Wara li lbieraħ, smajna l-21 semifinalista tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika, ippreżentat minn Keith Demicoli, Clare Agius u Moira Delia flimkien ma’ Gianni Zammit u Taryn Mamo Cefai, illejla se nkunu qed ingawdu spettaklu ieħor.
Illejla se tkun serata partikolari għaliex fiha se nkunu qed nisimgħu kanzunetti klassiċi li ċertament se jqanqlu nostalġija.
Imma mhux biss!
Illejla se nkunu nafu wkoll min se jgħaddi għas-serata finali t’għada!
Erġa’ segwi l-prestazzjonijiet kollha tas-semifinali tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika:
Hawn min jgħid li r-rabja hija kurazza li tipproteġina mill-għemil ħażin ta’ ħaddieħor. Hawn min isostni li r-rabja hija velenu li jħassarlek saħħtek.
Dan forsi minnu, u forsi le; li hu żgur hu li wara r-rabja dejjem ikun hemm moħbija emozzjonijiet oħra. Inti forsi taħseb li qed tirrabja ma’ xi ħadd, imma dak il-ħin ma tkunx qed tqis is-sentimenti li tqajmu fik. Din insejħulha l-Anger Iceberg, għax naraw biss li jidher, u d-dwejjaq, il-mistħija, id-dipressjoni, u l-biża’ ma jidhrux.
Ir-rabja ġġiegħel id-demm jiċċirkola f’idejna, ir-rata tat-taħbit tal-qalb tiżdied, u l-ormoni, fosthom l-adrenalina, joħloqu spinta t’enerġija u hawn tidħol l-espressjoni Ingliża “fight or flee”.
Hawn familji fejn ir-rabja ma titħalliex teżisti; kulħadd irid iżomm l-emozzjonijiet negattivi msakkrin fih; u meta niltaqgħu magħhom f’xi ħaddieħor, niksħu.
Identifika s-sentimenti li mhux qed jidhru; Antida tirrabja għax xi ħadd ipparkja fejn soltu tipparkja hi. Imma fil-fatt, illum għeluq sninha, u ħadd ma ftakar.
Janet irrabjata għax il-kolazzjon tal-iskola illum bil-perżut, mhux bil-mortadella; imma fil-fatt, Shanice għaddietha b’żewġ marki fit-test tal-Germaniż. Irene irrabjata għax ix-xita xarbitilha l-ħasla. Imma fil-fatt, qed tibża’ li għandha kanċer. Sophia irrabjata għax inkisrilha difer. Imma fil-fatt, qed tħoss li hi biss, minn sitt aħwa, qed tieħu ħsieb il-ġenituri, “għax baqgħet xebba”.
Kultant ir-rabja tkun l-emozzjoni bażika li nuru għal xi ħaġa li ma tkunx, jew ma tmurx, kif nixtiquha aħna. Imma għalkemm din qisha xi ħaġa normali, ma tibqax hekk, jekk int tagħmel il-ħajja ta’ ħaddiehor miżerja minħabba xi ħaġa li mhux tort tagħhom, u li int ma tistax tirranġaha.
Min ikun qed jirrabja miegħek, mhux bilfors li jkun qed jirrabja għalik; imma dak il-ħin… int hemm quddiemu. Ir-rabja tgħin li dak li jkun biex ma jħossux vulnerabbli; jaħseb li int se titwaħħax, u ma tweġġgħux iżjed.
Jekk int tipprova tifhem il-kawża tar-rabja, forsi tasal biex tifhem lill-persuna li qed tirrabja. Min qed jirrabja forsi jaħseb li s-sentimenti tiegħu qatt ma jkunu indirizzati jew validati, u r-rabja hija l-frustrazzjoni li jħoss.
Jista’ jkun li r-rabja hija talba għall-għajnuna għax il-persuna tħossha megħluba minn xi sitwazzjoni li tkun fiha – abbuż, vizzji, dejn, mard, ġlied…
Jeħtieġ li meta jkun hemm ir-rabja, kemm tagħna u kif ukoll ta’ ħaddiehor, inħarsu lil hinn minnha.
Importanti li meta naraw lil xi ħadd jirrabja, la niddieħqu bih, u wisq inqas, ma ngħidulux biex jikkalma għax qed tirreaġixxi żżejjed. B’hekk, inkunu qed ngħidulu li m’għandux dritt juri li jħoss; aħseb u ara kemm se jrabbi l-kuraġġ biex jiftaħ qalbu dwar dak li mhux qed jidher.
Meta xi ħadd qrib tagħna ikun qed jikkumbatti mal-kanċer, ir-reazzjoni immedjata tagħna tkun dik li naraw x’nistgħu nagħmlu biex ngħinuhom u nagħtu s-sapport tagħna.
Dawn huma modi differenti kif tista’ tagħti s-sapport tiegħek.
X’għandi ngħid?
Ħafna drabi, speċjalment fil-bidu, tista’ tkun konfuż dwar x’għandek tgħid jew tagħmel, iżda żomm f’moħħok li tkun miftuħ u sensittiv għal kif qed iħossu huwa dak li ħafna nies ikollhom bżonn. Li jkunu jafu li qiegħed hemm għalihom se jgħin ħafna.
Kull persuna li tkun qed tikkumbatti mal-kanċer ikollha esperjenza differenti u għalhekk ipprova tassumix kif il-persuna tista’ tħossha. Tista’ tkun qed tħossha ferħana f’ġurnata u mdejqa fl-oħra. Ipprova kun konxju tal-burdata tagħha.
Ftakar li l-persuna forsi ma tridx titkellem jew taħseb dwar il-kanċer il-ħin kollu. Li jkollok konverżazzjoni normali fuq affarijiet ta’ kuljum u li taqsam ċajta kultant tista’ tgħin ħafna.
Ipprova teħodhiex personalment jekk il-persuna ma tridx titkellem dwar il-kanċer u rrispetta l-ħtieġa tagħha għall-privatezza jew li jkollha ftit ħin għall-kwiet.
L-emozzjonijiet li jistgħu jħossu
Ħafna drabi tibda tinduna li l-burdata tal-persuna tinbidel minn mument għall-ieħor. Dan huwa normali għal min jiġi dijanjostikat b’kanċer.
Hemm firxa sħiħa ta’ emozzjonijiet li jistgħu jesperjenzaw inklużi:
Rabja
Dwejjaq
Inċertezza
Biża’
Ħtija
Frustrazzjoni
Solitudni
Iżolament
Riċentament
Niket
Li wieħed jifhem dawn l-emozzjonijiet jista’ jgħin biex tissapportja lill-persuna aħjar.
Sapport emozzjonali
Ir-riċerka turi li s-sapport emozzjonali mill-familja u l-ħbieb jista’ jagħmel differenza kbira għall-kwalità tal-ħajja ta’ xi ħadd bil-kanċer.
Ħafna drabi wieħed jibża’ li se jgħid xi ħaġa ħażina lil xi ħadd b’kanċer. Jekk turi li ġenwinament jimpurtak minn dak li għaddejja minnu l-persuna allura tista’ tkun ta’ sapport kbir.
Dawn huma xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk:
Li tista’ tagħmel:
Esprimi ruħek jekk qed tħossok skomdu, importanti li tirrikonoxxi s-sitwazzjoni minflok tippretendi li mhix qed isseħħ.
Xi tagħfisa fl-idejn jew tgħanniqa tagħmel differenza.
Ċempel lill-persuna, ibagħtilha xi kartolina jew messaġġ biex turiha li qed taħseb fiha.
Fakkarha li jekk tkun trid titkellem se ssibek dejjem hemm biex tisma’. Min-naħa tiegħek kun żgur li tkun disponibbli.
Irrispetta l-ħtieġa għall-privatezza tagħha, anke jekk tkun qed tgħix mal-persuna.
Issapportja lill-persuna matul id-dijanjosi kollha, fil-bidu, waqt u wara t-trattament.
Aqsam xi ċajta u idħak magħha. Id-daħk huwa wkoll mediċina.
Żomm ir-relazzjoni tiegħek mal-persuna normali u bilanċjata kemm jista’ jkun.
X’għandek tevita li tgħid u tagħmel:
Evita li tgħid li taf kif qed tħossha. Qatt ma tista’ tkun taf eżattament kif iħossu xi ħadd li jkun qed jgħix b’kanċer jekk ma tkunx għaddejt minnha, u anke jekk tkun għaddejt, kulħadd huwa differenti.
Evita li tgħidilha biex tkun b’saħħitha jew pożittiva, għaliex b’hekk tkun qed tagħmel pressjoni fuq il-persuna biex iġġib ruħha b’ċertu mod.
Tiħux l-affarijiet personalment jekk il-persuna tidher irrabjata jew imdejqa jew ma tridx titkellem.
Toffrix pariri li ma ġewx mitluba.
Tqabbilx is-sitwazzjoni tal-persuna ma’ ta’ xi ħaddieħor li taf, l-esperjenza ta’ kull persuna li tgħix b’kanċer hija unika.
Li tisma’
Li tisma’ u tipprova tkun konxju tal-ħsibijiet u s-sentimenti ta’ xi ħadd huwa importanti.
M’hemmx bżonn li jkollok it-tweġibiet kollha. Sempliċiment li tisma’ t-tħassib jew l-inkwiet tal-persuna jista’ jkun ta’ għajnuna kbira.
Li tisma’ lill-persuna fil-mument li jkollha bżonn huwa parti importanti mis-sapport emozzjonali.
Hawn xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk tagħmel dan:
Ara li kemm jista’ jkun tkunu f’post privat, rilassat u bi ftit distrazzjonijiet.
Ħares f’għajnejn il-persuna imma tiċċassax lejha.
Ħalli l-persuna tmexxi l-konverżazzjoni u pprova tinterrompix.
Agħti l-attenzjoni kollha tiegħek għal dak li qed tgħid.
Jekk qed issib dak li qed tgħid il-persuna diffiċli jew ta’ dwejjaq, tbiddilx is-suġġett. Tkellem dwar kif qed tħossok, dan jista’ jipprevjeni kwalunkwe skumdità.
Jekk il-persuna tibki, tippruvax twaqqafha jew tipprova tferraħha. Aċċertaha li huwa ok li tkun imdejqa u li hija reazzjoni normali għal dak li qed tgħaddi minnu.
Li taqbdilha idejha tista’ tgħin imma jekk tinġibed lura, agħtiha l-ispazju li għandha bżonn.
Ipprova tagħtix pariri sakemm il-persuna ma tkunx talbitek xi parir hi stess.
Iddaħħalx umoriżmu f’dak il-mument sakemm ma tkunx qed tiċċajta hi stess.
Is-silenzju mhuwiex ħażin, anzi, li jkun hemm mumenti fejn tisma’ biss mingħajr ma tlissen kelma, jistgħu jgħinu lill-persuna wkoll.
Sapport prattiku
Minbarra li tissapportja lil xi ħadd emozzjonalment, tista’ wkoll tgħin billi toffri sapport prattiku.
Tkellem mal-persuna u staqsiha jekk hemmx xi ħaġa speċifika li għandha bżonn l-għajnuna fiha.
Hawn persuni li ma jkunux iridu għajnuna jew jistgħu jsibuha diffiċli biex jaċċettawha. Forsi għax ikunu jridu jibqgħu kemm jista’ jkun indipendenti. Ipprova teħodhiex personali. Irrispettat d-deċiżjoni tal-persuna imma kun żgur li taf li jekk tibdel fehmtha, int se tkun hemm.
Li toffri li tgħin hija ħaġa sabiħa ħafna, iżda kun żgur li int kapaċi timpenja ruħek għal kwalunkwe għajnuna li tkun meħtieġa.
Dawn huma xi ideat prattiċi:
Ipprepara xi ikliet bnini li jistgħu jiġu ffriżati.
Twassal lill-persuna l-isptar għal testijiet tad-demm u appuntamenti.
Tgħin fit-tindif u l-ħasil tal-ħwejjeġ.
Tieħu mixja lill-kelb jew annimali domestiċi oħra għand il-vet.
Toffri li tagħmel ix-xiri.
Twassal u tmur għat-tfal l-iskola.
Tagħmel xi qadjiet li jista’ jkollha bżonn tagħmel.
Jekk ma tgħix mal-persuna, staqsi qabel iżżurha, f’każ li tkun qed tħossha ma tiflaħx ħafna.
Il-preżenza, ir-rispett u l-imħabba huma importanti ħafna u dejjem jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tal-individwu.
Madanakollu, inħeġġu dejjem sabiex wieħed ifittex għajnuna professjonali jekk u meta jħoss il-bżonn.
Bosta professjonisti fil-qasam tal-industrija tal-films, kemm dawk lokali kif ukoll internazzjonali taw sehemhom biex is-serata tal-bieraħ setgħet tittella’.
Dawn huma r-rebbieħa tal-Malta Film Awards:
Best Male Actor in Supporting Role – Narcy Calamatta
Best Female Actor in a Supporting Role – Sarah Camilleri
Best Hair & Makeup Design – Christian Kotey & Jannie Stax
Best Costume Design – Angelle Farrugia & Audrey Brincat Dalli
Best Location Award – Fort Ricasoli
Best Production Design – Mela Melak
Crew Recognition Award – Ino Bonello
Best Short Film – The Maltese Fighter
Best Documentary – Pass Pass Għal Auschwitz
Best Screenplay – Jean Pierre Magro
Best Director – Davide Ferrario
Best Actress in a Leading Role – Louise Doneo
Best Cinematography – Mark Traskowski
Best Post-Production – Blood on the Crown
Best Actor in a Leading Role – Harvey Keitel
Best Musical Score – Alexey Shor & Laurent Eyquem
Best Lifetime Achievement – Mario Philip Azzopardi
Best Classic TV Series – Għeruq
Best Classic Film – Scrooge
Best TV Series – L-Għarusa
Best Film – The Boat
Malta Film Commissioner’s Award – Colin Trevorrow
Is-serata ppreżentata minn David Williams, ġiet imfaħħra minn uħud iżda qajmet ukoll kontroversja għall-fatt li ħafna esprimew id-dispjaċir tagħhom għan-nuqqas tal-lingwa Maltija f’dan l-avveniment kif ukoll il-fatt li l-preżentatur ma kienx Malti.
Fil-fatt, ħafna minn dawk li esprimew din il-fehma, faħħru lir-rebbieħa li għażlu li jitkellmu bil-Malti fid-diskors tagħhom meta ngħataw il-premju.
Int x’taħseb? x’deherlek mill-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards?
Jekk beħsiebek torganizza xi tip ta’ festin f’dan iż-żmien ta’ festi u qed taħseb x’se tagħmel dwar l-ikel, aħna għandna soluzzjoni għalik!
Il-Maypole huwa l-għażla ideali għalik jekk tixtieq tagħmel il-festin tiegħek komplut!
Xi trid tagħmel? Faċli ħafna!
Il-Maypole għandu tim ta’ rappreżentanti li dejjem lesti biex jassistuk f’dak kollu li għandek bżonn, u jiggwidawk skont il-preferenzi u l-bżonnijiet tiegħek.
Tista’ jew iċċempel fuq 22581581 jew tibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook: Maypole, sabiex tikkonsulta u tagħmel l-ordni tiegħek.
Mod ieħor kif tagħmel l-ordni tiegħek huwa billi tidħol fuq is-sit elettroniku www.maypole.com.mt u tagħżel l-ikel li tixtieq.
Għalhekk, jekk qed tfittex ikel ġenwin, b’togħma tajba u tajjeb għal kulħadd inkluż għal dawk veġeterjani jew b’dieta speċifika, agħżel Maypole u kemm int kif ukoll il-mistednin toħorġu sodisfatti żgur!
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.