“Wennisni tagħlaq il-kapitlu tiegħi fuq il-midja…il-kompetizzjoni mhix għalija” – Franklin Calleja

“Wennisni tagħlaq il-kapitlu tiegħi fuq il-midja…il-kompetizzjoni mhix għalija” – Franklin Calleja

Wara li ntemmet it-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika, Franklin Calleja ħabbar fuq il-midja soċjali li l-kanzunetta Wennisni se tagħlaq il-kapitlu tiegħu fuq il-midja u qal li mil-lum ‘il quddiem se jħares lejn materjal ġdid mingħajr kompetizzjoni.

Franklin qal li jinsab kuntent li kien hemm min apprezza dak li għamel u l-abilità tal-vuċi. Huwa rringrazzja lil dawk li emmnu fih matul id-9 snin tal-karriera tiegħu u s-sapport tawh. Qal ukoll li l-mużika sabiħa u tgħaqqadna u għalhekk xorta se jibqa’ għaddej b’dak li jħobb mingħajr kompetizzjoni.

Huwa qal li l-festival Mużika Mużika kien festival prestiġjuż u ta’ skala għolja sostna li kien onorat li s-sehem tiegħu għall-aħħar darba kien f’festival bħal dan.

“Nawgura minn qalbi lil Kurt tar-rebħa, b’kanzunetta sabiħa immens”

Franklin Calleja

Franklin qal li se jimmisja l-kompetizzjoni iżda jemmen li l-kompetizzjoni mhix għalih. Żied jgħid li hu jemmen li m’għandux bżonn jiġi aktar iġġudikat fuq don li għandu minn opinjoni ta’ grupp ta’ nies.

Kompla jgħid li l-vuċi hija strument importanti ħafna għalih u se jibqa’ jaħdem għal karriera aħjar għax jixraqlu.

Fl-aħħarnett, huwa rringrazzja lil Emil Calleja Bayliss kif ukoll lil Cyprian Cassar li ħolqu l-kanzunetta Wennisni.

L-irġiel jaħsbu dwar is-sess il-ħin kollu – Teorija vera jew żbaljata?

L-irġiel jaħsbu dwar is-sess il-ħin kollu – Teorija vera jew żbaljata?

Is-sess huwa parti importanti fil-ħajja adulta għaliex jgħinna niffunzjonaw b’mod aħjar u jgħinna ngħixu b‘inqas stress. Hemm ċertu twemmin li l-irġiel għandhom one track mind, li għalihom m‘hemm xejn aktar importanti mis-sess. F‘dan l-artiklu se niskopru jekk din it-teorija hijiex vera jew le.

F’Ohio fl-Amerika, ir-riċerkatriċi Terri Fisher flimkien mat-tim tagħha wettqu riċerka fuq 283 student bejn l-etajiet ta‘ 18 u 25. Dan sar permezz ta‘ clickers li ġew mogħtija lill- 283 studenti irġiel u nisa f‘kulleġġ. Clickers huma strumenti li meta jkun hemm ħsieb dwar is-sess, l-ikel jew l-irqad jagħfsu din il-buttuna ta‘ fuq il-clicker.

Permezz ta‘ dan l-istrument, saru jafu li l-irġiel jkollhom 19-il ħsieb dwar is-sess matul il-ġurnata, filwaqt li n-nisa jkollhom 10 ħsibijiet dwar is-sess matul il-ġurnata. Minkejja li l-irġiel kellhom aktar ħsibijiet dwar is-sess min-nisa, (l-ammont huwa kważi d-doppju), tajjeb li nżommu f’moħħna li dawn l-irġiel huma żgħażagħ ta‘ bejn 18 u 25-il sena.

F’din ir-riċerka staqsew lin-nies biex jagħtu kas kemm-il darba jaħsbu dwar l-ikel, l-irqad u s-sess. Madankollu kellhom bżonn jieħdu nota ta‘ dan permess tal-użu ta‘ tally charts. Huma kellhom bżonn jagħmlu dan għal kuljum matul dik il-ġimgħa. Huma staqsewhom ukoll biex jaħsbu dwar kemm-il darba s-sess, l-ikel u l-irqad ikun f’ħsibijiethom individwalment. Ħadu nota dwar l-attitudnijiet ta‘ dawn in-nies rigward is-sess, l-ikel u l-irqad.

Dan għamluh sabiex r-riċerka tkun varjata, huma ma ridux juru lill-partiċipanti li r-riċerka hija dwar is-sess ħalli ma jkollhomx informazzjoni biased. Skont ir-riċerkaturiċi Terri Fisher, l-irwoli sesswali jiġu aktar influwenzati mill-ħsibijiet u n-normi soċjali, aktar mill-fatt jekk tkunx mara jew raġel. Minkejja li din ir-riċerka turi li r-raġel tipiku jaħseb dwar sess aktar mill-mara tipika, ir-raġel jaħseb iktar dwar l-irqad u l-ikel ukoll.

Studju ieħor li sar minn Joni L Meenagh mill-università RMIT fl-Awstralja, jgħid li l-ideat tagħna dwar l-irwoli li issoltu nassoċjaw ma’ mara u raġel jinfluwenzaw l-ideat ta‘ ħafna minna fuq is-sex drive tal-irġiel. Dan l-istudju sar dwar koppji eterosesswali f’relazzjoni serja bejn l-etajiet ta‘ 18 u 23. L-irġiel kellhom jirrifjutaw is-sess minghand il-partner taghhom, u waqt li tkellmu fuq dan f’intervista qalu li meta irrifjutaw is-sess mhux dejjem kienu rrispettati.

Dan l-istudju jitkellem dwar kif l-interazzjonijiet soċjali bejn r-raġel u l-mara huma l-prodotti ta x’naħsbu fuq il-maskulinità u s-sexual drive li niġu mgħallma minn età żgħira. Dan l-istudju juri kif mhux dejjem il-każ li l-irġiel ikollhom is sess fuq moħħhom u meta jirrifjutaw is-sess il-partners tagħhom ikunu iddiżappuntati għaliex qatt ma jaħsbu li l-irġiel ikunu se jgħidu le fejn jidħol is sess.

Spiss li l-irġiel jiġu iġġudikati meta tidħol is-sex drive, imma skont dawn iż-żewġ studji naraw li avolja l-irġiel jaħsbu dwar is-sess aktar min-nisa, huma jaħsbu dwar l-ikel u l-irqad aktar min-nisa wkoll. B‘hekk kif l-irġiel huma impinġijin huwa kollu riżultat li ġej mis-soċjetà u minn informazzjoni falza.

Enable Notifications OK No thanks