Select Page
April – X’nafu dwar dan ix-xahar?

April – X’nafu dwar dan ix-xahar?

Ix-xahar t’April huwa magħruf l-aktar għat-temp sabiħ tar-rebbiegħa, il-bidu ta’ temp aktar sħun, u wkoll ix-xahar li fih tiġi ċċelebrata l-festa tal-Għid.

Iddeċidejna li niskopru ftit dwar l-oriġini ta’ dan ix-xahar sabiħ tar-rebbiegħa u anki xi fatti interessanti mhux daqstant magħrufa.

Kont taf li….

Minkejja li huwa r-raba’ xahar tas-sena, dan huwa biss bil-kalendarju Gregorjan li aħna nimxu miegħu issa. Preċedentament kien il-ħames xahar fil-kalendarju Ġiljan preċedenti.

April ukoll kellu biss 29 jum, iżda t-30 jum ġie miżjud meta Ġulju Ċesari stabbilixxa l-kalendarju Ġiljan.

Fl-Emisferu tan-Nofsinhar, April huwa l-ekwivalenti staġjonali għal Ottubru.

Ħadd mhu ċert minn fejn ġie l-isem ta’ dan ix-xahar, imma nafu li r-Rumani kienu semmewh Aprillis.

L-etimoloġija wara l-kelma “April” ġejja mill-verb “aperire”, li jfisser “tiftaħ.” Huwa komunement maħsub li l-kelma tirreferi għall-istaġun li s-siġar u l-fjuri jibdew “jinfetħu” jew jiffjorixxu.

Dawk li twieldu f’April għandhom djamant bħala l-birthstone tagħhom, li jirrappreżenta l-innoċenza.

Hemm ftit nies magħrufa u storiċi mwielda f’April, bħal Leonardo da Vinci, Shakespeare u r-Reġina Eliżabetta II.

Mhux biss persuni storiċi u maħbuba twieldu f’dan ix-xahar, għaliex proprju fl-20 t’April tal-1889 twieled ukoll Adolf Hitler!

Fil-15 t’April tal-1912, seħħet il-ġrajja tal-famuż vapur Titanic.

George Washington ġie inawgurat bħala l-Ewwel President tal-Istati Uniti fit-30 t’April, 1789.

Lura fiż-żmien ir-Rumani tal-qedem, April kien sagru għall-alla Venere.

Naturalment, waħda mid-dati l-aktar magħrufa t’April hija April Fools’ Day fl-1 tax-xahar. Ħadd mhu ċert minn fejn oriġinat, iżda xi wħud jemmnu li hija ospitata mill-istorja ta’ Geoffrey Chaucer f’Canterbury Tales imsejħa bħala Nun’s Priest’s Tale.

Wara waqfa ta’ 1,500 sena, l-ewwel Olimpjadi tal-era modern seħħew fis-6 t’April, 1896, f’Ateni.

L-isplużjoni tal-impjant nukleari ta’ Chernobyl fl-Ukrajna seħħet fis-26 t’April, 1986, li ġiegħlet lil kulħadd jiġi evakwat f’raġġ ta’ 300 mil.

L-annimali ż-żgħar li jibernaw għax-xitwa fl-Emisferu tat-Tramuntana normalment jibdew joħorġu mill-moħba tagħhom f’April.

April huwa wkoll ix-xahar li l-għasafar jemigraw lejn it-Tramuntana u jippreparaw għas-sajf biex ibejtu.

Għad-dilettanti kollha tal-karozzi, il-Ford ħarġet l-ewwel Mustang tagħhom fis-17 t’April tal-1964 u swiet 2,368 dollaru.

L-ewwel battalja tal-Gwerra Rivoluzzjonarja, Lexington, u Concord faqqgħet fid-19 t’April tal-1775.

Timmaġina lil Rob Lowe fil-parti ta’ McDreamy f’Grey’s Anatomy?

Timmaġina lil Rob Lowe fil-parti ta’ McDreamy f’Grey’s Anatomy?

F’intervista li kellu reċentement, l-attur ta’ 56 sena Rob Lowe jiżvela li ma jiddispjaċih xejn li rrifjuta li jinterpreta l-karattru ta’ Dr Derek Sheperd, magħruf bhala McDreamy, fis-sensiela Grey’s Anatomy.

Il-karattru ta’ McDreamy ġie interpretat mill-attur Patrick Dempsey. Karattru li dam għaddej mill-2005 sal-2015, u reċentement b’sorpriża għas-segwaċi tas-sensiela Grey’s Anatomy, reġa’ għamel dan il-karattru waqt il-premiere tas-17-il staġun, f’Novembru li għadda waqt waħda mill-ħolm ta’ Meredith Grey (Ellen Pompeo) waqt li kienet qed tiġġieled il-battalja kiefra tal-Covid-19.

L-attur Rob Lowe qal li kieku għamel dik il-parti hu ma kinitx tkun interessanti u tagħmel daqstant suċċess daqskemm kienet interpretata minn Patrick Dempsey. “Kieku kont jien, il-fans ma kinux isejħuli ‘McDreamy’, kienu jsejħuli Rob Lowe”, qal Lowe.

Minbarra l-ħsieb li Dempsey kien aktar adattat għall-parti, Lowe qal li jinsab grat li ħa dik id-deċiżjoni anki minħabba opportunitajiet oħra li aktar tard kellu u li seta’ jikkommetti ruħu għalihom, fosthom is-sensiela komika Parks and Recreation, li kienet tant importanti għall-karriera tiegħu.

“Tkun xi tkun id-deċiżjoni li tasal għaliha, jekk tasal għaliha minn intenzjonijiet tajba, qatt mhi ħażina” qal Lowe.

Bħalissa Rob Lowe qed jinterpreta l-karattru ta’ Owen Strand fis-sensiela 9-1-1: Lonestar, li hija spin-off tas-sensiela 9-1-1.

Il-pjanta Ficus Lyrata – Roxanne Gauci Taliana

Il-pjanta Ficus Lyrata – Roxanne Gauci Taliana

Il-Ficus Lyrata komunement magħrufa bħala Fiddle Leaf Ficus iġġib firxa ta’ benefiċċji għas-saħħa. Wieħed mill-benefiċċji hu li l-weraq wiegħsa tagħha jgħinu fil-purifikazzjoni tal-arja.

Kif tista’ tieħu ħsieb il-pjanta Fiddle Leaf Ficus?

Forsi ġieli smajt li din hija pjanta diffiċli biex tieħu ħsiebha, imma hija idea ħażina li ħafna għandhom għaliex jekk issegwi passi importanti jirnexxilek tieħu ħsiebha kif suppost.

Importanti li din il-pjanta jkollha dawl qawwi u ffiltrat għaliex inkella tiddeterjora malajr f’dawl baxx.

Żomm il-ħamrija niedja dejjem. Issaqqihiex iżżejjed jew tħalli l-pjanta wisq fl-ilma, imma saqqiha skont kemm tkun teħtieġ il-pjanta.

Uża fertilizzant kull 15-il jum b’likwidu tal-weak green plant matul l-istaġun tat-tkabbir.

Ibdel il-kompost u poġġiha f’pot akbar kull sena. Din il-pjanta naturalment tikber mhux ħażin, u għalhekk jeħtieġ kemm l-għoli kif ukoll spazju għall-estensjoni tal-għeruq.

Huwa importanti li wieħed ikun jaf li din il-pjanta sfortunatament hija tossika għall-klieb u l-qtates jekk tiġi inġerita, u tikkawża irritazzjoni fil-ħalq, tħammil eċċessiv, u rimettar.

Ħafna nies jinnutaw li jitfaċċaw tikek kannella fuq il-weraq jew twaqqa’ l-weraq tagħha. It-tnejn huma naturali u huma parti mill-proċess naturali tat-tkabbir tal-pjanta sakemm ma jkunx b’mod esaġerat. Weraq kannella u twaqqigħ ta’ weraq jista’ jseħħ ukoll minħabba l-kundizzjoni tal-arja u nuqqas ta’ umdità fid-dar tiegħek. Jekk tpoġġi umidifikatur viċin il-pjanta (importanti li dan ma jsirx direttament fuq il-weraq) jgħin fl-umdità.

Darba fix-xahar, kun żgur li ssaqqi sewwa l-pjanta biex telimina xi melħ, tossini, jew impuritajiet li jitrabbew fil-ħamrija. Il-Ficus Lyrata hija sensittiva għall-kimiċi u allura f’każ ta’ dud, uża l-pestiċida l-inqas qawwija kimikament.

Enable Notifications    OK No thanks