by Jackie Busuttil | 17/May/21 | Riċetti, Varjetà
Din l-insalata tajba anke sħuna bħala kontorn ma’ xi platt tal-laħam.
Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):
4 patatiet kbar
Basla kbira mqatta’ rqiqa
4 slices bejken, imqattgħin f’biċċiet żgħar
Mgħarfa tewm imqatta’ fin ħafna
Kuċċarina żerriegħa tal-kosbor
Kuċċarina żrieragħ tal-kemmun
Kuċċarina oregano
Niskata bżar
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
Mgħarfa sherry vinegar
Mgħarfa kosbor imqatta’ frisk biex iżżejjen
Metodu:
- Qaxxar u agħlli l-patata. Tħallihomx jirtabu wisq.
- Saffi l-patata u ħalliha tibred, u mbagħad qattagħha f’biċċiet kbar.
- F’taġen nonstick, aqli l-bejken, il-basla u t-tewm sakemm il-basla tirtab u l-bejken isir iqarmeċ.
- M’hemmx bżonn ta’ żejt għax huma jsiru fix-xaħam li joħroġ mill-bejken stess.
- Neħħi l-bejken, il-basla u t-tewm mit-taġen u poġġihom ġo skutella kbira.
- Fl-istess taġen, żid iż-żerriegħa tal-kosbor, iż-żerriegħa tal-kemmun, l-oregano u l-bżar.
- Qallihom għal żewġ minuti, u ħawwad kontinwament biex ma jeħlux u toħrog sew l-aroma taghħom.
- Neħħi minn fuq in-nar u żidhom mat-taħlita tal-bejken.
- Imbagħad żid ukoll il-patata ġol-iskutella.
- Żid iż-żejt u l-ħall u ħawwad sew biex tiksi l-patata bit-taħlita u l-ħxejjex aromatiċi kollha.
- Żejjen bil-kosbor frisk.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
by Jackie Busuttil | 26/Apr/21 | Riċetti, Varjetà
Għandek bżonn (għal 4 wraps):
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
Mgħarfa meraq tal-lumi
Bżaru mill-ħelu, maqtugħ strixxi rqaq
Basla mqatta’ strixxi rqaq
250g ġobon Halloumi, maqtugħ fi 12-il slice.
4 wraps
100g weraq tal-ispinaċi mgħolli
12-il żebbuġa, maqtugħin min-nofs
12 imgħaref Hummus
Għall-Hummus għandek bżonn:
Bott (400g) ċiċċri
Żewġ sinniet tewm midħunin
Mgħarfa tursin frisk imqatta’ rqiq ħafna
Mgħarfa meraq tal-lumi
Niskata melħ
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Żewġt imgħaref Tahini
(nota: jekk ma tixtieqx tuża Tahini tista’ tuża żewġt imgħaref yoghurt plain minflok)
- Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien u għaffiġhom sakemm ikollok pejst lixx.
- Tista’ tghaffiġhom b’food mixer jew b’mehries u lida.
Metodu:
- Fi skutella żgħira, ħallat iż-żejt taż-żebbuġa u l-meraq tal-lumi flimkien.
- Ħallat il-bżaru ħelu u l-basla flimkien fi skutella oħra. Żid nofs it-taħlita taż-żejt taż-żebbuġa u ħawwad sewwa.
- Saħħan il-grill jew ‘grill pan’.
- Irranġa t-taħlita tal-bżar u l-basla fuq dixx tal forn, jew fuq il-grill pan.
- Sajjarhom fuq nar għoli għal madwar ħames minuti sakemm jieħdu ftit kulur imma ma jsirux rotob.
- Warrabhom u ħallihom jibirdu.
- Irranġa s-slices tal-Halloumi fuq il-grill jew grill pan, u idlikhom bil-kumplament tat-taħlita taż-żejt taż-żebbuġa.
- Sajjar għal madwar 3 minuti. Imbagħad poġġihom fuq platt imkebbin bil-foil biex jibqgħu sħan.
- Issa tista’ tibda tirranġa r-wraps.
- Idlek kull wrap bi tliet imgħaref hummus.
- Agħtti l-hummus bi ftit spinaċi.
- Żid kwart mit-taħlita tal-bżar u l-basal fuq kull wrap.
- Poġġi tliet slices mill-ġobon halloumi. U fl-ahhar żid sitt nofsijiet żebbuġ fuq kull wrap.
- Irrombla r-wraps u servi mill-ewwel.
Tista’ wkoll tpoġġi r-wraps taħt il-grill għal żewġ minuti jekk tippreferi li jiġu ftit iqarmċu.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net