Iż-żjara tal-Papa f’Malta allegatament ġiet tiswa €4,000,000

Iż-żjara tal-Papa f’Malta allegatament ġiet tiswa €4,000,000

Iż-żjara ta’ jumejn li għamel Papa Franġisku f’Malta allegatament ġiet tiswa €4,000,000.

Dan ġie żvelat mill-portal tal-aħbarijiet The Shift, li qalu li skont xi sorsi, €3,000,000 minn din is-somma ġew imħallsa mill-istat Malti filwaqt li €1,000,000 ġie mħallas mill-Kura minn fondi tal-knisja.

B’reazzjoni għal din l-aħbar, bosta esprimew ruħhom fuq il-midja soċjali u qalu li ma jaqblux assolutament mal-fatt li ntefqu daqstant flus għal din iż-żjara.

Il-Gvern ġie kkritikat partikolarment talli skont huma, ħela l-flus tal-kontribwenti fuq iż-żjara fuq spejjeż bla bżonn, bħall-bini ta’ rampa temporanja li ġiet tiswa €50,000, fil-port ta’ Għawdex biex il-Papa jkun jista’ jżur il-gżira għal inqas minn sagħtejn permezz ta’ katamaran.

Sorsi li tkellmu ma’ The Shift qalu li parti mill-fondi użati mill-Kurja setgħu wkoll intużaw b’mod aktar għaqli, u sostnew li eluf ta’ ewro intefqu fuq it-trasferiment tal-Fiat Cinquecento tal-Papa lejn Malta minn Ruma, minflok ma akkwistaw l-istess mudell mingħand l-importaturi tal-karozzi Maltin

Skont l-istess sorsi li tkellmu ma’ The Shift qalu wkoll li n-Nunzju uża parti mill-fondi biex jirranġa l-villa tiegħu f’Tal-Virtu biex jospita lill-Papa għal-lejl.

The Shift, qalu li l-mistoqsijiet tagħhom mibgħuta lill-Kurja ma ġewx imwieġba. Minflok, kelliem għall-Arċidjoċesi qal li “kwalunkwe inkjesta dwar vetturi użati mid-delegazzjoni tas-Santa Sede, jew dwar il-mandat tan-Nunzju Appostoliku, għandha tkun diretta lin-Nunzjatura u/jew lill-uffiċċju tal-istampa tas-Santa Sede.”

Arnold Cassola jitlob investigazzjoni dwar l-ispiża tal-Malta Film Awards

Arnold Cassola jitlob investigazzjoni dwar l-ispiża tal-Malta Film Awards

Fost il-kontroversja li nqalgħet dwar is-serata tal-Malta Film Awards li saret nhar is-Sibt li għadda, il-kandidat indipendenti Arnold Cassola talab lill-awditur ġenerali biex jinvestiga l-infiq mill-Malta Film Commission fuq il-Malta Film Awards.

Huwa qal li l-baġit iddikjarat, li huwa ta’ €400,000, diġà huwa ammont fenomenali meta wieħed iqis li l-baġit annwali tal-Kummissjoni huwa ta’ €600,000.

Żied jgħid li s-somma ta’ €400,000 setgħet ukoll inqabżet, wara li l-Kummissarju tal-films, Johann Grech irrifjuta li jgħid jekk is-somma nqabżitx meta ġie mistoqsi.

Numru ta’ produtturi esprimew il-kritika tagħhom dwar l-avveniment, b’uħud minnhom iddikjaraw li saħansitra ma daħħlux ix-xogħlijiet tagħhom għal dan l-avveniment biex iwasslu messaġġ.

Anzjana ta’ 91 sena tiskonta sentenza ħabs f’dar tal-anzjani

Anzjana ta’ 91 sena tiskonta sentenza ħabs f’dar tal-anzjani

L-anzjana ta’ 91 sena li ġiet ikkundannata l-ħabs wara li nstabet ħatja li ma tatx lura ammonti ta’ flus li ġew mislufin lilha minn raġel, se tkun qed tiskonta l-piena fid-dar tal-anzjani fejn tgħix taħt għassa lejl u nhar.

L-ammont ta’ flus li kellha trodd lura laħaq l-20,590 ewro. Ir-raġel qal li kellu fiduċja għamja fiha, u li minkejja li wara li kien silifha 10,000 ewro ried jieqaf, hija baqgħet tinsisti li riedet aktar.

Hija ġiet ikkundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin u ordnata tħallas is-somma fi żmien 6 xhur.

Filmati: Bjorn għandu bżonn l-għajnuna tiegħek biex jiftaħ it-tieni dar

Filmati: Bjorn għandu bżonn l-għajnuna tiegħek biex jiftaħ it-tieni dar

Messaġġ minn Bjorn għas-segwaċi ta’ skoperta.net

Wasalna għat-tieni dar iddedikata għall-persuni b’ALS u mard newroloġiku ieħor f’6 snin. Tul dawn is-snin Bjorn, Maria u tim ta’ voluntiera dejjem raw kif jistgħu biex jorganizzaw attivitajiet biex jinġabru l-flus. Il-proġett ta’ DAR Bjorn il-ġdida li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ miexi ġmielu u jonqos l-aħħar ftit sforz biex jinġabru l-fondi ħalli nkunu nistgħu nimlew id-dar b’għamara, tgħammir elettroniku u kull tip ta’ furnishings li għandna bżonn.

Id-dar se tkun mgħammra bl-aqwa teknoloġija sabiex pazjent b’ALS ikun jista’ jgħix b’mod indipendenti kemm jista’. Din id-dar se jkollha faċilitajiet ta’ indoor pool sabiex jintuża bhala terapija kif ukoll se jkun hemm kappella biex ikun hemm funzjonijiet reliġjużi u gym biex iservi ta’ eżerċizzju għar-residenti. Din id-dar se tiffaċilita l-ħajja ta’ ħafna pazjenti b’ALS.

L-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal din id-dar se tkun nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru bl-isem ‘926 to finish’. Fejn 9 jirrapreżenta x-xahar tal-avveniment, u 26 hija d-data. L-isem jirrapreżenta s-somma ta’ kemm fadal jinġabru flus sabiex DAR Bjorn il-ġdida tkun possibbli.

Il-lista ta’ persuni li qed jistennew b’ħerqa kbira li din id-dar se tinfetaħ ma tispiċċa qatt. Il-pazjenti kollha li qed jitolbu l-għajnuna minn ALS Malta qedgħin jiġu provduti tgħammir elettroniku u servizzi ta’ kura u terapiji b’xejn. Bħalissa ALS Malta qed tgħin ‘il fuq minn 200 pazjent madwar Malta u Għawdex.

Il-proġett ta’ DAR Bjorn se jkun qed jiswa €5.5 miljuni li minnhom 85% diġa ġew miġbura, grazzi għall-maratoni li għamilna tul is-snin, attivitajiet żgħar u bejgħ ta’ prodotti minn www.maltaoutlet.com

Kull qatra tgħodd biex tinfetaħ din il-binja li se tkun id-dar ta’ pazjenti li ħaqqhom jgħixu ħajja aħjar.

Tista’ minn issa tgħin lil ALS Malta tkompli tgħin lil aktar pazjenti billi;

Iċċempel fuq
5170 2016 – Euro 15
5100 2017 – Euro 20
5180 2018 – Euro 25

Tibgħat SMS
5061 9271 – Euro 11.65
5061 8936 – Euro 6.99

Jew tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile pay fuq in-numru 79096249

Enable Notifications OK No thanks