Imut l-attur Victor Grech

Imut l-attur Victor Grech

Tħabbret il-mewt tal-attur Victor Grech fl-età ta’ 96 sena.

Huwa ħadem f’diversi sensiliet Maltin, iżda jibqa’ magħruf l-aktar għall-karattru ta’ Sander li interpreta fis-sensiela tant popolari, Ipokriti.

Victor Grech ħa sehem ukoll fl-ewwel sensiela ta’ F’Baħar Wieħed, fl-1976, fejn kien interpreta l-karattru ta’ Ġiġi l-Maġistrat.

Huwa kien miżżewweġ lill-attriċi u preżentatriċi Mary Grech.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, insellmu l-memorja ta’ Victor Grech u nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha qrib.

Enable Notifications OK No thanks