X’hemm ippreparat għall-mistiedna f’Sibtek tal-lum?!

X’hemm ippreparat għall-mistiedna f’Sibtek tal-lum?!

Erġajna wasalna għal programm ieħor ta’ Sibtek!

Il-mistiedna li se jkunu qed jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar waqt Sibtek tal-lum huma Liam Carter, Francesca Attard, Rita Pace u Caroline Schembri.

Karattri kkuluriti li għaddew minn esperjenzi tad-daħq li mhux se jinsew malajr.

Liam u Francesca mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM se narawhom kif qatt ma rajnihom qabel!

Rita Pace lura fix-xena tal-mużika wara li lbieraħ rajniha fis-serata tal-klassiċi waqt Mużika Mużika.

U l-Prank Call se tkun hemm għal xi ħadd minn dawn ukoll!!!

Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi Live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!

Il-koppja Steve u Manuel Aquilina waqt The Entertainers tal-lejla

Il-koppja Steve u Manuel Aquilina waqt The Entertainers tal-lejla

Il-personalitajiet televiżivi Steve u Manuel Aquilina, il-kantanti Ludwig Galea, Rita Pace u Laura Bruno kif ukoll l-illużjonista Kim Woods se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 60 u s-snin 2000.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettaturi.

Din il-ġimgħa titkompla l-ewwel fażi tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Filmat: Christian Arding iniedi l-vidjow mużikali tal-kanzunetta ‘Għajejt Inħobb’

Filmat: Christian Arding iniedi l-vidjow mużikali tal-kanzunetta ‘Għajejt Inħobb’

Proprju lbieraħ tnieda l-vidjow mużikali tal-kanzunetta Għajejt Inħobb kantata minn Christian Arding, b’kitba ta’ Rita Pace u kompożizzjoni ta’ Gilbert il-Bibi Camilleri.

Din il-kanzunetta mhux biss kienet waħda mill-finalisti tal-Festival Mużika Mużika, imma wkoll ġiet ikklassifikata fit-tieni post.

Il-vidjow mużikali, miġbud u editjat minn Emotive Media jitratta t-tema tal-vjolenza domestika u psikoloġika minn lenti ta’ raġel. Minkejja li għamel minn kollox biex isalva ż-żwieġ, iħossu li ma fadallux iktar saħħa u motivazzjoni biex jibqa’ jipprova. Jixxennaq għal dak iż-żmien tal-bidu meta kollox kien jidher sabiħ u kien iħossu maħbub iżda jħoss li issa tbegħdu u ma jafx x’fadallu jagħmel biex isalva r-relazzjoni.

Enable Notifications OK No thanks