Select Page
“Il-legat tiegħek se jibqa’ b’saħħtu anki meta ma tibqax preżenti”

“Il-legat tiegħek se jibqa’ b’saħħtu anki meta ma tibqax preżenti”

Illum huwa jum speċjali fil-ħajja tal-preżentatriċi u kantanta Stephanie Chircop, għaliex in-nanna tagħha Carmen għalqet l-età sabiħa ta’ 94 sena.

Stephanie kemm-il darba titkellem dwar l-imħabba li dejjem irċeviet mingħand waħda mill-persuni tant importanti f’ħajjitha, in-nanna Carmen. Fil-fatt, hija tiddeskriviha bħala “xempju tal-imħabba.”

Ma setax jonqos li tesprimi dan kollu f’dan il-jum speċjali wkoll.

Kollox minnek beda nann. Valuri u prinċipji tajtna bil-bosta. L-imħabba u l- għożża jinħassu u l-legat tiegħek ser jibqa’ b’saħħtu anki meta ma tibqax preżenti. Kemm inħossni xxurtjata, li mingħajr ma ġejt mogħtija l-ghażla tal-ġenituri u l-qraba, inzertajt parti mill-familja tieghek. Awguri nann. 94 sena. Grazzi lil Mulej li għadna ngawduk. Il-Mulej ibierkek. Inħobbok xxxx

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw l-isbaħ xewqat lin-nanna Carmen!

“Għal darba, darbtejn fittixt li nneħħi ħajti imma żammejt soda. Mort għat-terapija u ma nistħix ngħid” – Stephanie Chircop

“Għal darba, darbtejn fittixt li nneħħi ħajti imma żammejt soda. Mort għat-terapija u ma nistħix ngħid” – Stephanie Chircop

Ċertament Stephanie Chircop hija personalità magħrufa sew, għaliex ilha ħafna snin fil-qasam tax-xandir. Preżentament hija preżentatriċi kemm tat-televiżjoni kif ukoll tar-radju.

Minbarra diversi rwoli li għandha f’ħajjitha, inkluż dak ta’ omm, kif ukoll f’oqsma oħra, forsi ftit huma dawk li jafu li Stephanie hija wkoll kantanta.

Kull min isegwi lil Stephanie jista’ jinnota l-personalità enerġetika, mimlija ħajja u ferriħija tagħha, mhux biss għaliex il-professjonalità, partikolarment f’xogħol bħal dan, titlob li jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, tagħmel l-almu kollu biex tagħti servizz lin-nies bl-aħjar verżjoni tiegħek, iżda għaliex dak huwa l-karattru reali ta’ Stephanie.

Minħabba dan, huma ħafna li ma jirrealizzawx jew iħallu d-dehra taljenahom, li wara dik id-daħka unika ta’ Stephanie, hemm persuna umana li bħal kull persuna f’wiċċ id-dinja, kuljum tikkumbatti ma’ dak kollu li toffri l-ħajja.

Bħal ta’ kulħadd, il-ħajja ta’ Stephanie, mhijiex u qatt ma kienet faċli. Huma ftit nies li jafu l-isfidi li kellha tegħleb fil-passat, u li wara kollox għadha qed tegħleb illum. Il-karattru sod tagħha li bosta jammiraw huwa riżultat ta’ dak kollu li għaddiet minnu, riżultat tar-reżiljenza tagħha minkejja kollox.

F’kummenti li tat lil The People of Malta, Stephanie stqarret li kien hemm drabi li fittxet li tneħħi ħajjitha b’idejha.

“Għal darba darbtejn fittixt li nneħħi ħajti imma żammejt soda. Kien hemm żmien fejn ħajti kelli nerġa’ nibdiha mill-ġdid. Mort għat-terapija u ma nistħix ngħid. Hawn xi ħadd minnkom li m’għandux problemi? In-nies ħafna drabi jarawk tidħak u bi tbissima, b’mod partikolari fid-dinja tal-ispettaklu, imma xi jkun hemm moħbi wara dik it-tbissima, ma jkunux jafu. Dak li għaddejt minnu meta kont żgħira ma nixtieqx li jgħaddu minnu l-familjari tiegħi. Kelli nieħu deċiżjonijiet diffiċli għall-ġid ta’ min inħobb.”

Stephanie Chircop

Stephanie qalet li l-feriti jibqgħu hemm. Għalkemm żeta tmisshom ma juġgħukx, xorta jkunu hemm u jfakkruk fejn kont u fejn wasalt illum għall-persuna aktar b’saħħitha.

“Illum ngħid li ħajti hija mimlija u kkulurita. Sirt l-aħjar tiegħi nnifsi. Il-ħajja tevolvi, m’għadnix l-istess persuna…

Posted by The People of Malta on Sunday, June 5, 2022

Kull min jaf lil Stephanie mill-viċin, jaf li minn kull sitwazzjoni diffiċli li tgħaddi minnha, tipprova toħroġ il-pożittiv minnha, dejjem.

Huwa dak li se tagħmel b’din l-idea eċċezzjonali li ħarġet biha, dik li permezz ta’ djalogu mal-udjenza u l-passjoni tal-mużika tagħha, se tkun qed tirrakkonta l-istorja ta’ ħajjitha bl-għan li twassal messaġġ ta’ tama.

Fil-kunċert The Story Of My Life, Converting Scars Into Music, li se jsir fit-teatru ta’ Sant’Agata, ir-Rabat, fis-6, 7 u 8 ta’ Ġunju, se tkun qed tiftaħ b’kanzunetta li għandha tifsira speċjali għaliha u mbagħad tibda r-rakkont tal-istorja ta’ ħajjitha minn meta kienet żgħira sal-lum.

Bejn rakkont u ieħor bil-mużika fl-isfond tal-band li se tkun qed takkumpanja, se tkun qed tkanta kanzunetta hi stess, b’tema li tkun relatata ma’ dak li tkun qed tirrakkonta dak il-ħin.

Żewġ kantanti oħra se jkunu qed jakkumpanjaw lil Stephanie f’żewġ kanzunetti marbuta ma’ ħajjitha.

Il-kanzunetti huma kollha cover versions popolari ħafna u l-istil ivarja minn jazz, rock, ballads, pop u aktar.

Mill-21 kanzunetta li se tkanta, Stephanie se tkun qed tiddedika wħud minnhom għal dawk il-persuni li għamlu differenza fil-ħajja tagħha, dawk li hija tqishom bħala “anġli li ġew mis-sema”, dawk in-nies li, minbarra l-familja tagħha, salvawha waqt li kienet qed tegħreq.

Il-band li se takkumpanja lil Stephanie se tkun magħmula mill-mużiċisti David Sammut, Christian Borg, Ryan Peter Portelli, Anthony Saliba aka l-Fesu u Karl Galea.

Stephanie qed taspira li kull min se jattendi l-kunċert jagħraf li minkejja l-problemi u l-isfidi li wieħed jista’ jkun għaddej minnhom, dejjem hemm tama biex tikber f’persuna aħjar u aktar b’saħħitha, u fuq kollox, li tgħix il-ħajja li tixtieq.

“Neħħejtulna d-dritt għal-libertà! Se ġġibuna priġunieri ġo djarna stess!” – Stephanie Chircop

“Neħħejtulna d-dritt għal-libertà! Se ġġibuna priġunieri ġo djarna stess!” – Stephanie Chircop

Permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, il-preżentatriċi u kantanta Stephanie Chircop, esprimiet il-ħsibijiet u t-tħassib tagħha dwar is-sitwazzjoni preżenti relatata mal-pandemija tal-Covid-19 f’Malta.

Fil-post tagħha, Stephanie staqsiet għaliex l-awtoritajiet spiċċaw jiġġieldu u jippersistu man-nies biex jieħdu t-tilqima, u staqsiet għaliex, fi kliemha, bl-istess argument, ma jiġux projbiti s-sigaretti li jagħmlu ħsara biss.

Hija sostniet li dan kollu qed isir minħabba l-flus. “Spiċċajna ngħixu ġo dinja fejn qed noqtlu lil xulxin minħabba l-flus.”

Stephanie ikkritikat b’mod qawwi ċerti deċiżjonijiet li qiegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet. Qalet li l-poplu qed jaċċetta li jitnaqqru d-drittijiet tal-bniedem.

Filwaqt li semmiet il-pjan li qed jissemma biex persuni fi kwarantina jkunu jistgħu jivvutaw, hija staqsiet għaliex allura persuni li jkunu pożittivi għall-Covid ma jitħallewx iduru bil-karozza.

Saħqet li qed jittieħdu d-drittijiet għal-libertà, tal-għażla u tal-moviment u li dan kollu qed isir skapitu tal-vulnerabbli u l-innoċenti.

“Se ġġibuna priġunieri ġo djarna stess! Nies, qumu minn hemm! Iktar qed jimirdu nies b’mard mentali milli bil-Covid! Però aħna għandna s-setgħa li nbiddlu dan kollu! Flimkien niġbdu ħabel wieħed!”

Stqarret li s-soltu qatt ma tikkumenta b’dan il-mod u li dejjem iġġib rispett lil kulħadd iżda ma tiflaħx issofri aktar inġustizzji u tkun xhud ta’ inġustizzji li qed isiru.

Stephanie ħeġġet lin-nies biex iqumu u jitkellmu, u jagħmlu xi ħaġa dwar dan kollu li qed jiġri.

Talbet ukoll lill-awtoritajiet kollha kkonċernati biex ma jħallux lill-pajjiżna jegħreq.

“Intom min intom, aħsbu f’uliedkom u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin! Jien ma nibża’ minn ħadd! Minn Alla biss nibża’! Imma uliedi bla vuċi u min hu vulnerabbli wkoll! Aħsbu b’imħabba, empatija u tolleranza u agħmlu l-għażliet ġusti.”

Filmat: “Ejjew naqsmu l-pożittiv ma’ xulxin u mhux nitgħajru” – Stephanie Chircop

Filmat: “Ejjew naqsmu l-pożittiv ma’ xulxin u mhux nitgħajru” – Stephanie Chircop

Ilbieraħ fuq il-midja soċjali ttella filmat li fih, telespettatriċi li ċemplet waqt il-programm Bejnietna, ippreżentat minn Stephanie Chircop u Dulcima Aquilina, tinstema’ tgħid “L-ewwelnett prosit tal-programm, u t-tieni, intom qegħdin hemm biex tagħmlu l-programm jew biex turu sidirkom?“.

Dan il-filmat qajjem bosta reazzjonijiet u kummenti, uħud ikkummentaw kontra t-telespettatriċi u favur Stephanie filwaqt li oħrajn ikkummentaw simili ta’ dak li qalet it-telespettatriċi.

Aktar kmieni llum, permezz ta’ filmat, Stephanie qasmet ir-reazzjoni tagħha dwar it-telefonata kif ukoll dwar ċerti reazzjonijiet u kummenti li nkitbu.

Stephanie qalet li ma ħaditx il-kumment ta’ din it-telespettatriċi personali u li taħfer l-azzjoni tagħha għaliex kulħadd jista’ jiżbalja.

Hija qalet li l-aktar ħaġa li weġġgħet lilha huwa t-tgħajjir u l-ġlied li kien hemm b’reazzjoni għal dan il-filmat, saħansitra kien hemm ukoll min daħħal il-politika.

“Ma jiddispjaċinix li kelli dik il-libsa, nirrispetta l-opinjoni ta’ din il-mara imma jien xorta nibqa’ nagħmel dak li nħoss li hu tajjeb. Min ma jridx isegwini, ma jsegwinix”.

Programm ġdid fuq Net TV ma’ Danusan u Stephanie Chircop

Programm ġdid fuq Net TV ma’ Danusan u Stephanie Chircop

Kull persuna kuljum tarmi medja ta’ 2.5kg, ġieli iktar. Ħafna minn dan l-imbarazz lanqas biss nagħtuh iċ-ċans li jiġi utilizzat mod ieħor.

Imbarazzanti huwa proġett televiżiv u onlajn bil-għan li min isegwih jinduna kemm materjal qed jiġi mormi. Sabiex dan il-messaġġ jasal bl-aħjar mod, tliet personalitajiet – Daniel Chircop, Stephanie Chircop u Sander Agius se jkunu qed jikkompetu kontra xulxin f’kompetizzjoni mifruxa fuq 26 episodju, b’4 sfidi kull programm fejn b’xi mod ikollhom kuntatt ma’ dawn il-materjali li jvajraw minn skart, għal ħmieġ, terrapin, materjal organiku, fuq l-art u taħt il-baħar, fis-sajf u fix-xitwa.


F’kull programm l-1521, robot li għalkemm żgħir fid-daqs, huwa kbir u perikoluż f’dak li jġiegħel lill-parteċipanti jagħmlu. Kull episodju huwa storja għalih, se naraw lit-tlieta li huma jagħmlu sfidi fejn se jitħammġu u jiżżelġu kontra l-elementi sa ma wieħed jitlef u jibla’ l-kastig.


Kull programm għandu wkoll l-aspett informattiv li juri x’qed isir, sabiex l-iskart u l-imbarazz ma jibqax jakkumula u jikkrea problemi ambjentali u fil-klima tagħna.

Imbarazzanti se jibda jixxandar mit-30 ta’ Settembru, kull nhar ta’ Ħamis fit-20:00.

Enable Notifications OK No thanks