Il-Viċi Sindku ta’ Ħ’Attard Alex Mangion appella lil Transport Malta u l-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jieħdu bis-serjetà s-sigurtà taċ-ċittadini fit-toroq.
F’kummenti li ta lil Skoperta, Alex Mangion qal li l-kunsill ilu mill-aħħar tal-2021 jagħmel pressjoni biex isiru l-ispeed cameras.
Qal li r-risposta li ħadu kull meta kellmuhom kienet li qed issir evalwazzjoni.
Huwa spjega li minħabba li m’hemmx speed cameras, qed ikun hemm sewqan b’veloċità eċċessiva fis-central link.
“Għalkemm l-ispeed cameras ma jsolvux kompletament il-problemi li r-residenti qed jiffaċċjaw, iżda huwa pass meħtieġ u importanti fid-direzzjoni t-tajba,” saħaq Alex Mangion.
Żied jgħid ukoll li biex wieħed jaqsam minn hemm, ikun qed jissogra ħajtu għaliex m’hemmx zebra crossing.
F’filmat imtella’ minn NET News, viżibilmet emozzjonat, il-Kunsillier Laburista ta’ Ħ’Attard Victor Galea esprima n-niket u l-frustrazzjoni tiegħu wara l-inċident tat-traffiku li seħħ fis-sigħat ta’ bikrin ta’ dalgħodu.
Huwa rrefera għat-triq fejn seħħ l-inċident bħala “black spot” u qal li ilhom “jiġru wara Transport Malta biex isiru speed cameras.
“Xbajna niġru wara Transport Malta biex jagħmlu l-ispeed cameras. Ara x’ġara llum. Tal-mistħija. Imisshom jistħu.”
Il-Kunsillier Laburista ta’ Ħ’Attard Victor Galea
Il-Kunsillier Laburista Victor Galea qal li l-Ħadd filgħodu din it-triq issir trakka tal-muturi u meta jkun hemm id-discos, l-ispeed jitla’ 150 u 180 matul il-lejl.
Żied jgħid li bħala Kunsill kellhom laqgħa l-kunsilliera miż-żewġ partiti mal-Ministeru u għamlu pressjoni fuq Transport Malta biex isiru l-ispeed cameras iżda għadhom ma sarux.
“Għadhom qed jagħmlu l-istudju. Dan il-lejl sar l-istudju. Tal-mistħija. Tifla bħal dik. Mhux sewwa.”
Il-Kunsillier Laburista ta’ Ħ’Attard Victor Galea
Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, Kacey Sciberras, ta’ 17-il sena, tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
Dalgħodu, l-ekonomista Clint Flores qasam l-esperjenza tiegħu u tal-preżentatur Ray Azzopardi, wara li kellhom inċident bil-karozza l-Ġimgħa li għadda.
Clint stqarr li qed jaqsam dan l-episodju biex “forsi nilħaq lil xi ħadd u jaħsibha darbtejn qabel jagħfas il-gass u jmut xi ħaddieħor.”
Huwa tenna li kemm hu kif ukoll Ray baqgħu ħajjin u ma weġġgħux b’miraklu! Permezz tar-ritratti li huwa tella’, jirrakkonta kif spiċċat il-karozza, wara daqqa enormi minn wara, f’niżla , li tefgħethom madwar mitt metru ‘l bogħod.
Huwa jagħlaq billi jappella “moħħkom hemm u suqu bil-mod. Ibżgħu għal saħħitkom u ta’ ħaddieħor. Hemm bżonn ta’ speed cameras f’ċerti żoni.”
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.