Select Page
Mijiet ta’ nies jipprotestaw kontra l-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin

Mijiet ta’ nies jipprotestaw kontra l-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin

Aktar kmieni llum, mijiet ta’ nies inġabru l-Belt Valletta jipprotestaw partikolarment kontra l-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Covid-19.

Minn għada s-17 ta’ Jannar, iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkun obbligatorju biex wieħed jidħol f’dawn:

  • Bars u nightclubs
  • Ristoranti
  • Każini
  • Snackbars
  • Ċinema
  • Pools, spas u sawni
  • Gyms u ċentri tal-fitness
  • Bowling alleys
  • Teatri
  • Avvenimenti organizzati
  • Casinos, swali tal-logħob u swali tat-tombla

Il-protesta kienet organizzata mill-Partit Popolari bis-sehem ta’ ABBA, Freedom Movement, Libertà, European United for Freedom, Parents United u The 20%.

Id-dimostranti mxew minn quddiem il-Parlament sa Pjazza San Ġorġ.

Fost bosta kelliema kien hemm il-Kap tal-Partit Popolari Paul Salomone, li qed jitlob ir-riżenja tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.

Il-maskra mhix se tibqa’ obbligatorja għal dawk imlaqqma bil-booster u li ma jkunux aktar minn żewġ persuni

Il-maskra mhix se tibqa’ obbligatorja għal dawk imlaqqma bil-booster u li ma jkunux aktar minn żewġ persuni

Id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej, il-maskra mhix se tibqa’ obbligatorja għal dawk il-persuni li huma mlaqqma bil-booster.

Huwa qal għalkemm xorta waħda huwa rakkomandat l-użu tal-maskra, minn nhar it-Tnejn li ġej, mhux se jibqa’ obbligatorju fil-pubbliku għal dawk imlaqqma bil-booster u li ma jkunux aktar minn żewġ persuni.

Minn nhar it-Tnejn li ġej ukoll, l-istabbilimenti tal-ikel fosthom ristoranti, snackbars u każini se jkunu jistgħu jneħħu r-regola tal-metru u nofs bejn mejda u oħra. Dan għaliex dawn l-istabbilimenti se jkunu qed jilqgħu biss persuni mlaqqma kompletament.

Ħabbar ukoll li l-attivitajiet sportivi se jerġgħu jibdew isiru bl-udjenza, għal dawk biss b’ċertifikat tal-vaċċin validu.

Enable Notifications    OK No thanks