
Illejla l-Finali tas-Singing Challenge waqt The Entertainers
Il-Finalissima ta’ The Entertainers Singing Challenge se tkun l-attrazzjoni ewlenija waqt l-edizzjoni tal-programm tal-lejla “THE ENTERTAINERS”, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li se tixxandar bejn it-20.30 u l-23.00hrs.
Bi preżentazzjoni ta’ Janvil, b’kollox huma sittax-il kantant minn 10 snin ’il fuq, maqsumin f’żewġ kategoriji, li se jkunu qed jikkompetu għall-premju finali waqt il-programm tal-lejla. Il-kantanti kollha se jkunu akkumpanjati mill-band residenti tal-programm.
Il-finalisti huma dawn: Minn Kategorija A: Shyann Cutajar, Eliza Stellini, Rihanna Aquilina, Kelsy Attard, Faith Bondin, Krista Sujak, Martina Schembri, Amelia Kalabic, Ella Tohamy, Shanice Micallef u Lisa Gauci. Minn Kategorija B: Aiden Aquilina Cohen, Martina Galea Loffreda, Nathan Psaila, Amy Micallef u Luana Schembri.


Preżenti fl-istudjow se jkun hemm ġurija esperta li se tiġġudika lill-kantanti. Il-pubbliku permezz ta’ SMS jista’ jivvota għall-kantanti favoriti tiegħu. Hemm marbut ukoll premju mal-SMS Voting.
