dinja. Fil-fatt insibu lil Orangey, il-qattus minn Breakfast at Tiffany’s, Puss in Boots minn Shrek, u l-qattus tigra kwintessenzjali, Garfield.

Jekk għandek qattus/a ġinġer, illum għamillu/ha festin żgħir għax illum hija l-festa tiegħu/tagħha!

Esperjenzajt telfa ta’ kelb jew qattus tiegħek?

Esperjenzajt telfa ta’ kelb jew qattus tiegħek?

Ħafna minna kellna annimali domestiċi li ħabbejna, li kienu parti mill-familja tagħna, dawk li konna nqisu bħala tfal/ ħutna ż-żgħar tagħna. Imma bħall-membri kollha tal-familja, jasal iż-żmien li jħallu din id-dinja.

Ħafna drabi dawn iħallulna sensazzjoni profonda ta’ telf u wġigħ. Illum huwa l-jum li niftakru fil-kreaturi sbieħ li kellna u li qasmu l-Pont tal-Qawsalla.

Tella’ ritratt tal-kelb jew qattus li kellek u miet biex infakkru dan il-jum

Illum ħu l-qattus/a għand il-vet

Illum ħu l-qattus/a għand il-vet

Illum huwa l-jum fejn tieħu l-qtates tiegħek għand il-vet.

Għalkemm din tista’ tinstema’ stramba, hemm, fil-fatt, skop leġittimu ħafna għal din l-okkażjoni annwali.

Filwaqt li aħna l-bnedmin imdorrija nżuru lid-dentist u lit-tabib regolari għal ‘check-ups’ tas-saħħa, sfortunatament bosta sidien ta’ dawn il-kreaturi jinsew jeħduhom għand il-veterinarju bħala prekawzjoni.

Fil-fatt dawn jittieħdu biss meta tqum problema medika. Dan, ovvjament, jaf jirriżulta f’trattament estensiv u f’kontijiet għoljin li setgħu ġew evitati .

Żomm il-qtatus tiegħek b’saħħtu billi tagħmel appuntament għal ‘check-up’ preventiv mal-veterinarju tal-fiduċja tiegħek.

Enable Notifications OK No thanks