“Kieku Ramiro għadu magħna, illum qed jiċċelebra għeluq sninu”

“Kieku Ramiro għadu magħna, illum qed jiċċelebra għeluq sninu”

Kieku Ramiro għadu magħna, illum qed jiċċelebra għeluq sninu.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares tfakkar dan il-jum filwaqt tħabbret is-somma li nġabret matul il-mixja annwali li organizzat il-fondazzjoni li kien waqqaf Ramiro nnifsu, 7 snin ilu, bl-isem ta’ Ramiro & Friends.

Permezz ta’ din il-fondazzjoni, Ramiro kien jorganizza bosta attivitajiet b’risq diversi għaqdiet oħrajn, fosthom Puttinu Cares, li kien tant għal qalbu.

Nemmnu li xorta qed tiċċelebra mill-ġenna tara l-familja tiegħek tkompli x-xewqa tiegħek li tgħin lil Puttinu. Inġabret is-somma sabiħa ta’ €805 minn mixja li organizzat il-fondazzjoni Ramiro & Friends sabiex tfakkar il-memorja tiegħu. Kompli pproteġi l-familja u l-ħbieb tiegħek għażiż Ramiro u minn qalbna nsellmulek. Nimmisjawk.

Waħda mill-attivitajiet hi dik il-mixja annwali ta’ kull sena fejn proprju kienet l-ewwel attività li fetħet l-isem Ramiro & Friends, fejn inġabru l-fondi b’risq Puttinu Cares.

Minkejja li Ramiro m’għadux magħna, aħna l-ħbieb ta’ Ramiro komplejna b’dak li ħalla warajh huwa stess u b’hekk din il-mixja, biex infakkru l-memorja tiegħu, għamilna l-istess rotta li kien ippjana l-ewwel mixja, minn Buġibba sa tas-Sliema, però d-differenza li din id-darba bdejna minn fejn il-monument ta’ Dr. Victor Calvagna u nġabret is-somma ta’ ‘l fuq minn €800.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, insellmu l-memorja ta’ Ramiro.

Filmat: Stenna Li Mhux Tistenna – Kanzunetta ddedikata lil Ramiro

Filmat: Stenna Li Mhux Tistenna – Kanzunetta ddedikata lil Ramiro

Stenna Li Mhux Tistenna, huwa t-titlu tal-kanzunetta oriġinali li l-grupp Kapitlu Tlettax f’kollaborazzjoni ma’ Janice Mangion, nedew proprju ftit tal-ħin ilu fuq il-mezzi tal-midja soċjali tagħhom. Din il-kanzunetta li għandha lirika ta’ Joseph Calleja u mużika ta’ Dwardu Ravelle, hija dedikazzjoni liż-żagħżugħ Ramiro Mallia li tilef ħajtu f’inċident mill-aktar traġiku, Marzu li għadda.

“Kien hemm il-ħsieb li naħdem fuq kanzunetta li titkellem dwar il-ġid li jagħmlu nies bħal Ramiro, iżda imbagħad kellmuni ħutu li xtaqu li nagħmlu xi ħaġa aktar speċifika b’dedikazzjoni għalih u kif tista’ tgħid le, meta għandek iċ-ċans tikteb dwar anġlu, persuna li tħares lejn l-interessi ta’ ħaddieħor qabel tagħha”, jgħid Joseph, l-awtur u l-protagonist ewlieni tal-grupp Kapitlu Tlettax dwar il-kanzunetta.

Apparti l-grupp Kapitlu Tlettax li huwa kompost minn Joseph Calleja, Dwardu Ravelle, Maria Cini u Digby, ġiet magħżula l-kantanta Janice Mangion biex tikkollabbora fuq dan il-proġett u dwar din l-għażla, Joseph jgħid li kien “ilni nsegwiha ftit mhux ħażin, għaliex apparti li hija artista brava u kapaċi għall-aħħar, kellna bżonn tip ta’ vuċi partikolari, waħda li tispikka għal ma’ din il-lirika.”

Min-naħa tagħha, Janice Mangion, il-kantawtriċi magħrufa għad-diversi kanzunetti oriġinali bil-Malti, riċentament ukoll finalista f’Mużika Mużika qalet li mill-ewwel aċċettat biex tkun parti minn dan il-proġett, “nemmen li Kapitlu Tlettax għandhom ħafna x’joffru lill-industrija tal-mużika lokali, u apparti minn hekk nemmen li l-messaġġ wara Stenna Li Mhux Tistenna huwa wieħed inkreddibli. Ramiro kien persuna unika ta’ vera, u l-memorja tiegħu tajjeb li nżommuha ħajja.”

Enable Notifications OK No thanks