Select Page
“Qed nara raġġ ta’ dawl fit-tarf ta’ mina twila u mudlama” – Robert Arrigo

“Qed nara raġġ ta’ dawl fit-tarf ta’ mina twila u mudlama” – Robert Arrigo

Aktar kmieni llum, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, l-eks viċi kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li għadu kemm intbagħat lura d-dar wara r-raba’ sessjoni ta’ kimoterapija.

Huwa faħħar lill-istaff mediku tal-onkoloġija għad-dedikazzjoni.

Robert Arrigo qal li fadallu 8 sessjonijiet oħra iżda qed jara raġġ ta’ dawl fit-tarf ta’ mina twila u mudlama.

Issuġerixxa wkoll li Malta tagħmel ftehim ma’ sptarijiet fir-Renju Unit jew l-Istati Uniti sabiex ikun jista’ jinxtara tagħmir mediku aktar ġdid.

Huwa kkonkluda l-post tiegħu billi qal li “l-ħajja sabiħa u ma napprezzawhiex biżżejjed.”

Fl-aħħar nett irringrazzja lil kull min għamel kuntatt miegħu.

Direttur tal-WHO fil-Paċifiku tal-Punent akkużat b’razziżmu u abbuż

Direttur tal-WHO fil-Paċifiku tal-Punent akkużat b’razziżmu u abbuż

Impjegati attwali u preċedenti qed jakkużaw lid-direttur ewlieni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-Paċifiku tal-Punent b’imġiba razzista, mhux etika u abbużiva li ddgħajjef l-isforzi tal-aġenzija tas-saħħa tan-NU biex trażżan il-pandemija tal-Covid-19.

L-allegazzjonijiet ġew ippreżentati f’ilment ippreżentat f’Ottubru u għal darb’oħra f’imejl il-ġimgħa li għaddiet, mibgħuta minn impjegati mhux identifikati lit-tmexxija u lill-bord eżekuttiv.

Fl-imejl intqal li l-allegazzjonijiet qed jiġu ppreżentati f’isem 30 impjegat u jirriflettu l-esperjenzi ta’ aktar minn 50 persuna.

L-ilment intern u l-imejl jiddeskrivu atmosfera tossika b’kultura ta’ bullying sistemiku u ridikolazzjoni pubblika fil-kwartieri ġenerali tal-WHO fil-Paċifiku tal-Punent f’Manila, immexxija minn Dr Takeshi Kesai, direttur ta’ reġjun vast li jinkludi ċ-Ċina u pajjiżu, il-Ġapan.

11-il impjegat tal-WHO li ħadmu għal Kasai qalu li spiss juża’ lingwaġġ razzista u jagħmel rimarki dispreġġjattivi.

Kasai qed jiġi wkoll akkużat li qasam informazzjoni potenzjalment sensittiva dwar il-vaċċin mal-Ġappun, wieħed minn 37 pajjiż fir-reġjun li jmexxi.

Huwa ċaħad l-allegazzjonijiet kollha u qal li malli sar jaf, mill-ewwel ħa passi biex jikkomunika mal-istaff kollu tiegħu.

Qal ukoll li impenjat li jagħmel bidliet li jiżguraw ambjent tax-xogħol pożittiv għall-istaff kollu tal-WHO fir-reġjun.

Madanakollu, minn midja internazzjonali qed jingħad li messaġġ intern tal-WHO juri li f’laqgħa l-ġimgħa li għaddiet, Kasai ordna lid-diretturi kollha tiegħu u r-rappreżentanti tal-pajjiż biex jiċħdu l-akkużi li saru fil-konfront tiegħu u jagħtuh appoġġ totali.

Pressjoni fuq Boris Johnson biex jirriżenja wara rapporti dwar parties li saru lejlet il-funeral tal-Prinċep Philip

Pressjoni fuq Boris Johnson biex jirriżenja wara rapporti dwar parties li saru lejlet il-funeral tal-Prinċep Philip

Tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru tal-Ingilterra Boris Johnson biex jirriżenja wara li rapporti żvelaw li saru żewġ staff parties f’10 Downing Street, l-uffiċċju tal-Prim Ministru lejlet il-funeral tal-Prinċep Philip.

Fir-rapporti ġie żvelat li f’dawn il-parties kien hemm nies jixorbu u jiżfnu, u saħansitra xi ħadd minnhom mar jixtri b’bagalja biex jimliha bil-fliexken tal-inbid. Dan kollu seħħ meta l-pajjiż kien f’perjodu ta’ luttu nazzjonali u qabel ma r-Reġina kellha toqgħod bilqiegħda waħedha fil-funeral ta’ żewġha minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Dawn ir-rapporti ma ġewx miċħuda, tant li l-uffiċċju tal-Prim Ministru talab skuża lir-Reġina.

Ġie rrappurtat li ż-żewġ parties saru fis-16 t’April tal-2021 u baqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Il-kelliem tal-Prim Ministru qal li huwa ta’ dispjaċir kbir li dan seħħ fi żmien ta’ luttu nazzjonali.

Skont rapporti, Boris Johnson ma kienx preżenti fl-ebda party iżda qed jiffaċċja mistoqsijiet dwar allegat ksur tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19 f’10 Downing Street.

Dan għaliex dak iż-żmien, il-pajjiż kien taħt restrizzjonijiet stretti tal-Covid-19 li jipprojbixxu s-soċjalizzazzjoni ma’ persuni li ma jgħixux fl-istess dar.

Dawn ir-rapporti ħarġu wara oħrajn li żvelaw li l-Prim Ministru Boris Johnson attenda party fil-ġnien ta’ Downing Street waqt l-ewwel lockdown tal-Covid-19. Lanqas dawn ma ġew miċħuda għaliex Boris ammetta u skuża ruħu talli attenda, minkejja li żied jgħid li l-party kien organizzat skont il-protokolli.

Diversi membri parlamentari konservattivi u mill-partit Laburista qed jinsistu għar-riżenja ta’ Boris Johnson.

Iżrael se jibda jagħti t-tieni doża tal-booster lil persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena

Iżrael se jibda jagħti t-tieni doża tal-booster lil persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena

L-Iżrael se jibda joffri r-raba’ doża tal-vaċċin tal-Covid-19 lil persuni li għandhom 60 sena jew aktar, u jsir l-ewwel pajjiż fid-dinja li jagħti t-tieni doża tal-booster b’mod wiesa’ biex jiġġieled il-varjant Omicron.

Ir-raba’ doża se tkun disponibbli wkoll għall-istaff mediku li ħa l-aħħar tilqima tiegħu mill-inqas erba’ xhur ilu, qal il-Prim Ministru Naftali Bennett f’konferenza stampa nhar il-Ħadd.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Iżrael approva t-tieni doża tal-booster għal persuni vulnerabbli, kif ukoll residenti ta’ djar tal-anzjani u pazjenti fis-swali ġerjatriki.

L-iskejjel u childcare centres jiftħu fiżikament mill-10 ta’ Jannar

L-iskejjel u childcare centres jiftħu fiżikament mill-10 ta’ Jannar

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima ħabbar li l-iskejjel u ċ-ċentri ta’ childcare se jinfetħu mill-10 ta’ Jannar.

Madanakollu, il-Ministru qal li qabel din id-data, l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi se jibdew it-tieni term skolastiku b’mod onlajn fid-data rispettiva tagħhom.

Intqal ukoll li s-sitwazzjoni fl-iskejjel u fil-klassijiet se tibqa’ tiġi evalwata minn jum għal ieħor skont il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Min-naħa l-oħra, l-università se tiftaħ il-bibien tagħha b’mod normali għas-sessjonijiet tat-tagħlim prattiku fit-3 ta’ Jannar. Mill-10 ta’ Jannar, it-tagħlim se jkun b’mod fiżiku jew onlajn skont id-diskrezzjoni tal-fakultajiet rispettivi.

L-eżamijiet fl-Unversità huma ppjanati li jsiru kif diġà stabbilit. Fil-każ ta’ studenti li jinqabdu b’każ mediku relatat mal-Covid, dawn se jingħataw l-opportunità li jiġu assessjati f’temp ta’ ftit ġimgħat wara minflok f’Settembru.

Fi stqarrija, l-MUT qalet li fis-sitwazzjoni attwali għadha ssostni li se tkun diffiċli li l-iskejjel joperaw fl-ewwel ġimgħat tas-sena. Qalet ukoll li l-ftehim milħuq hu kompromess u fl-ewwel jiem, meta t-tagħlim isir onlajn, it-tmexxija ta’ kull skola se tara s-sitwazzjoni dwar staff fi kwarantina jew leave ta’ mard. Żiedet tgħid li meta t-tmexxija ta’ skola jidhrilha li skola, klassi jew grupp ma jistgħux jattendu minħabba nuqqas ta’ staff, l-istudenti jintalbu jibqgħu d-dar.

Enable Notifications OK No thanks