Select Page
Raġel jittajjar waqt li kien qed jara xi ħsara kellu fil-karozza

Raġel jittajjar waqt li kien qed jara xi ħsara kellu fil-karozza

Raġel ta’ 61 sena ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena, waqt li kien qed jara xi ħsara kellu fil-karozza tiegħu.

Skont rapport minn TVMNews, l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-07:40 fl-inħawi tal-Magħtab fi Triq il-Kosta, hekk kif ir-raġel waqaf fil-ġenb biex jiċċekkja dwar problema li kellu fil-karozza.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn irriżulta li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Raġel iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-karozza

Raġel iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-karozza

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-22:45 fi Triq Mikiel Anton Vassalli, raġel ta’ 29 sena weġġa’ gravi wara li nqaleb bil-karozza u spiċċa fl-iskatepark tal-Imsida.

Skont rapport minn TVMNews, ir-raġel tilef il-kontroll u nqaleb bil-karozza. Huwa kellu jinħareġ mill-karozza mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Immultat €58 wara li ripetutament hedded lil martu

Immultat €58 wara li ripetutament hedded lil martu

Raġel ta’ 51 sena, li joqgħod Ħal Qormi, ġie mmultat €58 wara li nstab ħati li sentejn ilu inġurja u hedded lil martu waqt li kellhom xi jgħidu.

Skont ma ġie rrappurtat fuq tvmnews, fil-qorti ħareġ li r-raġel hedded lil martu fi tliet argumenti separati. Fost it-theddid, ħareġ li b’referenza għat-tifel il-kbir, qalilha li se jitfagħhulha frankuni u kif ukoll “nirraħ imut jitkaxkar bil-mutur.” Żiedet ukoll dakinhar għamlilha ċerti mossi b’idejh li għaliha kienu jfissru li kienet se jitfagħha f’siġġu tar-roti. Dan wara li nqala’ argument u allegatament akkużaha li kienet tiġri mal-irġiel.

It-tieni argument inqala’ meta r-raġel kien qed isajjar u l-mara dehrilha li l-fjamma kienet għolja wisq u seta’ jaħraq l-ikel. F’argument ieħor, il-mara xehdet li żewġha heddida li se joqtol lil ommha.

Dan kollu seħħ waqt li l-koppja kienet għaddejja mill-proċess tas-separazzjoni.

Min-naħa tiegħu, ir-raġel qal li huwa għex l-aħħar 4 snin ta’ żwieġ bħal priġunier ġo daru għax skont hu, it-tifel kien jikkmanda kollox. Qal ukoll li meta nqalgħu l-argumenti, il-mara kienet qed tipprovokah.

Tvmnews irraporta wkoll li minn recordings li nstemgħu fil-qorti, li l-mara stess irrekordjat bil-mobile, il-maġistrat innotat li t-tim ta’ leħen il-vittma ma kienx juri li kienet qed tibża’, u ġie konkluż li l-argumenti tqajmu apposta biex tipprovoka lir-raġel.

Għal din ir-raġuni, ir-raġel instab ħati biss li fl-argumenti inġurja u hedded lil martu.

Filmat: Christian Arding iniedi l-vidjow mużikali tal-kanzunetta ‘Għajejt Inħobb’

Filmat: Christian Arding iniedi l-vidjow mużikali tal-kanzunetta ‘Għajejt Inħobb’

Proprju lbieraħ tnieda l-vidjow mużikali tal-kanzunetta Għajejt Inħobb kantata minn Christian Arding, b’kitba ta’ Rita Pace u kompożizzjoni ta’ Gilbert il-Bibi Camilleri.

Din il-kanzunetta mhux biss kienet waħda mill-finalisti tal-Festival Mużika Mużika, imma wkoll ġiet ikklassifikata fit-tieni post.

Il-vidjow mużikali, miġbud u editjat minn Emotive Media jitratta t-tema tal-vjolenza domestika u psikoloġika minn lenti ta’ raġel. Minkejja li għamel minn kollox biex isalva ż-żwieġ, iħossu li ma fadallux iktar saħħa u motivazzjoni biex jibqa’ jipprova. Jixxennaq għal dak iż-żmien tal-bidu meta kollox kien jidher sabiħ u kien iħossu maħbub iżda jħoss li issa tbegħdu u ma jafx x’fadallu jagħmel biex isalva r-relazzjoni.

Enable Notifications OK No thanks