L-erba’ żoni okkupati tal-Ukrajna: Luhansk, Donetsk, Kherson u Zaporizhzhia minn għada se jsiru parti mir-Russja. Kull attakk fuqhom se jitqies bħala attakk fuq ir-Russja stess.
Uffiċjali favur il-Kremlin qalu li l-erba’ territorji vvutaw biex jingħaqdu mar-Russja. Sostniet li 93% tal-voti f’Zaporizhzhia kienu favur, kif kienu 87% f’Kherson, 98% f’Luhansk u 99% f’Donetsk. Dawn ir-reġjuni jammontaw għal madwar 15% tat-territorju Ukren.
Il-President Vladimir Putin għada mistenni jattendi ċerimonja fil-Kremlin li fiha se jiġu ffirmati dokumenti li juru r-reġjuni li se jiġu inkorporati fir-Russja.
Skond il-Kremlin, Putin se jagħti diskors wara ċ-ċerimonja u ser jiltaqa’ mal-amministraturi tar-reġjuni maħtura minn Moska. Tard filgħaxija hemm jppjanat ukoll ċelebrazzjoni b’kunċert fil- Pjazza l-Ħamra.
Il-mikroplastiks huma biċċiet żgħar tal-plastik inqas minn ħames millimetri. Dawn il-mikroplastiks instabu kullimkien, instabu fl-oċeani, fl-arja, fil-ħamrija, fl-ikel tagħna, fl-ilma tal-fliexken kif ukoll fl-ilma tal-vit. Instabu f’aktar minn 94% tal-ilma tal-vit fl-Istati Uniti u 72% fl-Ewropa, kif ukoll f’93% tal-ilma tal-fliexken madwar id-dinja.
Huwa stmat li tmien miljun tunnellata ta’ plastik jidħlu fl-oċeani tagħna kull sena. Il-mikroplastiks huma faċli biex jiġu diġeriti, minħabba d-daqs żgħir tagħhom, u issa huma s-suġġett ta’ reviżjoni tas-saħħa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Hemm żewġ tipi ta’ mikroplastiks: mikroplastiks primarji u mikroplastiks sekondarji. Il-mikroplastiks primarji jinkludu microfibers imxerrda minn ħwejjeġ u drappijiet oħra, bħal xbieki tas-sajd, kif ukoll partiċelli maħluqa għal skopijiet kummerċjali, bħall-kożmetiċi.
Il-mikroplastiks sekondarji huma partiċelli ffurmati meta oġġetti tal-plastik akbar, bħal fliexken tal-ilma, jiddegradaw. Din id-diżintegrazzjoni hija kkawżata minn espożizzjoni għal fatturi ambjentali, prinċipalment ir-radjazzjoni tax-xemx u l-mewġ tal-oċeani.
Il-kwistjoni bil-mikroplastiks hija li, bħall-plastiks kollha, ma jiddegradawx faċilment f’molekuli li ma jagħmlux ħsara. Il-plastik jista’ jieħu mijiet jew eluf ta’ snin biex jiddiżintegra, u sadanittant ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-mikroplastiks huma evidenti bħala frammenti żgħar tal-plastik ikkuluriti fir-ramel. Fl-oċeani, it-tniġġis mikroplastiku ħafna drabi jiġi kkunsmat mill-annimali tal-baħar.
Instabu mikroplastiks f’organiżmi tal-baħar li jvarjaw minn plankton sal-baleni, kif ukoll frott tal-baħar kummerċjali u ilma tax-xorb. Is-sistemi standard tat-trattament tal-ilma, b’mod allarmanti, ma jistgħux jeliminaw l-evidenza kollha tal-mikroplastiks. Il-mikroplastiks fl-oċean jistgħu jitħalltu ma’ komposti tossiċi oħra qabel ma jiġu kkunsmati minn ħlejjaq tal-baħar, u jikkomplikaw aktar is-sitwazzjoni.
L-evidenza xjentifika turi li l-mikroplastiks għandhom effetti negattivi fuq l-ekosistemi vulnerabbli (eż. sikek tal-qroll, ibħra fondi, reġjuni polari), il-bijodiversità (il-ħajja tal-baħar kollha mill-plankton sa mammiferi marittimi kbar) u s-saħħa tal-bniedem.
X’nistgħu nagħmlu? Modi sempliċi biex tevita l-mikroplastik fil-ħajja ta’ kuljum tiegħek:
Naqqas il-konsum tal-laħam u l-ħut.
M’hemmx għalfejn issir vegan iżda wieħed jista’ jikkunsidra li jmur għal dieta flexitarian fl-għażla tal-ikel tiegħu. Mhux l-ewwel darba li rajna xi stampa ta’ ħuta maqsuma min-nofs bl-istonku mimli plastik li tkun belgħet maż-żmien, dan iġiegħlna naħsbu li dak li jieklu huma nieklu aħna. Iktar ma t-tniġġis tal-plastik fl-oċean jiżdied, iktar is-sitwazzjoni tiggrava. Hemm evidenza li tissuġerixxi li l-mikroplastiks u n-nanoplastik jistgħu jiċċaqalqu mill-istonku tal-ħut għat-tessut tal-muskoli tagħhom, li huwa dak li l-bnedmin tipikament jieklu.
Li nevitaw il-frott tal-baħar huwa pass importanti biex nillimitaw il-mikroplastiks li nibilgħu. Il-bidla għal dieta vegana tnaqqas ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u tagħmilha waħda mill-aktar għażliet ta’ stil ta’ ħajja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Irkaptu tas-sajd abbandunat bħal xbieki u ħbula, imsejjaħ “ghost fishing gear” jammonta għal madwar 10% tal-iskart kollu fl-oċean, għalhekk l-evitar tal-ħut iżomm il-plastik barra mill-oċean kif ukoll minn ġisimna.
Wieħed isibha iktar faċli meta jsaħħan il-fdalijiet tal-ikel jew ikel tat-take out direttament mill-konenitur, iżda il-BPA u phthalates miżjuda mal-plastik inixxi ħafna aktar faċilment meta msaħħna. Dawn jinkludu plastik tat-Tupperware, għotjien, kaxxi tat-take-away u l-ikel iffriżzat li jissaħħan direttament mill-pakkett. Minflok ittrasferixxi l-ikel għal kontenitur tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika.
Tużax tazzi tat-takeaway.
Tazzi tat-takeaway tal-karti wkoll jirrilaxxaw mikroplastiks meta jkunu esposti għal likwidi sħan. Dan ifisser li t-tazza tal-kafè sħuna ta’ filgħodu tiegħek meħuda f’tazza li tintrema qed iżżid mal-konsum personali tal-mikroplastik tiegħek. Investi f’tazza tal-kafè li tista’ terġa’ tintuża magħmula mill-istainless steel jew mill-ħġieġ biex tużaha fil-ħanut tal-kafè favorit tiegħek. Li wieħed jieħu il-magg tiegħu stess inaqqas l-iskart ukoll.
Ixtri kożmetiċi mingħajr plastik.
Prodotti tal-kura personali ħafna drabi jinkludu komponenti tal-plastik. Lozjonijiet u kremi tal-ġilda, pereżempju, spiss jinkludu plastik biex jippromwovu l-assorbiment. Ħafna minn dawn il-prodotti jiġu wkoll f’kontenituri żgħar tal-plastik li huma diffiċli biex jiġu riċiklati u ħafna drabi jintremew b’mod li jagħmel ħsara.
Minflok, agħżel prodotti naturali b’alternattivi bijodegradabbli jew għażliet mingħajr plastik.
Uża l-weraq tat-te minflokil-boroż tat-te.
Il-biċċa l-kbira tal-boroż tat-te huma magħmula minn bejn wieħed u ieħor 25% tal-plastik, u anke dawk li huma mmarkati bħala karta huma ġeneralment imwaħħlin flimkien bil-polypropylene, li huwa tip ta’ plastik.
Ipprova ssostitwixxi l-boroż tat-te, bil-weraq tat-te, jew uża boroż tat-te li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jistgħu jerġgħu jimtlew.
Farfar u uża l-hoover regolarment.
Minħabba li dawn il-frammenti ċkejkna tal-plastik huma tant mikroskopiċi, jitħalltu fit-trab taħt is-sodod tagħna, fil-kantunieri ta’ djarna, u fl-arja. It-tfarfir u l-vacuuming fuq bażi regolari jistgħu jgħinu biex nipprevjenu milli niġbduhom man-nifs tagħna. (Idealment meta tuża l-vaccum wieħed għandu juża filtru tal-HEPA).
Ixtri ħwejjeġ magħmula minn materjali naturali.
Huwa tajjeb li nibdew naħsbu b’aktar reqqa dwar il-ħwejjeġ li nixtru. Minflok ma tagħżel ħwejjeġ ibbażati fuq il-plastik, fittex ditti li jutilizzaw biss materjali naturali bħall-qoton, il-ħarir, is-suf, il-qanneb u l-għażel. B’dan il-mod ir-riskju tat-tniġġis mikroplastiku jinżel ħafna.
Ixtri filtru tal-ilma, u waqqaf l-użu tal-ilma fil-fliexken
Uża t-trasport pubbliku.
Il-mikroplastik jinsab ukoll fit-tajers tal-karozzi. Il-frizzjoni mit-triq tikkawża t-tajers li jkissru u jitfgħu partiċelli tal-plastik, li mbagħad jakkumulaw fl-arja.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.