Select Page
Teleskopju ġdid tan-NASA juri ritratti spettakolari tal-Univers

Teleskopju ġdid tan-NASA juri ritratti spettakolari tal-Univers

F’dawn l-aħħar sigħat ġew ippubblikati l-ewwel ritratti bil-kulur mit-teleskopju spazjali l-ġdid tan-NASA bl-isem ta’ James Webb Telescope.

Jingħad li r-ritratti juru l-aktar stampa profonda u dettaljata tal-Univers sal-lum, li fiha d-dawl mill-galassji li ħa ħafna biljuni ta’ snin biex jilħaqna.

It-teleskopju spazjali James Webb huwa l-aktar teleskopju b’saħħtu li qatt inbena.

Kien hemm snin ta’ dewmien biex dan it-teleskopju, li jinkludi strumenti mill-Aġenzija Spazjali Kanadiża u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, seta’ jintuża. Dan minħabba taħlita ta’ fatturi miġjuba mill-pandemija u sfidi tekniċi.

It-teleskopju spazjali James Webb, li jiswa $10 biljun, u li uffiċjalment ġie mniedi fil-25 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, huwa meqjus bħala s-suċċessur tal-famuż teleskopju spazjali Hubble.

Dan se jservi biex isiru kull xorta ta’ osservazzjonijiet, iżda hemm żewġ għanijiet ġenerali. Waħda hija li permezz tiegħu jittieħdu ritratti tal-ewwel stilel li bdew jiddu fl-Univers aktar minn 13.5 biljun sena ilu; l-ieħor huwa li ssir riċerka dwar pjaneti ‘l bogħod biex jiġi skopert jekk jistgħux ikunu abitabbli.

Huwa mistenni li dan it-teleskopju jiżvela l-misteri tal-univers u qed jingħad li għandu biżżejjed fjuwil biex jopera għall-20 sena li ġejjin!

Sibtek speċjali għal Jum il-Missier! Min se jkunu l-mistednin?!

Sibtek speċjali għal Jum il-Missier! Min se jkunu l-mistednin?!

Edizzjoni speċjali ta’ Sibtek qabel Jum il-Missier!

Sibtek li jmiss se jkun mimli missirijiet b’karattri differenti u kkuluriti fosthom il-kok Neil Darmanin, David Bajada, it-tabib u kantant Gianluca Bezzina u Ludwig Galea.

Se naraw dawn il-personalitajiet Maltin jgħaddu minn diversi sfidi u ċajt. B’dawn l-erba’ personalitajiet żgur divertiment garantit!

Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom sorpriża ppreparata għalihom!

Imma xiex? U min?

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Bħal dejjem, ma tonqosx ukoll il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Chiara u Miriam Christine fost il-mistiedna f’Sibtek li jmiss!

Chiara u Miriam Christine fost il-mistiedna f’Sibtek li jmiss!

Sibtek li jmiss se jkun edizzjoni speċjali mimli kantanti li marru jirrapreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest tas-snin li għaddew.

Se naraw ħafna personalitajiet Maltin mix-xena tal-Eurovision fosthom Morena, Olivia Lewis, Miriam Christine u Chiara.

Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom mistiedna speċjali li ġejjin fl-istudjow biex jintervistawhom!

Imma għaliex u x’se jkun ir-rwol tagħhom?!

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, kif ukoll il-Eurovision Song Contest, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Sibtek speċjali għal Jum l-Omm! Min se jkunu l-mistednin?!

Sibtek speċjali għal Jum l-Omm! Min se jkunu l-mistednin?!

Sibtek li jmiss speċjali ma’ ħafna ommijiet għal Jum l-Omm! Imma mhux biss!

Se naraw ħafna personalitajiet Maltin minn xeni differenti. Il-Maestro Aurelio Belli, il-kantanta Eleonor Cassar, il-mudella Claudia Calleja u il-kantanta Petra Żammit.

Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom mistiedna speċjali li ġejjin fl-istudjow!

Imma għaliex u x’se jkun ir-rwol tagħhom?!

Hemm minn se jiltaqa’ ma’ ħbieb antiki ħafna!

Il-blind date se tkun hemm ukoll!

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Qatt ħsibt kemm jinħela ikel kuljum u x’tista’ tagħmel biex taħli inqas? – Loriana Mazzonello

Qatt ħsibt kemm jinħela ikel kuljum u x’tista’ tagħmel biex taħli inqas? – Loriana Mazzonello

Il-ħela tal-ikel hija waħda mill-problemi ċentrali għal xi wħud mill-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja d-dinja llum, inklużi l-ġuħ u l-faqar, it-tibdil fil-klima, is-saħħa, u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura u l-oċeani.

L-ikel fil-miżbliet jipproduċi varjetà ta’ gassijiet li huma perikolużi għall-klima, apparti minn hekk l-ħela tal-ikel hija wkoll enerġija moħlija u ħin mitluf matul il-proċess ta’ tkabbir u kultivazzjoni.

Stop Food Waste Day ġiet imnedija fl-2017 minn Compass Group PLC – waħda mill-ikbar kumpaniji fid-dinja li toffri servizz tal-ikel. Dan il-grupp jistieden lil konsumaturi u influencers biex fis-27 ta’ April 2022, jaħdmu flimkien biex iqajmu iktar għarfien, jispiraw għall-bidla u jedukaw iktar lin-nies fuq il-problema tal-ħela tal-ikel.

Skont is-sit elettroniku ta’ STOP FOOD WASTE DAY;

33% tal-ikel prodott globalment jintilef jew jinħela kull sena;
25% ta’ l-ikel moħli globalment jista’ jitma’ lis-795 miljun ruħ fid-dinja kollha li huma sottonutriti;
8% tal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra kull sena huma dovuti għal telf u ħela tal-ikel.

X’tista’ tagħmel biex int ukoll tiċċelebra dan il-jum?

Inti tista’ taghmel il-parti tiegħek billi:

  • Tfittex riċetti fuq kif l-aħjar tagħmel użu mill-fdalijiet tal-ikel – tista’ tfittex xi riċetti mis-sit ta’ Stop Food Waste Day. F’dan is-sit wieħed jista’ jsib, fost l-oħrajn, riċetti fuq x’tista’ ssajjar bil-qxur tal-karotti u bil-qxur tal-banana. Il-qxur tal-banana huma mimlijin nutrijenti importanti fosthom il-vitamini B6 u B12. Fuq is-sit hemm ukoll ktieb tat-tisjir li tista’ tara online mingħajr ħlas.
  • Qabel tmur tixtri m’għand tal-ħanut agħmel lista biex ma tixtrix ikel żejjed.
  • Issajjar biss kemm tikkonsuma l-familja tiegħek f’ikla waħda.
  • Tiffriża l-fdalijiet tal-ikel u meta tagħmel dan neħħi l-arja sabiex l-ikel idum iktar frisk.
  • Tagħmel kompost bil-fdalijiet tal-ikel

Jeħtieġ li nagħtu iktar attenzjoni l-konsum u l-ħela tal-ikel, speċjalment f’dawn iż-żminijiet fejn il-bidla fil-klima hija problema allarmanti. Għalkemm dawn huma bidliet żgħar, li wieħed jista’ jpoġġi fil-prattika fil-ħajja ta’ kuljum tagħna, huma xorta passi żgħar li jgħinu fit-tnaqqis tal-impatt ambjentali u jnaqqsu wkoll sustanzi li jniġġsu u huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bnedmin u l-pjaneta.

Enable Notifications OK No thanks