by Jackie Busuttil | 14/Mar/22 | Riċetti, Varjetà
Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):
4 koxox tat-tiġieġ bl-għadam
4 patatiet kbar maqtugħin f’dadi
Għall-immarinar:
Tliet imgħaref żejt taż-żebbuġa
Tliet sinniet tewm, mirħus
Żewġ imgħaref meraq tal-lumi frisk
Żewġ kuċċarini mustarda
Nofs kuċċarina melħ
Kwart ta’ kuċċarina bżar iswed midħun
Kuċċarina waħda klin għall-wiċċ
Metodu:
- Saħħan il-forn għal 200 grad.
- Iksi dixx ċatt tal-forn bil-karta tal-ħami.
- Poġġi l-patata u l-koxox tat-tiġieġ ġod-dixx.
- Ħallat l-ingredjenti kollha tal-immarinar fi skutella żgħira.
- Ferra’ l-immarinar fuq it-tiġieġ u l-patata, u ħawwad sew biex jinkesa kollox bil-likwidu tal-immarinar.
- Irranġa l-patata madwar it-tiġieġ, sabiex it-tiġieġ ikun qiegħed direttament fuq id-dixx u mhux fuq il-patata.
- Aħmi mikxuf għal 45 minuta sakemm it-tiġieġ ikun imsajjar sew u l-patata tkun saret tqarmeċ.
- Dawwar il-patata darba matul il-ħin tat-tisjir biex titqarmeċ minn kull naħa.
- Servi biz-zalza tal-buffalo, u ħaxix tal-għażla tiegħek.
Għaz-zalza tal-Buffalo:
Ingredjenti:
75ml sauce aħmar jaħraq (Tabasco)
100g butir ħelu
Żewġ imgħaref ħall abjad
Nofs kuċċarina Worcestershire sauce
Nofs kuċċarina bżar cayenne
Kwart kuċċarina trab tat-tewm
Kwart kuċċarina paprika
Melħ għat-togħma
Metodu:
- F’kazzola fuq nar medju, żid it-Tabasco, il-butir, il-ħall, il-Worcestershire, il-bżar cayenne, il-melħ, it-trab tat-tewm u l-paprika.
- Ħawwad kontinwament b’whisk sakemm il-butir idub. Imbagħad ħalli t-taħlita fuq in-nar sakemm tibda ttektek.
- Ladarba z-zalza tibda ttektek, neħħi t-taġen minn fuq in-nar.
- Ħalli z-zalza tibred ftit.
- Iz-zalza se tagħqad ftit hekk kif tibda tibred. Ħawwad iz-zalza qabel ma sservi.
- Qassam it-tiġieg u il-patata fuq platti, u ferra z-zalza tal-Buffalo fil-wiċċ.
L-ikla t-tajba!
Din ir-riċetta ġiet imwassla lilkom minni u minn Vince Busuttil.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
by Jackie Busuttil | 24/Jan/22 | Riċetti, Varjetà
Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):
Għal-laħam:
8 biċċiet majjal (jien użajt medallions)
Żewġ larinġiet imqatta’ slajsis
200ml stokk taċ-ċanga sħun
4 imgħaref dqiq plejn
Mgħarfa garlic powder
Mgħarfa sweet paprika
Mgħarfa mustard powder
Żewġt imgħaref butir
Kuċċarina soy sauce
Kuċċarina riegnu
Kuċċarina sagħtar
Kuċċarina worcestershire sauce
Bżar u melħ skont il-gosti tiegħek
Metodu:
- Ħallat id-dqiq, il-garlic powder, is-sweet paprika u l-mustard powder flimkien fuq platt.
- Immartella ftit il-biċċiet tal-majjal jew b’martell tal-kċina jew b’qiegħ ta’ tazza.
- Għaddi kull biċċa majjal mit-taħlita tad-dqiq u ara li jinksew bit-taħlita miż-żewġ naħat.
- Saħħan il-butir fuq nar medju f’taġen ftit fond u kif jisħon, aqli l-biċċiet tal-majjal għal madwar 3 minuti fuq kull naħa, sakemm tara li bdew jieħdu kulur dehebi.
- Issa żid l-istokk sħun. Żid ukoll il-bżar, il-melħ, is-soy sauce, il-worcestershire sauce, is-sagħtar u r-riegnu. Baxxi n-nar, għatti it-taġen u ħallih itektek għal 15-il minuta sakemm il-laħam isir tari.
- Ikxef it-taġen u poġġi slajs larinġa fuq kull biċċa laħam. B’imgħarfa tella’ ftit mill-gravy li għandek fit-taġen fuq kull biċċa laring. Erġa’ għatti t-taġen u ħallih itektek għal 5 minuti.
- Servi immedjatament ma’ kontorn ta’ ħaxix jew patata.
Fir-ritratt ta’ din ir-riċetta se taraw toqlija sempliċi ta’ ħaxix imħallat u patata mimlija l-forn.
Ingredjenti għall-patata mimlija:
8 patatiet imdaqqsa bil-qoxra
Basla maħkuka
Żewġ sinniet tewm imqatta’ rqaq
8 slajsis bejken imqatta’
Nofs kuċċarina chilli flakes
4 mgħaref mozzarella maħkuk
4 cherry tomatoes maqsuma min-nofs
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Metodu:
- Aħsel u għalli l-patata bil-qoxra f’misħun jagħli għal bejn 15 u 20 minuta sakemm tiġi nofs sajran.
- Sadanittant, saħħan iż-żejt ġo taġen. Żid il-bejken, il-basla, it-tewm u ċ-chilli flakes. Ħawwad u aqli sakemm il-bejken ikun sar sew.
- Tella’ l-patata mill-misħun u aqtagħlha biċċa mill-wiċċ.
- Ħaffer ftit il-patata u neħħi ftit mill-ġewwieni tal-patata.
- Imla l-vojt bit-toqlija tal-bejken.
- Daħħal il-patata fil-forn fuq dixx miksi bil karta tal-forn u aħmiha għal bejn 30 u 40 minuta sakemm iddaħħal ponta ta’ sikkina u tara li saret sew.
- Oħroġ id-dixx u iksi l-wiċċ tal-mili bil-mozzarella u poġġi nofs tadama fil-wiċċ.
- Erġa’ daħħal id-dixx fil-forn għal 10 minuti.
L-ikla t-tajba!
Din ir-riċetta ġiet imwassla lilkom minni u minn Vince Busuttil.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
by Jackie Busuttil | 24/May/21 | Riċetti, Varjetà
Kważi l-platti kollha tal-għaġin Taljani jeħtieġu vera ftit ingredjenti … u l-Carbonara mhix eċċezzjoni! Tjubija fis-sempliċità!
Għandek bżonn – (għal 4 porzjonijiet):
400g spagetti
200g guanciale, maqtugħ f’biċċiet żgħar irqaq
4 bajdiet
100g ġobon pecorino romano maħkuk
Bżar skont il-gosti tiegħek
Metodu:
- Imla borma kbira bl-ilma, żid ftit melħ, u poġġiha fuq in-nar waqt li tipprepara l-ingredjenti l-oħra.
- Imbagħad saħħan taġen fond nonstick u aqli l-guanciale fix-xaħam tiegħu stess sakemm isir iqarmeċ.
- Ħallih fit-taġen u warrbu għal issa.
- Ġo buqar ħawwad il-bajd, il-ġobon, u ftit bżar sakemm ikollok zalza qisha krema. Warrabha.
- Agħlli l-ispagetti għal madwar 12-il minuta sakemm isir ‘al dente’.
- Ħames minuti qabel ma l-ispagetti jkun sar, poġġi t-taġen bil-pancetta fuq nar medju u żid miegħu żewġ imgħaref mill-ilma tal-għaġin. Ħawwad u ħalliha ttektek.
- Warrab tazza mill-ilma tal-għaġin fil-każ li jkollok bżonn tuża ftit aktar tard.
- Saffi l-għaġin u immedjatament żidu ġot-taġen mal-pancetta u x-xaħam tagħha.
- Ħawwadhom sew għal madwar 2 minuti fuq nar qawwi.
Issa għall-parti delikata – trid tgħaġġel!
- Meta l-guanciale u l-ispagetti jitħalltu sew u jkunu sħan sew, itfi n-nar imma ħalli t-taġen fuq l-istess burner, biex jibqgħu fuq is-sħana.
- Jekk tħalli n-nar mixgħul, il-bajd se jissajjar wisq u jiġi qisu scrambled eggs.
- Kif titfi n-nar, mejjel it-taġen biex l-ispagetti jaqa’ għal naħa waħda, u ferra s-sauce tal-bajd u l-pecorino fuq l-ispazju vojt.
- Issa ħawwad malajr kemm tista’ sabiex il-bajd ikun totalment inkorporat fl-ispagetti mingħajr ċapep.
- Il-konsistenza hija importanti ħafna. Jekk tara li huwa niexef wisq meta tkun qed tħallat, żid ftit imgħaref mill-ilma li warrabt tal-għaġin.
- Jew, jekk hemm wisq likwidu, żid mgħarfa ġobon.
- Servi immedjatament.
- Żejjen bi ftit biċċiet ta’ guanciale mqarmċin, pecorino maħkuk u bżar.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net